This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0135
2013/135/EU: Commission Decision of 15 March 2013 amending Decisions 2007/506/EC and 2007/742/EC in order to prolong the validity of the ecological criteria for the award of the EU Ecolabel to certain products (notified under document C(2013) 1411) Text with EEA relevance
2013/135/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Marzu 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/506/KE u 2007/742/KE, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (notifikata bid-dokument C(2013) 1411) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2013/135/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Marzu 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/506/KE u 2007/742/KE, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (notifikata bid-dokument C(2013) 1411) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 75, 19.3.2013, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 09/12/2014; Tmiem parzjali tal-validità Art. 1 Impliċitament imħassar minn 32014D0893
|
19.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ Marzu 2013
li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/506/KE u 2007/742/KE, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti
(notifikata bid-dokument C(2013) 1411)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/135/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikulari l-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE tal-21 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għas-spapen, shampoos u conditioners tax-xagħar (2) tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2013. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (3), tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2013. |
|
(3) |
Twettqet valutazzjoni biex tevalwa r-relevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, stabbiliti minn dawk id-Deċiżjonijiet. Minħabba l-istadji differenti tal-proċess tar-reviżjoni għal dawk id-Deċiżjonijiet, huwa xieraq li jittawlu l-perjodi ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati li huma stabbilixxew. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2007/506/KE u 2007/742/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(4) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2007/506/KE u 2007/742/KE għandhom ikunu emendati skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/506/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti ‘spapen, shampoos u conditioners tax-xagħar’ kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2013”.
Artikolu 2
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti ‘pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass’, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Diċembru 2013”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni