This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0084
2014/84/EU: Commission Implementing Decision of 12 February 2014 amending Implementing Decision 2013/426/EU on measures to prevent the introduction into the Union of the African swine fever virus from certain third countries or parts of the territory of third countries in which the presence of that disease is confirmed and repealing Decision 2011/78/EU (notified under document C(2014) 715) Text with EEA relevance
2014/84/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Frar 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta’ pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta’ dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (notifikata bid-dokument C(2014) 715) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2014/84/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Frar 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta’ pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta’ dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (notifikata bid-dokument C(2014) 715) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 44, 14.2.2014, pp. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021
|
14.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 44/53 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Frar 2014
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta’ pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta’ dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE
(notifikata bid-dokument C(2014) 715)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/84/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa infezzjoni li tittieħed ħafna u fatali tal-ħnieżer domestiċi u l-qżieqes selvaġġi, li għandha l-potenzjal tinfirex malajr, l-aktar minn prodotti miksuba minn annimali infettati u oġġetti mhux ħajjin kontaminati. |
|
(2) |
Minħabba s-sitwazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Russja, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/78/UE (2) li tistabbilixxi miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni ta’ dik il-marda fl-Unjoni Wara l-konferma ta’ tfaqqiegħa ta’ deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Belarus, qrib il-fruntiera mal-Litwanja u l-Polonja f’Ġunju 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE (3) li ħassret u ħadet post id-Deċiżjoni 2011/78/UE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE tistabbilixxi miżuri li jipprevedu tindif u disinfettar xieraq tal-“vetturi tal-bhejjem” kollha li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin u l-għalf u li jidħlu fl-Unjoni mir-Russja u l-Belarus u tipprevedi li dawn it-tindif u diżinfettar jiġu dokumentati kif suppost. |
|
(4) |
L-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fid- Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE ġiet awditjata mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni (FVO) f’erba’ Stati Membri li jmissu mar-Russja u l-Belarus. |
|
(5) |
L-awditi żvelaw li t-tindif u d-diżinfezzjoni tat-trakkijiet li jittrasportaw l-għalf ma jistgħux jiġu implimentati b’mod sħiħ minħabba d-diffikultà biex wieħed jintebaħ liema huma dawn it-trakkijiet. Barra minn hekk, mhuwiex possibbli li wieħed ikun jaf jekk dawk it-trakkijiet kinux f’postijiet li jistgħu jirrappreżentaw riskju ta’ introduzzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
|
(6) |
L-awditi żvelaw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jmissu r-Russja u l-Belarus diġà implimentaw l-miżuri ta’ bijosigurtà addizzjonali li jgħollu l-livell ta’ prevenzjoni kontra l-introduzzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, bħalma huma d-disinfettar tal-vetturi li mhumiex vetturi tal-bhejjem li iżda huma suspettati li jistgħu jikkostitwixxu riskju ta’ introduzzjoni ta’ dik il-marda. |
|
(7) |
Ir-riżultati tal-awditi tal-FVO għandhom jitqiesu biex iqawwu l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE. |
|
(8) |
Huwa xieraq li jiġi limitat l-obbligu biex jitnaddfu u jiġu diżinfettati trakkijiet għal dawk it-trakkijiet li jġorru l-annimali ħajjin biss. Min-naħa l-oħra, għandhom jiddaħħlu miżuri ta’ bijosigurtà ġodda għad-diżinfezzjoni ta’ vetturi li jistgħu jirrappreżentaw riskju. |
|
(9) |
Is-sitwazzjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-reġjun ikkonċernat mistennija li tevolvi fix-xhur li ġejjin u għalhekk l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE għandha tkun limitata fiż-żmien. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/426/UE, hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ‘vettura tal-bhejjem’ tfisser kwalunkwe vettura li qed tintuża jew li ntużat għall-ġarr ta’ annimali ħajjin.” |
|
(2) |
L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jew is-sewwieq ta’ vettura tal-bhejjem malli jasal minn pajjiżi terzi jew minn partijiet tat-territorju tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I, fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jipprovdi informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li turi li l-bhejjem jew il-kompartament tal-ġarr, fejn applikabbli l-kaxxa tat-trakk, ir-rampa tat-tagħbija, it-tagħmir li jkun miss mal-annimali, ir-roti u l-kabina tas-sewwieq u l-ħwejjeġ u l-bwiez protettivi użati matul il-ħatt tnaddfu u ġew diżinfettati wara l-aħħar ħatt tal-annimali.” |
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 4a li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 4: “Artikolu 4a Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2015” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/78/UE tat-3 ta’ Frar 2011 dwar ċerti miżuri biex jipprevjenu t-trażmissjoni tal-vajrus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mir-Russja lejn l-Unjoni (ĠU L 30, 4.2.2011, p. 40).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE tal-5 ta’ Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta’ pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta’ dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 211, 7.8.2013, p. 5).