EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1359

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1359/2011 tad- 19 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

ĠU L 341, 22.12.2011, p. 11–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1388

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1359/oj

22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/11


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1359/2011

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex ikunu żgurati fornimenti suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe disturb fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, kienu nfetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 (1). Il-prodotti fil-limiti ta’ dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jkunu importati b’rati tad-dazju mnaqqsa jew b’rata ta’ dazju żero. Għall-istess raġunijiet huwa meħtieġ li jinfetħu, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, kwoti tariffarji ġodda b’rata ta’ dazju żero għal volum xieraq għall-prodotti bin-numri tal-ordnijiet 09.2928 u 09.2929, billi dawk il-prodotti jiżdiedu fil-lista fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010.

(2)

Il-volumi għall-kwoti tariffarji awtonomi bin-numri tal-ordnijiet 09.2624 u 09.2640 mhumiex suffiċjenti biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-perijodu kurrenti tal-kwota li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2011. Konsegwentement, dawk il-volumi tal-kwoti għandhom jiżdiedu b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011.

(3)

Il-volumi għall-kwoti tariffarji awtonomi bin-numri tal-ordnijiet 09.2603, 09.2629, 09.2632, 09.2816 u 09.2977 għandhom jiġu sostitwiti bil-volumi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Ma għadux fl-interess tal-Unjoni li jitkomplew jingħataw kwoti tariffarji fl-2012 għall-prodotti bin-numri tal-ordnijiet 09.2815, 09.2841 u 09.2992, li għalihom tali kwoti kienu ġew stabbiliti fl-2011. Dawk il-kwoti għandhom għalhekk jingħalqu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012 u l-prodotti korrispondenti għandhom jitħassru mil-lista fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010.

(5)

Fid-dawl ta’ bosta bidliet li għandhom isiru, l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 7/2010 għandu jiġi ssostitwit kompletament fl-interessi taċ-ċarezza.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

Ladarba l-kwoti tariffarji għandhom isiru effettivi mill-1 ta’ Jannar 2012, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010 huwa b’dan sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010:

il-volum għall-kwota tariffarja awtonoma bin-numru tal-ordni 09.2624 huwa stabbilit għal 950 tunnellata,

il-volum għall-kwota tariffarja awtonoma bin-numru tal-ordni 09.2640 huwa stabbilit għal 11 000 tunnellata.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012, ħlief għall-Artikolu 2 li għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  ĠU L 3, 7.1.2010, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2849

ex 0710 80 69

10

Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1)  (2)

1.1.-31.12.

700 tunnellata

0  %

09.2913

ex 2401 10 35

ex 2401 10 70

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 20 35

ex 2401 20 70

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

91

10

11

21

91

91

10

11

21

91

Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00  (1)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0  %

09.2928

ex 2811 22 00

40

Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju ta’ 97 %

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0  %

09.2703

ex 2825 30 00

10

Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1)

1.1.-31.12.

13 000 tunnellata

0  %

09.2806

ex 2825 90 40

30

Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 + 39318-18-8)

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0  %

09.2929

2903 22 00

 

Trikloroetilen (CAS RN 79-01-6)

1.1.-31.12.

7 000 tunnellata

0  %

09.2837

ex 2903 79 90

10

Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0  %

09.2933

ex 2903 99 90

30

1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1)

1.1.-31.12.

2 600 tunnellata

0  %

09.2950

ex 2905 59 98

10

2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-sottointestatura 4002 99 90 , (CAS RN 107-07-3) (1)

1.1.-31.12.

15 000 tunnellata

0  %

09.2851

ex 2907 12 00

10

O-Cresol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż (CAS RN 95-48-7)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2767

ex 2910 90 00

80

Allyl glycidyl ether (CAS RN 106-92-3)

1.1.-31.12.

4 300 tunnellata

0  %

09.2624

2912 42 00

 

Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde), (CAS RN 121-32-4)

1.1.-31.12.

950 tunnellata

0  %

09.2638

ex 2915 21 00

10

Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar (CAS RN 000064-19-7)

1.1.-31.12.

500 000 tunnellata

0  %

09.2972

2915 24 00

 

Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2769

ex 2917 13 90

10

Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6)

1.1.-31.12.

1 300 tunnellata

0  %

09.2634

ex 2917 19 90

40

Aċidu dodekanedjojku, ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5 % (CAS RN 000693-23-2)

1.1.-31.12.

4 600 tunnellata

0  %

09.2808

ex 2918 22 00

10

Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2)

1.1.-31.12.

120 tunnellata

0  %

09.2975

ex 2918 30 00

10

Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0  %

09.2632

ex 2921 22 00

10

Eksametilenediammina (CAS RN 124-09-4)

1.1.-31.12.

40 000 tunnellata

0  %

09.2602

ex 2921 51 19

10

o-Phenylenediamine (CAS RN 95-54-5)

1.1.-31.12.

1 800 tunnellata

0  %

09.2977

2926 10 00

 

Akrilonitrile (CAS RN 107-13-3)

1.1.-31.12.

75 000 tunnellata

0  %

09.2917

ex 2930 90 13

90

Ċistina (CAS RN 56-89-3)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0  %

09.2603

ex 2930 90 99

79

Bis(3-triethoxysilylpropyl)tetrasulfide (CAS RN 40372-72-3)

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0  %

09.2810

2932 11 00

 

Tetraidrofuran (CAS RN 109-99-9)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2955

ex 2932 19 00

60

Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0  %

09.2812

ex 2932 20 90

77

Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3)

1.1.-31.12.

4 000 tunnellata

0  %

09.2615

ex 2934 99 90

70

Aċidu ribonuklejku (CAS RN 63231-63-0)

1.1.-31.12.

110 tunnellata

0  %

09.2945

ex 2940 00 00

20

D-Xylose (CAS RN 58-86-6)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0  %

09.2908

ex 3804 00 00

10

Linjosulfonat tas-sodju

1.1.-31.12.

40 000 tunnellata

0  %

09.2889

3805 10 90

 

Termentina tas-sulfat

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0  %

09.2935

ex 3806 10 00

10

Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

1.1.-31.12.

280 000 tunnellata

0  %

09.2814

ex 3815 90 90

76

Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

1.1.-31.12.

2 200 tunnellata

0  %

09.2829

ex 3824 90 97

19

Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % tal-piż,

numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110,

u

punt tat-tidwib ta’ 100 °C jew aktar

1.1.-31.12.

1 600 tunnellata

0  %

09.2986

ex 3824 90 97

76

Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom:

60 % jew aktar tal-piż dodecyldimethylamine

20 % jew aktar tal-piż dimethyl(tetradecyl)amine,

0,5 % jew aktar tal-piż hexadecyldimethylamine,

għall-użu fil-produzzjoni ta’ ossidi amini (1)

1.1.-31.12.

14 315 tunnellata

0  %

09.2907

ex 3824 90 97

86

Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

75 % jew aktar ta steroli,

mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1)

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0  %

09.2140

ex 3824 90 97

98

Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom, skont il-piż:

2,0-4,0 % ta’ N,N-dimethyl-1-octanamine

minimu ta’ 94 % N,N-dimethyl-1-decanamine

massimu ta’ 2 % N,N-dimethyl-1-dodecanamine

1.1.-31.12.

4 500 tunnellata

0  %

09.2639

3905 30 00

 

Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed

1.1.-31.12.

18 000 tunnellata

0  %

09.2640

ex 3905 99 90

91

Polivinil butiral

1.1.-31.12.

11 000 tunnellata

0  %

09.2616

ex 3910 00 00

30

Polydimethylsiloxane b’livell ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 monomer unit (± 100)

1.1.-31.12.

1 300 tunnellata

0  %

09.2816

ex 3912 11 00

20

Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

1.1.-31.12.

75 000 tunnellata

0  %

09.2641

ex 3913 90 00

87

Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

b’ piż medju tal-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000 ,

b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % bil-piż,

b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % tal-piż

1.1.-31.12.

200  kg

0  %

09.2813

ex 3920 91 00

94

Film koestruż bi tliet saffi magħmul minn butiral tal-polivinil mingħajr faxx ta’ kulur sfumat li fih bħala kontenut bil-piż 29 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-31 % ta’ 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) li jintuża bħala plastifikant

1.1.-31.12.

3 000 000  m2

0  %

09.2818

ex 6902 90 00

10

Briks li jirreżistu s-sħana:

b’tarf li għandu tul ta’ aktar minn 300 mm u

kontenut f’piż ta’ TiO2 ta’ mhux aktar minn 1 % u

kontenut f’piż ta’ Al2O3 ta’ mhux aktar minn 0.4 % u

varjazzjoni fil-volum ta’ anqas minn 9 % f’1 700  °C

1.1.-31.12.

75 tunnellata

0  %

09.2628

ex 7019 52 00

10

Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

1.1.-31.12.

1 900 000  m2

0  %

09.2799

ex 7202 49 90

10

Ferro-kromju li fih 1.5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0  %

09.2629

ex 7616 99 90

85

Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

1.1.-31.12.

800 000 unitajiet

0  %

09.2636

ex 8411 82 80

20

Magni tat-turbini tal-gass industrijali aeroderivattivi tal-64 MW, biex jiġu inkorporati f’settijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għal bżonnijiet ta’ quċċata/ħtieġa medja li joperaw għal anqas minn 5 500 siegħa fis-sena u b’effiċjenza taċ-ċiklu sempliċi ta’ aktar minn 40 %

1.1.-31.12.

10 unitajiet

0  %

09.2763

ex 8501 40 80

30

Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600  W imma mhux aktar minn 2 700  W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

1.1.-31.12.

2

0  %

09.2642

ex 8501 40 80

40

Assemblaġġ, magħmul minn:

mutur kommutatur li jaħdem bl-elettriku AC monofażi b’saħħa ta’ 480 W jew aktar, iżda li ma taqbiżx 1 400  W, li tuża dħul tal-elettriku ta’ aktar minn 900 W iżda li ma jaqbiżx 1 600  W, b’dijametru estern ta’ aktar minn 119,8 mm iżda li ma jaqbiżx 135,2 mm u b’veloċità mkejla ta’ aktar minn 30 000 rpm iżda li ma taqbiżx 50 000 rpm, u

ventilatur għad-dħul tal-arja,

għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

1.1.-31.12.

120 000 unitajiet

0  %

09.2633

ex 8504 40 82

20

Adapter tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1) (1)

1.1.-31.12.

4

0  %

09.2643

ex 8504 40 82

30

Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521  u 8525  (1)

1.1.-31.12.

1 038 000 unitajiet

0  %

09.2620

ex 8526 91 20

20

Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni

1.1.-31.12.

3

0  %

09.2003

ex 8543 70 90

63

Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm × 30 mm

1.1.-31.12.

1 400 000 unitajiet

0  %

09.2635

ex 9001 10 90

20

Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544  (1)

1.1.-31.12.

3

0  %

09.2631

ex 9001 90 00

80

Lentijiet, priżmi u elementi inkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9002 , 9005 , 9013 10  u 9015  (1)

1.1.-31.12.

5

0  %


(1)  Tnaqqis tad-dazju doganali għandu jkun suġġett għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 - ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(2)  Madankollu, il-miżura ma titħalliex titwettaq meta l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti li jbiegħu bl-imnut jew tal-catering.”


Top