Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0192

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 192/2011 tal- 25 ta’ Frar 2011 li jistabilixxi miżuri speċjali li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 68/2011

    ĠU L 53, 26.2.2011, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/192/oj

    26.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 53/65


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 192/2011

    tal-25 ta’ Frar 2011

    li jistabilixxi miżuri speċjali li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 68/2011

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (2), u b’mod partikolari Artikolu 23(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Eżami tas-sitwazzjoni indika li hemm ir-riskju li jkun hemm għadd eċċessivament kbir ta’ applikazzjonijiet għall-iskema ta’ għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal li ġiet introdotta mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2011 it-28 ta’ Jannar 2011 li jiffissa bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal (3).

    (2)

    Għalhekk, hu meħtieġ li l-applikazzjoni tal-iskema stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 68/2011, tiġi sospiża u li jiġu miċħuda l-applikazzjonijiet inkwistjoni.

    (3)

    Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   L-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 68/2011 hija b’dan sospiża għall-perjodu mis-27 ta’ Frar 2011 sal-4 ta’ Marzu 2011. L-applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti ppreżentati matul dan il-perjodu ma għandhomx jintlaqgħu.

    2.   L-applikazzjonijiet ippreżentati mit-22 ta’ Frar 2011, li l-aċċettazzjoni tagħhom tkun ġiet deċiża matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, huma b’dan miċħuda.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.

    (3)  ĠU L 26, 29.1.2011, p. 2.


    Top