This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0255
2014/255/EU: Commission Implementing Decision of 29 April 2014 establishing the Work Programme for the Union Customs Code
2014/255/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta' April 2014 li tistabbilixxi l-Programm ta' Ħidma għall-Kodiċi Doganali tal-Unjoni
2014/255/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta' April 2014 li tistabbilixxi l-Programm ta' Ħidma għall-Kodiċi Doganali tal-Unjoni
ĠU L 134, 7.5.2014, p. 46–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/04/2016; Revokat u sostitwit bi 32016D0578
7.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/46 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' April 2014
li tistabbilixxi l-Programm ta' Ħidma għall-Kodiċi Doganali tal-Unjoni
(2014/255/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 281 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 280 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kodiċi”) jipprovdi li l-Kummissjoni tfassal programm ta' ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi elettroniċi. Il-programm ta' ħidma huwa importanti b'mod partikolari għat-twaqqif tal-miżuri tranżitorji relatati mas-sistemi elettroniċi u ż-żmien għall-kawżi fejn is-sistemi jkunu għadhom mhumiex operattivi sad-data tal-applikazzjoni tal-Kodiċi, jiġifieri l-1 ta' Mejju 2016. |
(2) |
Il-Kodiċi jipprovdi li kull skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali u ħażna ta' informazzjoni bħal din għandha ssir permezz ta' tekniki ta' pproċessar tad-dejta elettronika u li sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni joffru l-istess faċilitajiet lill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. Il-programm ta' ħidma għandu għalhekk jistabbilixxi pjan estensiv għall-implimentazzjoni ta' sistemi elettroniċi sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-Kodiċi. |
(3) |
Għaldaqstant, il-programm ta' ħidma għandu jkun fih lista tas-sistemi elettroniċi li għandha tiġi żviluppata mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib, sabiex il-Kodiċi jsir applikabbli fil-prattika. Din il-lista hija bbażata fuq id-dokument ta' ppjanar eżistenti marbut mal-proġetti doganali relatati kollha tal-IT, imsejjaħ il-pjan strateġiku pluriennali (“MASP”), li jitfassal skont id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 4 u l-Artikolu 8(2) tagħha. Is-sistemi elettroniċi msemmija fil-programm ta' ħidma għandhom ikunu soġġetti għall-istess approċċ ta' ġestjoni tal-proġetti u mħejjija u żviluppati kif stabbilit fl-MASP. |
(4) |
Il-programm ta' ħidma għandu jiddefinixxi u jiddeskrivi s-sistemi elettroniċi kif ukoll il-bażi legali relatata, il-miri ewlenin u d-dati previsti biex jibdew l-operazzjonijiet. Dawn id-dati għandhom jissejħu “dati ta' bidu fil-mira tat-tħaddim”. Id-data tat-tħaddim tas-sistemi elettroniċi għandha tikkostitwixxi d-data ta' tmiem fil-mira tal-perjodu tranżitorju. |
(5) |
Is-sistemi elettroniċi msemmija fil-programm ta' ħidma għandhom ikunu magħżula fid-dawl tal-impatt mistenni tagħhom fit-termini tal-prijoritajiet definiti fil-Kodiċi. Waħda mill-prijoritajiet ewlenin f'dan ir-rigward hija li l-operaturi ekonomiċi jkunu kapaċi joffru firxa wiesgħa ta' servizzi doganali elettroniċi fit-territorju doganali tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-sistemi elettroniċi għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza, l-effettività u l-armonizzazzjoni ta' proċessi doganali madwar l-Unjoni. L-ordni ta' u l-iskeda għat-tħaddim tas-sistemi inklużi fil-programm ta' ħidma għandhom ikunu bbażati fuq konsiderazzjonijiet prattiċi u ta' ġestjoni tal-proġetti bħat-tixrid ta' sforzi u riżorsi, l-interkonnessjoni bejn il-proġetti, il-prerekwiżiti speċifiċi ta' kull sistema u l-maturità tal-proġett. Il-programm ta' ħidma għandu l-għan li jippjana u jmexxi l-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi b'mod xieraq u gradwali. |
(6) |
Filwaqt li s-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi għandhom jiġu żviluppati, imħaddma u miżmuma mill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex jiżguraw li t-tħejjija u l-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi jiġu ġestiti f'konformità mal-programm ta' ħidma u li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu ppjanati, imfassla, żviluppati u mħaddma s-sistemi identifikati b'mod ikkoordinat u f'waqtu. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata sinkroniċità bejn il-programm ta' ħidma u l-MASP il-programm ta' ħidma għandu jiġi aġġornat fl-istess ħin bħall-MASP. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f'din id-deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' ħidma kif previst fl-Artikolu 280(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (“il-Kodiċi”).
Il-programm ta' ħidma huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jikkooperaw u jimplimentaw il-programm ta' ħidma.
2. Il-proġetti speċifikati fil-programm ta' ħidma u t-tħejjija u l-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi relatati jkunu ġestiti b'mod konsistenti mal-programm ta' ħidma.
3. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb li ssib fehim komuni u qbil mal-Istati Membri fl-ambitu tal-proġett, it-tfassil, ir-rekwiżiti u l-arkitettura tas-sistemi elettroniċi sabiex jibdew il-proġetti tal-programm ta' ħidma. Fejn ikun rilevanti, il-Kummissjoni tikkonsulta wkoll u tikkunsidra l-fehmiet tal-operaturi ekonomiċi.
Artikolu 3
Aġġornamenti
1. Il-programm ta' ħidma jiġi soġġett għal aġġornamenti regolari sabiex ikun żgurat allinjament u aġġustamenti mal-aħħar żviluppi fl-implimentazzjoni tal-Kodiċi u biex jitqies il-progress attwali li sar fit-tħejjija u l-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi, u b'mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà ta' speċifikazzjonijiet komunement miftiehma u r-realizzazzjoni tad-dħul fis-seħħ tas-sistemi elettroniċi.
2. Sabiex tiġi żgurata sinkroniċità bejn il-programm ta' ħidma u l-pjan strateġiku pluriennali (“MASP”) il-programm ta' ħidma għandu jiġi aġġornat mill-anqas kull sena.
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21).
ANNESS
IL-PROGRAMM TA' ĦIDMA TAL-KODIĊI DOGANALI TAL-UNJONI
I. Introduzzjoni tal-programm ta' ħidma
L-għan tal-programm ta' ħidma huwa li jipprovdi strument li jappoġġja l-applikazzjoni tal-Kodiċi fir-rigward tal-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi elettroniċi.
Il-programm ta' ħidma se jappoġġja l-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi previsti mill-Artikolu 6(1) u jirregola t-twaqqif tal-perjodi ta' tranżizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 278 tal-Kodiċi. Il-programm ta' ħidma jirrigwarda l-kooperazzjoni meħtieġa bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi elettroniċi skont dak li huwa pprovdut fl-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi.
Il-programm ta' ħidma jinftiehem kif ġej:
1. |
Huwa relatat mal-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi; |
2. |
Jikkunsidra l-prijoritajiet definiti fl-Artikolu 280(2) tal-Kodiċi; |
3. |
Jelenka s-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16(1) li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi u li jkun previst perjodu tranżitorju għalih, mid-data tal-applikazzjoni tal-Kodiċi iżda mhux wara l-31 ta' Diċembru 2020; |
4. |
Jispeċifika għal kull proġett:
|
Id-deskrizzjoni tas-sistemi elettroniċi fil-programm ta' ħidma hija msejsa fuq ir-rekwiżiti għal dawn is-sistemi, u din tista' tinkiseb mid-deskrizzjonijiet fil-Kodiċi, fiż-żmien tat-tfassil tal-programm ta' ħidma.
Sabiex jiġi implimentat il-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni se tibda proġetti speċifiċi rigward is-sistemi elettroniċi permezz tal-attivitajiet ta' analiżi tan-negozju f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Fid-dawl ta' aktar elaborazzjoni fil-parti teknika tal-IT tal-proġetti, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni għas-sistemi elettroniċi previsti. L-Istati Membri u l-Kummissjoni se jiżguraw l-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi, inklużi l-attivitajiet tal-ittestjar u l-migrazzjoni, skont l-arkitettura u l-ispeċifikazzjonijiet definiti tas-sistema. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jikkooperaw ukoll ma' partijiet interessati oħra bħall-operaturi ekonomiċi.
Il-proġetti se jkunu bbażati fuq fażijiet differenti minn elaborazzjoni għal kostruzzjoni, l-ittestjar u l-migrazzjoni għal operazzjoni finali. Ir-rwol tal-Kummissjoni u l-Istati Membri f'dawn il-fażijiet differenti se jiddependi fuq in-natura u l-arkitettura tas-sistemi u l-komponenti jew is-servizzi tagħhom kif deskritt fl-iskedi ta' proġetti dettaljati tal-Pjan Strateġiku pluriennali (“MASP”). Fejn xieraq, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni jiġu definiti mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u soġġetti għal rieżami magħhom, bil-ħsieb li jipprovduhom 24 xahar qabel id-data tal-bidu fil-mira tat-tħaddim tas-sistema elettronika.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni se jieħdu sehem fl-iżvilupp u fit-tħaddim tas-sistemi, inklużi attivitajiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni bħal attivitajiet ta' taħriġ u komunikazzjoni. L-attivitajiet se jitwettqu fir-rigward tal-passi ewlenin u d-dati msemmija fil-programm ta' ħidma. L-operaturi ekonomiċi se jieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu jistgħu jagħmlu użu mis-sistemi ladarba dawn ikunu fis-seħħ.
II. Il-programm ta' ħidma (għall-Kodiċi Doganali tal-Unjoni)
“Proġetti tal-KDU u Sistemi Elettroniċi relatati” Lista ta' proġetti relatati mal-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi elettroniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Kodiċi |
Bażi legali |
Pass ewlieni |
Data tal-bidu fil-mira tat-tħaddim tas-sistema elettronika (1) |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16 u 64 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira ta' speċifikazzjonijiet tekniċi = Q1 2015 |
1.1.2017 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16, 22, 23 26, 27, 28, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira ta' speċifikazzjonijiet tekniċi = Q2 2015 (fażi 1) = Q3 2016 (fażi 2) |
1.3.2017 (fażi 1) 1.10.2018 (fażi 2) |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16, 23 22, 23, 26, 27 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q3 2015 |
2.10.2017 |
||||||||||
|
Art. 6(1) u 16 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q4 2015 |
2.10.2017 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16 u 153 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q3 2015 |
2.10.2017 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16, 22, 23, 26, 27, 28, 38 u 39 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q1 2016 |
1.3.2018 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16 u 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q3 2016 |
1.10.2018 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16 u 226 - (236) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q3 2016 |
1.10.2018 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16, 179 u 263 - 276 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q3 2016 |
1.3.2019 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16, 215, 237 - 242 u 250 - 262 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q3 2017 |
1.10.2019 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16, 215, 237 - 242 u 250 - 262 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q1 2017 |
1.10.2019 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16 u 133 - 152 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q3 2017 |
2.3.2020 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16 u 179 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q1 2017 |
1.10.2020 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16 u 89 - 100 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Data fil-mira tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi = Q1 2018 |
2.3.2020 |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16, 46 u 127 - 132 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Irid jiġi definit fil-verżjoni li jmiss tal-programm ta' ħidma |
Irid jiġi definit fil-verżjoni li jmiss tal-programm ta' ħidma bbażat fuq il-Pjan Direzzjonali (2) |
||||||||||
|
Art. 6(1), 16(1) u 57 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni |
Irid jiġi definit fil-verżjoni li jmiss tal-programm ta' ħidma |
Irid jiġi definit fil-verżjoni li jmiss tal-programm ta' ħidma |
Figura:
Ħarsa Ġenerali Grafika
(1) Din id-data tal-bidu fil-mira tat-tħaddim tas-sistemi elettroniċi hija ugwali għad-data tat-tmiem tal-perjodu tranżitorju.
(2) L-iskeda tal-proġetti marbuta mal-żviluppi fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju tiġi kkunsidrata f'aġġornament tal-programm ta' ħidma skont ix-xogħol tal-Kummissjoni li għaddej bħalissa dwar l-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tisħiħ tas-Sigurtà tal-Katina tal-Provvista u tal-Ġestjoni tar-Riskju Doganali (8761/3/13, Rev.3, 18 ta' Ġunju 2013).