Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0324

2013/324/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 98/481/KE li tapprova l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew

ĠU L 175, 27.6.2013, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/324/oj

27.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 98/481/KE li tapprova l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2013/324/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/9 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013.

(3)

Il-BĊE għażel lil Ernst & Young GmbH Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Ernst & Young GmbH Wirtschaftsprüfungsgesellschaft jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017.

(5)

Huwa adatt li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/481/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 98/41/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Ernst & Young GmbH Wirtschaftsprüfungsgesellschaft huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU C 122, 27.4.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 216, 4.8.1998, p. 7.


Top