EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0341

2013/341/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Ġunju 2013 dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO 2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 179, 29.6.2013, p. 98–104 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020D1806

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/341/oj

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/98


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Ġunju 2013

dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/341/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Diċembru 2012, il-fornitur Valeo Equipments Electriques Moteur (l-“Applikant”) issottometta applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti (EG) Valeo bħala teknoloġija innovattiva. Il-kompletezza tal-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Instab li l-applikazzjoni kienet sħiħa u l-perjodu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni beda fil-jum wara d-data tal-wasla uffiċjali, jiġifieri d-19 ta’ Diċembru 2012.

(2)

L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u l-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (il-Linji Gwida Tekniċi) (3).

(3)

L-applikazzjoni tirreferi għall-Alternatur EG Valeo, li huwa alternatur b’effiċjenza ta’ mill-inqas 77 fil-mija kif iddeterminat skont l-approċċ VDA deskritt fil-Punt 5.1.2 fl-Anness I tal-Linji Gwida Tekniċi. L-alternatur tal-Applikant huwa mgħammar b’rettifikazzjoni sinkronika li tuża transistors b’ effett tal-kamp ta’ materjal semikonduttur tal-ossidumetalliku, u b’hekk jiġi żgurat livell għoli ta’ effiċjenza.

(4)

Il-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni pprovduta mill-applikant turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 intlaħqu.

(5)

L-Applikant wera li alternatur ta’ effiċjenza għolja tat-tip deskritt f’din l-applikazzjoni se jkun disponibbli fis-suq tal-UE mill-2013 biss u li konsegwenza ta’ dan, il-penetrazzjoni fis-suq fl-2009 ta’ dawn it-tipi ta’ alternaturi kienet inqas mil-livell limitu ta’ 3 fil-mija speċifikat fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. Din id-dikjarazzjoni hija appoġġjata wkoll mir-rapport ta’ verifika ta’ akkumpanjament. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ssib li l-alternatur ta’ effiċjenza għolja pprovdut mill-Applikant għandu jitqies bħala li jissodisfa l-kriterju ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

(6)

Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar tad-CO2 li t-teknoloġija innovattiva se tagħti meta vettura tiġi mgħammra biha, huwa meħtieġ li tiġi ddefinita l-vettura tax-xenarju bażi li magħha se tiġi mqabbla l-effiċjenza tal-vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva kif ipprovdut fl-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. Il-Kummissjoni ssib li huwa xieraq li jitqies alternatur b’effiċjenza ta’ 67 % bħala teknoloġija xierqa tax-xenarju bażi fil-każ li t-teknoloġija innovattiva tiġi implimentata ma’ tip ta’ vettura ġdida. Fejn l-Alternatur EG Valeo jitwaħħal ma’ tip ta’ vettura eżistenti, it-teknoloġija tax-xenarju bażi għandha tkun l-alternatur tal-verżjoni l-aktar reċenti ta’ dak it-tip imqiegħed fis-suq.

(7)

L-Applikant ipprovda metodoloġija komprensiva għall-ittestjar tat-tnaqqis tad-CO2. Din tinkludi formuli li huma konsistenti mal-formuli deskritti fil-Linji Gwida Tekniċi għall-approċċ simplifikat fir-rigward ta’ alternaturi effiċjenti. Il-Kummissjon tqis li l-metodoloġija tal-ittestjar se tipprovdi riżultati tal-ittestjar li huma verifikabbli, ripetibbli u komparabbli u li hija kapaċi turi b’mod realistiku l-benefiċċji rigward l-emissjonijiet tad-CO2 tat-teknoloġija innovattiva b’sinifikat statistiku b’saħħtu skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

(8)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ssib li l-Applikant wera b’mod sodisfaċenti li t-tnaqqis fl-emissjonijiet miksub mit-teknoloġija innovattiva huwa tal-anqas ta’ 1 g CO2/km.

(9)

Il-Kummissjoni tinnota li l-iffrankar tat-teknoloġija innovattiva jista’ jintwera parzjalment permezz taċ-ċiklu tat-test standard, u li l-iffrankar totali finali li jrid jiġi ċċertifikat għalhekk għandu jkun iddeterminat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

(10)

Il-Kummissjoni ssib li r-rapport ta’ verifika ġie ppreparat mill-UTAC li huwa korp indipendenti u ċċertifikat u li r-rapport jappoġġja s-sejbiet stabbiliti fl-applikazzjoni.

(11)

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ma ssib l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni.

(12)

Kwalunkwe manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji speċifiċi tad-CO2 tiegħu sabiex jilħaq il-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi tiegħu permezz tal-iffrankar tad-CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta’ din id-Deċiżjoni, għandu skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, jirreferi għal din id-Deċiżjoni fl-applikazzjoni tiegħu għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għall-vetturi kkonċernati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo li għandu effiċjenza ta’ mill-anqas 77 fil-mija u huwa maħsub għall-użu f’vetturi M1 huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

2.   It-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-użu tal-alternatur imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun iddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.

3.   Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 iddeterminat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jiġi ċċertifikat u jiddaħal fiċ-ċertifikat ta’ konformità u d-dokumentazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip speċifikati fl-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) biss fejn it-tnaqqis huwa daqs jew aktar mil-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.

(3)  http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/vehicles/cars/docs/guidelines_en.pdf

(4)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.


ANNESS

Metodoloġija biex jiġi stabbilit it-tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 minħabba l-użu tal-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo f’vettura M1

1.   Introduzzjoni

Sabiex jiġi stabbilit it-tnaqqis tad-CO2 li jista’ jiġi attribwit għall-użu tal-Alternatur EG Valeo f’vettura M1, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit dan li ġej:

(a)

il-proċedura tal-ittestjar li għandha tiġi segwita biex tiġi stabbilita l-effiċjenza tal-alternatur;

(b)

l-issettjar tal-bank tat-test;

(c)

il-formuli għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard;

(d)

l-iffrankar tad-CO2 għaċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip.

2.   Proċedura tal-ittestjar

L-effiċjenza tal-alternatur trid tiġi stabbilita permezz ta’ kejl fi spids differenti: 1 800, 3 000, 6 000, 10 000 rotazzjoni kull minuta. F’kull stadju ta’ spid l-alternatur jiġi kkargat b’50 % tal-karga massima. Għall-kalkolu tal-effiċjenza, id-distribuzzjoni tal-ħin għandha tkun 25 %, 40 %, 25 %, 10 % għal 1 800, 3 000, 6 000, 10 000 rotazzjoni kull minuta rispettivament (ara l-approċċ VDA kif deskritt fil-Punt 5.1.2 fl-Anness I tal-Linji Gwida Tekniċi).

Dan iwassal għall-formula li ġejja (1):

Formula

Fejn:

ηA hija l-effiċjenza tal-alternatur;

(η @1 800rpm @0,5·IN) hija l-effiċjenza tal-alternatur fi spid ta’ 1 800 rpm u karga ta’ 50 %;

(η @3 000rpm @0,5·IN) hija l-effiċjenza tal-alternatur fi spid ta’ 3 000 rpm u karga ta’ 50 %;

(η @6 000rpm @0,5·IN) hija l-effiċjenza tal-alternatur fi spid ta’ 6 000 rpm u karga ta’ 50 %;

(η @10 000rpm @0,5·IN) hija l-effiċjenza tal-alternatur fi spid ta’ 10 000 rpm u karga ta’ 50 %;

IN= Kurrent (A)

L-arranġament tal-bank tat-test u l-proċedura tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni speċifikati fl-ISO 8854:2012 (1).

3.   Il-bank tat-test

Il-bank tat-test għandu jkun bank tat-test ta’ alternaturi bi ‘trażmissjoni diretta’. L-alternatur għandu jkun imqabbad direttament mal-miter tat-torque u max-xaft tas-sistema tat-trazzjoni. L-alternatur għandu jiġi kkargat b’batterija u b’karga elettronika. Ara l-konfigurazzjoni tal-bank tat-test f’Figura 1.

Figura 1

Il-konfigurazzjoni tal-bank tat-test

Image

Fil-Figura 1 tingħata ħarsa ġenerali lejn il-konfigurazzjoni tal-bank tat-test. L-alternatur jittrasferixxi l-potenza mekkanika tal-mutur bla braxis f’potenza elettrika. Il-mutur bla braxis jiġġenera ammont ta’ potenza li huwa ddefinit bit-torque (Nm) u bl-ispid rotazzjonali (rad.s–1). It-torque u l-ispid għandhom jitkejlu b’miter tat-torque.

L-alternatur jipproduċi l-potenza biex jissupera l-karga li hija mqabbda mal-alternatur. Dan l-ammont ta’ potenza huwa ugwali għall-vultaġġ tal-alternatur (V) immultiplikat bil-kurrent tal-alternatur (I).

L-effiċjenza tal-alternatur hija ddefinita bħala l-potenza elettrika (output tal-alternatur) diviża bil-potenza mekkanika (output tal-miter tat-torque).

Formula (2)

:

Formula

Fejn:

ηA

=

L-effiċjenza tal-alternatur;

V

=

Il-vultaġġ (V);

I

=

Il-kurrent (A);

T

=

It-torque (Nm);

ω

=

L-ispid rotazzjonali tal-alternatur (rad. s–1)

4.   Kejl tat-torque u kalkolu tal-effiċjenza tal-alternatur

It-testijiet għandhom jitwettqu skont l-ISO 8854:2012.

Il-karga għandha tiġi installata b’50 % tal-kurrent li huwa ggarantit bl-alternatur b’temperatura ta’ 25 °C u spid tar-rotor ta’ 6 000 rpm. Pereżempju jekk l-alternatur huwa alternatur tal-klassi 180 A (f’25 °C u 6 000 rpm), il-karga tiġi installata b’90 A.

Għal kull spid, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-alternatur għandhom jinżammu kostanti, il-vultaġġ għal 14,3 V u l-kurrent għal alternatur tal-180 A għal 90 A. Jiġifieri għal kull spid it-torque għandu jitkejjel permezz tal-bank tat-test (ara l-Figura 1) u l-effiċjenza għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formula (2).

Dan it-test se jagħti l-effiċjenzi tal-alternatur f’4 spids differenti f’rotazzjonijiet kull minuta (rpm):

Għal spid ta’ 1 800 rpm;

Għal spid ta’ 3 000 rpm;

Għal spid ta’ 6 000 rpm;

Għal spid ta’ 10 000 rpm.

L-effiċjenza medja tal-alternatur għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formula (1).

5.   Devjazzjoni standard tal-valur aritmetiku medju tal-effiċjenza tal-alternatur

L-iżbalji tal-istatisika fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl għandhom jiġu kkwantifikati. Il-format tal-valur tal-iżball għandu jkun devjazzjoni standard li hija ekwivalenti għal interval ta’ kunfidenza bilaterali ta’ 84 % (ara l-formula (3)).

Formula (3)

:

Formula

Fejn:

Formula

:

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika;

xi

:

Il-valur tal-kejl;

Formula

:

Il-medja aritmetika;

n

:

In-numru ta’ kejl

Il-kejl kollu għandu jitwettaq b’mod konsekuttiv għall-anqas ħames (5) darbiet. Għal kull spid tiġi kkalkulata d-devjazzjoni standard.

Id-devjazzjoni standard tal-valur ta’ effiċjenza tal-alternatur (ΔηA) tiġi kkalkulata permezz tal-formula li ġejja:

Formula (4)

:

Formula

Fejn il-valuri 0,25, 0,40, 0,25, u 0,1 huma l-istess valuri ta’ ponderazzjoni bħal tal-formula (2) u S1 800, S3 000, S6 000, u S10 000 huma d-devjazzjonijiet standard ikkalkulati bil-formula (3).

6.   Żball fl-iffrankar tad-CO2 minħabba d-devjazzjoni standard (il-liġi ta’ propagazzjoni)

Id-devjazzjoni standard tal-valur ta’ effiċjenza tal-alternatur (ΔηA), twassal għal żball fl-iffrankar tad-CO2. Dan l-iżball għandu jiġi kkalkulat permezz tal-formula li ġejja (2):

Formula (5)

:

Formula

Fejn:

ΔCO2

=

Żball fl-iffrankar tad-CO2 (g CO2/km);

PRW

=

750 W;

PTA

=

350 W;

ηA-EI

=

L-effiċjenza tal-alternatur ta’ effiċjenza għolja;

ΔηA

=

Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur (ir-riżultat tal-ekwazzjoni fil-Formula (4));

VPe

=

Il-fatturi ta’ Willans (l/kWh);

CF

=

Il-fatturi ta’ konverżjoni (g CO2/l);

v

=

L-ispid medju tar-rotazzjoni tal-NEDC (km/siegħa)

7.   Kalkolu tas-sehem kontabbli tal-potenza mekkanika ffrankata

L-alternatur ta’ effiċjenza għolja jwassal għall-potenza mekkanika ffrankata li għandha tiġi kkalkolata f’żewġ passi. Fl-ewwel pass, l-potenza mekkanika ffrankata għandha tiġi kkalkolata taħt kundizzjonijiet reali. It-tieni pass huwa li tiġi kkalkulata l-potenza mekkanika ffrankata taħt il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip. Id-differenza bejn iż-żewġ valuri tal-iffrankar tal-potenza mekkanika għandha tirriżulta fis-sehem kontabbli tal-potenza mekkanika ffrankata.

Il-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonijiet tad-‘dinja reali’ għandha tiġi kkalkulata bil-formula (6).

Formula (6)

:

Formula

Fejn:

ΔΡm-RW

=

L-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonjiet tad-dinja reali (W);

PRW

=

L-potenza elettrika taħt kundizzjonjiet tad-dinja reali, li hija 750 W;

ηA

=

L-effiċjenza tal-alternatur tax-xenarju bażi;

ηA-EI

=

L-effiċjenza tal-alternatur ta’ effiċjenza għolja

Il-potenza mekkanika ffrankata taħt il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi kkalkulata bil-formula (7).

Formula (7)

:

Formula

Fejn:

ΔΡm-TA

=

Il-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonjiet tal-approvazzjoni tat-tip (W);

PTA

=

Il-potenza elettrika taħt kundizzjonjiet tal-approvazzjoni tat-tip, li hija 350 W;

ηA

=

L-effiċjenza tal-alternatur tax-xenarju bażi;

ηA-EI

=

L-effiċjenza tal-alternatur ta’ effiċjenza għolja

Is-sehem kontabbli tal-potenza mekkanika ffrankata għandu jiġi kkalkulat bil-formula (8).

Formula (8)

:

Formula

Fejn:

ΔΡm

Is-sehem kontabbli tal-potenza mekkanika ffrankata (W);

ΔΡm-RW

Il-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonijiet tad-dinja reali (W);

ΔΡm-TA

Il-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (W);

8.   Formula għall-kalkolu tal-iffrankar tad-CO2

L-iffrankar tad-CO2 għandu jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja:

Formula (9)

:

Formula

Fejn:

CCO2

=

L-iffrankar tad-CO2 (g CO2/km);

ΔΡm

=

Is-sehem kontabbli tal-potenza mekkanika ffrankata skont il-formula (8) (W);

VPe

=

Il-fatturi ta’ Willans (l/kWh);

CF

=

Il-fatturi ta’ konverżjoni (g CO2/l)

v

=

L-ispid medju tar-rotazzjoni tal-NEDC (km/siegħa)

Għall-fatturi ta’ Willans għandha tintuża d-dejta fit-Tabella 1:

Tabella 1

Fatturi ta’ Willans

Tip ta’ magna

Konsum tal-potenza effettiva VPe

[l/kWh]

Petrol (VPe-P)

0,264

Petro Turbo

0,28

Diżil (VPe-D)

0,22

Għall-fatturi ta’ konverżjoni għandha tintuża d-dejta fit-Tabella 2:

Tabella 2

Fatturi ta’ konverżjoni

Tip ta’ karburant

Fattur ta’ konverżjoni (l/100 km) → (g CO2/km)

[100 g/l]

Petrol

23,3 (= 2 330  g CO2/l)

Petro Turbo

23,3 (= 2 330  g CO2/l)

Diżil

26,4. (= 2 640  g CO2/l)

L-ispid medju tar-rotazzjoni tal-NEDC huwa: v = 33.58 km/siegħa

9.   Sinifikat statistiku

Irid jintwera għal kull tip, varjant u verżjoni ta’ vettura mgħammra bl-Alternatur EG Valeo li l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 kkalkulat bil-Formula 5 mhuwiex akbar mid-differenza bejn l-iffrankar totali tad-CO2 u l-livell limitu minimu tal-iffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula (7)).

Formula (10)

:

Formula

Fejn:

MT

=

Il-livell limitu minimu (g CO2/km);

CCO2

=

L-iffrankar totali tad-CO2 (g CO2/km);

Formula

=

Żżball fl-iffrankar tad-CO2 (g CO2/km)

10.   L-alternatur ta’ effiċjenza għolja li għandu jiġi implimentat fil-vetturi

Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar tad-CO2 li għandu jiġi ċċertifikat minħabba l-użu tal-Alternatur EG Valeo mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, skont l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, il-manifattur tal-vettura M1 li tiġi mgħammra bl-alternatur għandu jagħżel vettura ta’ eko-innovazzjoni mgħammra bl-Alternatur EG Valeo u kwalunkwe waħda mill-vetturi tax-xenarju bażi li ġejjin:

(a)

jekk l-eko-innovazzjoni titwaħħal f’tip ta’ vettura ġdida li tkun se tiġi sottomessa għal approvazzjoni tat-tip ġdida, il-vettura tax-xenajru bażi għandha tkun l-istess bħat-tip ta’ vettura ġdida f’kull aspett minbarra fir-rigward tal-alternatur li jrid ikun alternatur b’effiċjenza ta’ 67 %, jew

(b)

jekk l-eko-innovazzjoni titwaħħal f’verżjoni ta’ vettura eżistenti li għaliha l-approvazzjoni tat-tip se tiġi estiża wara s-sostituzzjoni tal-alternatur eżistenti bl-eko-innovazzjoni, il-vettura tax-xenarju bażi għandha tkun l-istess bħall-vettura ta’ eko-innovazzjoni f’kull rispett minbarra fir-rigward tal-alternatur li jrid ikun l-alternatur tal-verżjoni tal-vettura eżistenti.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar tad-CO2 abbażi tal-kejl tal-vettura tax-xenarju bażi u tal-vettura ta’ eko-innovazzjoni skont l-Artikolu 8(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 bl-użu tal-metodoloġija ta’ ttestjar stabbilita f’dan l-Anness. Fejn l-iffrankar fl-emissjonijiet tad-CO2 ikun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1), japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

11.   Il-kodiċi tal-eko-innovazzjoni li trid tiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip

Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi tal-eko-innovazzjoni ġenerali li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE, il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija approvata permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun “2”.

Pereżempju l-kodiċi tal-eko-innovazzjoni fil-każ tal-iffrankar tal-eko-innovazzjoni ċċertifikat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip Ġermaniża għandu jkun “e1 2”.


(1)  ISO 8854. Vetturi tat-triq – Alternaturi bir-regolaturi – Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti ġenerali Numru ta’ referenza ISO 8854:2012(E).

(2)  Din il-formula 5) tista’ tiġi dderivata bil-liġi tal-propagazzjoni tal-iżball li hija spjegata fil-Linji Gwida Tekniċi (par. 4.2.1)


Top