This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0668
Council Regulation (EU) No 668/2011 of 12 July 2011 amending Regulation (EC) No 174/2005 imposing restrictions on the supply of assistance related to military activities to Côte d’Ivoire
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 668/2011 tat- 12 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet fuq il-forniment ta’ assistenza relatata mal-attivtajiet militari lill-Côte d’Ivoire
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 668/2011 tat- 12 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet fuq il-forniment ta’ assistenza relatata mal-attivtajiet militari lill-Côte d’Ivoire
ĠU L 183, 13.7.2011, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0907
13.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/2 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 668/2011
tat-12 ta’ Lulju 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet fuq il-forniment ta’ assistenza relatata mal-attivtajiet militari lill-Côte d’Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/412/PESK tat-12 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK (2) li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 (3) impona restrizzjonijiet fuq il-forniment ta’ assistenza relatata mal-attivitajiet militari lill-Côte d’Ivoire. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2011/412/PESK emendat id-Deċiżjoni 2010/656/PESK fid-dawl tal-Riżoluzzjoni 1980 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Din ipprevediet ukoll deroga speċifika fir-rigward tal-projbizzjoni tal-forniment lill-Côte d’Ivoire ta’ apparat għar-ripressjoni interna. |
(4) |
Dawk il-miżuri jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 b’dan huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 4(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. B’deroga mill-Artikolu 2, il-projbizzjonijiet imsemmija fih ma għandhomx japplikaw għal:
|
(2) |
L-Artikolu 4a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4a 1. B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn l-esportatur jew il-fornitur tas-servizzi jkun stabbilit, tista’ tawtorizza, skont dawk il-kondizzjonijiet li hija tqis xierqa, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir mhux letali elenkat fl-Anness I, jew l-għoti ta’ assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir mhux letali, wara li tkun iddeterminat li t-tagħmir mhux letali kkonċernat huwa maħsub biss biex jippermetti lill-forzi tas-sigurtà Ivorjani jużaw forza xierqa u proporzjonata biss waqt iż-żamma tal-ordni pubbliku. 2. B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn l-esportatur jew il-fornitur tas-servizzi jkun stabbilit, tista’ tawtorizza, skont dawk il-kondizzjonijiet li hija tqis xierqa, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża fir-ripressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, li jkun maħsub biss għall-appoġġ tal-proċess Ivorjan tar-Riforma fis-Settur tas-Sigurtà, kif ukoll l-għoti ta’ assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ tali apparat. 3. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tkun saret skont dan l-Artikolu fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni. 4. L-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tingħata għal attivitajiet li diġà seħħew.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI
(1) Ara paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.