Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1251

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2013 tat- 3 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi u r-Regolament (KE) Nru 436/2009 fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prattiċi fir-reġistri tal-qasam tal-inbid.

    ĠU L 323, 4.12.2013, p. 28–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0934

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1251/oj

    4.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 323/28


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1251/2013

    tat-3 ta’ Diċembru 2013

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi u r-Regolament (KE) Nru 436/2009 fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prattiċi fir-reġistri tal-qasam tal-inbid.

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), (1) u b’mod partikulari t-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 121 u l-Artikolu 185c(3), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009, (2) il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (l-OIV) emendat il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi li huma diġà awtorizzati fl-Unjoni Ewropea. Sabiex jitqies il-progress tekniku u biex il-produtturi mill-Unjoni jingħataw l-istess possibbiltajiet bħal dawk disponibbli għall-produtturi minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ dawn il-prattiċi enoloġiċi jiġu emendati fl-Unjoni abbażi tal-kundizzjonijiet tal-użu definiti mill-OIV.

    (2)

    L-OIV adottat prattiki enoloġiċi ġodda. Sabiex jitqies il-progress tekniku u biex il-produtturi mill-Unjoni jingħataw il-possibiltajiet ġodda disponibbli għall-produtturi minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li dawn il-prattiċi enoloġiċi ġodda jiġu awtorizzati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet tal-użu ddefiniti mill-OIV.

    (3)

    Ċerti prattiċi enoloġiċi huma partikolarment esposti għar-riskju ta’ użu qarrieqi u għandhom jiġu indikati fir-reġistri u d-dokumenti ta’ akkumpanjament skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 (3). Rekwiżiti b’rabta ma’ prattiċi bħat-trattament tal-membrana jispeċifikaw li dawn il-prattiċi għandhom jitniżżlu fir-reġistri skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 436/2009. Ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 436/2009 għandhom jiġu emendati sabiex jitqiesu l-prattiċi enoloġiċi ġodda awtorizzati permezz tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament.

    (4)

    Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 436/2009 għandhom jiġu emendati skont dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju stabbilit permezz tal-Artikolu 195(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda tar-Regolament (KE) Nru 606/2009

    L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Emenda tar-Regolament (KE) Nru 436/2009

    Fl-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 436/2009, jiżdied il-punt (w) li ġej:

    “(w)

    il-ġestjoni ta’ gass maħlul fl-inbid bl-użu ta’ kuntatturi tal-membrana.”

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 479/2008 fir-rigward tar-reġistru tal-vinji, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji u l-ġbir ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15).


    ANNESS

    L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    It-tabella hija emendata kif ġej:

    (a)

    Ir-Ringiela 6 hija emendata kif ġej:

    (i)

    Fil-kolonna 1, jiżdied l-inċiż li ġej:

    “—

    żieda ta’ awtolisati tal-ħmira.”

    (ii)

    Fil-kolonna 2, għandu jiżdied it-test li ġej:

    “Bl-għeneb frisk, bil-most tal-għeneb, bil-most parzjalment iffermentat, bil-most parzjalment iffermentat miksub minn għeneb imqadded, bil-most ikkonċentrat, u bl-inbid ġdid li għadu jiffermenta biss.”

    (b)

    Fir-Ringiela 10, it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    proteini tal-pjanti mill-qamħ, mill-piżelli u l-patata.”

    (c)

    jiżdiedu r-ringieli 51 u 52 li ġejjin:

    “51

    L-użu ta’ ħmira inattiva

     

     

    52

    Il-ġestjoni ta’ gass maħlul fl-inbid bl-użu ta’ kuntatturi tal-membrana

    Għall-prodotti ddefiniti fil-paragrafi 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ħlief għaż-żieda tad-diossidu tal-karbonju għall-prodotti ddefiniti fil-paragrafi 4, 5, 6 u 8 ta’ dak l-Anness”

     

    (2)

    L-Appendiċi 18 li ġej huwa miżjud:

    “Appendiċi 18

    Ir-rekwiżiti għall-ġestjoni ta’ gass maħlul fl-inbid bl-użu ta’ kuntatturi tal-membrana

    Il-ġestjoni ta’ gass maħlul fl-inbid bl-użu ta’ kuntatturi tal-membrana huwa metodu fiżiku għall-ġestjoni ta’ konċentrazzjonijiet tal-gass maħlul fl-inbid bl-użu ta’ kuntatturi tal-membrana (membrani idrofobiċi) u gassijiet użati fl-enoloġija.

    REKWIŻITI

    (1)

    Din it-teknika tista’ tintuża minn tmiem il-fermentazzjoni alkoħolika sal-imballaġġ biex tieħu post l-użu ta’ apparat għat-tbaqbiq jew sistemi tat-tip venturi.

    (2)

    Din il-prattika għandha titwettaq mill-enoloġista jew tekniku kkwalifikat.

    (3)

    It-trattament għandu jitniżżel fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 185c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (4)

    Il-membrani li jintużaw għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV.”


    Top