This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011H0024
2011/24/EU: Commission Recommendation of 11 January 2011 on the certification of defence undertakings under Article 9 of Directive 2009/43/EC of the European Parliament and of the Council simplifying terms and conditions of transfers of defence-related products within the Community Text with EEA relevance
2011/24/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Jannar 2011 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ impriżi tad-difiża skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/24/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Jannar 2011 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ impriżi tad-difiża skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 11, 15.1.2011, p. 62–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/62 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Jannar 2011
dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ impriżi tad-difiża skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/24/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar is-simplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (1) jistabbilixxi l-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni mill-Istati Membri ta’ impriżi tad-difiża stabbiliti fit-territorju tagħhom bħala riċeventi ta’ prodotti relatati mad-difiża ttrasferiti skont liċenzji ta’ trasferiment ġenerali. |
(2) |
Iċ-ċertifikazzjoni ta’ impriżi hija element ewlieni tas-sistema ta’ liċenzjar issimplifikata li ddaħħlet bid-Direttiva 2009/43/KE. |
(3) |
Interpretazzjonijiet differenti tal-kriterji ta’ ċertifikazzjoni mill-Istati Membri jistgħu jfixklu l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/43/KE u l-kisba tal-mira tagħha ta’ simplifikazzjoni. |
(4) |
Interpretazzjoni u applikazzjoni konverġenti tal-kriterji ta’ ċertifikazzjoni mill-Istati Membri huma importanti għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 2009/43/KE u għall-użu estiż ta’ liċenzji ġenerali. |
(5) |
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/43/KE issuġġerixxew li interpretazzjoni u applikazzjoni konverġenti tal-kriterji ta’ ċertifikazzjoni jistgħu jinkisbu bl-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. |
(6) |
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/43/KE b’hekk stabbilixxew grupp ta’ ħidma biex iħejji linji gwida dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ impriżi tad-difiża skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/43/KE. |
(7) |
Il-linji gwida ppreżentati f’din ir-Rakkomandazzjoni huma bbażati fuq l-aħjar prattiki ta’ ċerti Stati Membri, li rriżultaw li huma effiċjenti u prattikabbli, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. IL-KRITERJI TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI
1.1. Evalwazzjoni tal-kriterji stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9(2)
Għandhom ikuni eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni biss dawk l-impriżi riċeventi li attwalment jimmanifatturaw prodotti relatati mad-difiża jew prodotti relatati mad-difiża parzjalment lesti li jaqgħu taħt id-Direttiva 2009/43/KE, li jikkonsistu minn komponenti u/jew sistemi u sottosistemi mixtrija mingħand terzi, bil-għan li jitpoġġew fis-suq f’isimhom jew skont it-trademark tagħhom.
L-impriżi riċeventi ċċertifikati għandhom jużaw il-prodotti relatati mad-difiża li jirċievu skont il-liċenzji ġenerali ta’ trasferiment msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE għall-produzzjoni tagħhom stess (li tinkludi inkorporazzjoni tal-komponenti u ma għandhomx jittrasferixxuhom mill-ġdid jew jesportawhom bħala tali, (ħlief għall-finijiet ta’ manutenzjoni jew tiswija) fejn hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel tal-Istat Membru minn fejn joriġinaw.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f’qagħda li, fejn ikun xieraq u qabel ma joħorġu ċertifikat, jitolbu dikjarazzjoni mill-impriżi riċeventi fejn jimpenjaw ruħhom għal dan li ġej:
(a) |
li jużaw il-prodotti relatati mad-difiża, li jkunu rċevew skont il-liċenzji ġenerali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE, għall-produzzjoni tagħhom stess; |
(b) |
li jibqgħu lura milli jittrasferixxu mill-ġdid jew jesportaw il-prodotti relevanti bħala tali, ħlief għall-finijiet ta’ manutenzjoni jew tiswija. |
1.2. Provvisti lil impriżi riċeventi li jixtru għall-użu esklussiv mill-forzi armati ta’ Stat Membru skont liċenzji ġenerali ta’ trasferiment imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE
Impriżi riċeventi li jikkwalifikaw bħala awtoritajiet kontraenti fit-tifsira tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jixtru għall-użu esklussiv mill-forzi armati ta’ Stat Membru, għandhom ikunu intitolati li jirċievu prodotti relatati mad-difiża skont il-liċenzji ġenerali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE mingħajr ma jkunu ċċertifikati.
1.3. Evalwazzjoni tal-kriterji stipulati fil-punt (c) u (f) tal-Artikolu 9(2)
L-eżekutur anzjan imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE għandu jkun personalment responsabbli għall-programm ta’ konformità interna jew is-sistema ta’ ġestjoni tat-trasferimenti u l-esportazzjoni implimentati fl-impriża u l-persunal inkarigat mill-kontroll tal-esportazzjoni u t-trasferimenti. Dak l-eżekutur anzjan għandu jkun membru tal-korp maniġerjali tal-impriża.
Meta ċ-ċertifikat ikun mitlub għal unità ta’ produzzjoni waħda jew bosta minnhom, id-deskrizzjoni tal-katina tar-responsabbiltà fl-impriża riċeventi meħtieġa skont il-punt (f) tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE għandha tistabbilixxi b’mod ċar il-kontroll tal-eżekutur anzjan fuq il-persunal ta’ dawk l-unitajiet inkarigati mill-kontroll tal-esportazzjoni u trasferimenti.
Domandi u linji gwida dwar id-deskrizzjoni ta’ programmi ta’ konformità interna u għal evalwazzjoni sussegwenti huma ppreżentati fl-Anness I. L-Istati Membri jistgħu jżidu aktar mistoqsijiet. Fejn l-Istati Membri jżidu aktar mistoqsijiet, dawn għandhom ikunu relevanti direttament għall-proċess ta’ evalwazzjoni tal-iċċertifikar.
1.4. L-Istruttura Organizzativa li għandha tkun iċċertifikata u l-evalwazzjoni tal-kriterji stipulati fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 9(2)
Kif issir iċ-ċertifikazzjoni jiddependi fuq l-istruttura organizzattiva tal-impriża riċeventi u kif din tiddelega r-responsabbiltà għall-kontrolli tat-trasferimenti u l-esportazzjoni. L-impriża tista’ tkun iċċertifikata bħala sħiħa jew skont l-unità tan-negozju. L-impriżi b’unitajiet ta’ produzzjoni u attivitajiet assoċjati f’bosta indirizzi, li kienu ddelegati bir-responsabbiltà għall-kontrolli tat-trasferiment u l-esportazzjoni, għandhom jispeċifikaw liema minn dawk l-unitajiet għandhom ikunu koperti biċ-ċertifikat.
2. IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI
2.1. Mudell standard ta’ ċertifikazzjoni
L-użu ta’ mudell standard ta’ ċertifikazzjoni ppreżentat fl-Anness II huwa rrakkomandat.
Iċ-ċertifikat għandu jiġi abbozzat b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat u preferibbilment b’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, kif indikat mill-impriża riċeventi ċċertifikata. Id-data tad-dħul fis-seħħ taċ-ċertifikat għandha tiġi mmarkata fuq iċ-ċertifikat.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 9(4), iċ-ċertifikat għandu jeħtieġ lill-impriża riċeventi ċċertifikata li tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar il-fatturi u l-avvenimenti kollha li jitfaċċaw wara li jkun ingħata ċ-ċertifikat li jistgħu jaffettwaw il-validità jew il-kontenut taċ-ċertifikat. L-impriża riċeventi ċċertifikata għandha tinnotifika b’mod partikolari dan li ġej:
(a) |
kwalunkwe bidla importanti fl-attività industrijali tagħha fi prodotti relatati mad-difiża; |
(b) |
kwalunkwe bidla fl-indirizz fejn ir-rekords dwar il-prodotti relatati mad-difiża li jkunu waslulha huma aċċessibbli għall-awtorità kompetenti. |
Għall-finijiet tal-punt (a), ir-relevanza tal-bidla li tiġġustifika n-notifika għandha, fejn ikun xieraq, tiġi evalwata fid-dawl tal-informazzjoni diġà pprovduta għar-reġistrazzjoni bħala impriża tad-difiża u għall-għoti ta’ liċenzja ta’ attività ta’ difiża jew liċenzja ta’ manifattura.
2.2. Skambju ta’ informazzjoni dwar impriżi riċeventi jitolbu ċertifikazzjoni
Għall-finijiet tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/43/KE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma mħeġġa li jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni relevanti dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati. Jekk għall-evalwazzjoni ta’ impriża riċeventi għall-finijiet ta’ ħruġ ta’ ċertifikat ikun meħtieġ li tinġabar informazzjoni mingħand awtoritajiet kompetenti oħrajn, l-awtorità kompetenti nazzjonali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha tikkollabora mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali relevanti l-oħrajn qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat.
3. MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ
3.1. Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu żjajjar ta’ konformità
Għall-finijiet ta’ żjajjar biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat u mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(2), l-ispetturi assenjati mill-awtorità kompetenti għandhom ta’ mill-inqas ikollhom is-setgħa li:
(a) |
jidħlu fil-postijiet relevanti; |
(b) |
jeżaminaw u jieħdu kopji tar-rekords, dejta, regoli tal-proċedura u kwalunkwe materjal ieħor relevanti għall-prodotti esportati, ittrasferiti jew li jkun waslu skont liċenzja ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor. |
Dawk l-ispezzjonijiet għandhom isiru b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn ikunu se jsiru.
3.2. Każijiet li jiġġustifikaw evalwazzjoni mill-ġdid
Evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat u mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(2) għandha ssir mill-awtorità kompetenti fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
bidliet sostanzjali fl-impriża riċeventi ċċertifikata, fosthom bidliet fl-organizzazzjoni interna tal-impriża jew fl-attivitajiet tagħha; |
(b) |
indikazzjoni li l-kundizzjonijiet u l-kriterji relevanti ma għadhomx issodisfati mill-impriża riċeventi ċċertifikata; |
(c) |
meta l-impriża riċeventi ċċertifikata tkun ġiet preskritta biex tieħu azzjoni korrettiva; |
(d) |
meta s-sospensjoni taċ-ċertifikat ikollha titneħħa. |
3.3. Monitoraġġ aktar mill-qrib ta’ impriżi riċeventi li jkunu għadhom kemm ġew iċċertifikati
L-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-monitoraġġ ta’ impriżi li jkunu għadhom kemm ġew iċċertifikati. L-awtorità kompetenti għandha twettaq monitoraġġ ta’ konformità preferibbilment matul l-ewwel sena wara l-ewwel darba li jinħareġ ċertifikat.
4. MIŻURI KORRETTIVI, SOSPENSJONI U REVOKA TA’ ĊERTIFIKATI
4.1. Deċiżjonijiet biex tiġi preskritta azzjoni korrettiva
Meta impriża riċeventi ċċertifikata ma tkunx għadha tikkonforma ma’ wieħed jew aktar mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE jew mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat u meta l-awtorità kompetenti tqis li n-nuqqas ta’ konformità huwa ta’ importanza minuri, l-awtorità kompetenti għandha, f’perjodu ta’ mhux aktar minn xahar mid-data meta l-awtorità kompetenti saret taf għall-ewwel darba bin-nuqqas ta’ konformità, tieħu deċiżjoni li teħtieġ lill-impriża riċeventi tieħu azzjoni korrettiva.
Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata immedjatament bil-miktub mill-awtorità kompetenti lill-impriża riċeventi ċċertifikata. Dik id-deċiżjoni għandha teħtieġ li l-impriża riċeventi ċċertifikata twettaq l-azzjoni korrettiva preskritta fi żmien il-perjodu ta’ żmien stipulat fin-notifika bil-miktub.
Mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ żmien, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-azzjoni korrettiva ġiet implimentata. Il-verifika tista’ tinkludi żjara fuq il-post, laqgħa mal-eżekutur anzjan imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE jew uffiċjal anzjan innominat minn dak l-eżekutur anzjan, u/jew l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni bil-miktub ipprovduta minn dak l-eżekutur anzjan.
F’perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur wara t-tlestija tal-verifika, l-impriża riċeventi ċċertifikata għandha tiġi nnotifikata bil-miktub dwar l-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ jekk l-azzjoni korrettiva mwettqa hijiex xierqa.
4.2. Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikati
L-awtorità kompetenti għandha tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat f’kull wieħed minn dawn il-każijiet:
(a) |
l-impriża riċeventi ċċertifikata kkonċernata tkun naqset milli tieħu l-azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien stipulat fin-notifika bil-miktub mill-awtorità kompetenti li teħtieġ li l-impriża riċeventi ċċertifikata tieħu azzjoni korrettiva; |
(b) |
l-impriża riċeventi ċċertifikata ma tkunx għadha tikkonforma ma’ waħda mill-kriterji jew aktar stipulati fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE jew mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat u l-awtorità kompetenti tikkunsidra li n-nuqqas ta’ konformità huwa ta’ importanza serja. |
Id-deċiżjoni li tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat għandha tiġi nnotifikata bil-miktub immedjatament mill-awtorità kompetenti lill-impriża riċeventi ċċertifikata u lill-Kummissjoni.
L-awtorità kompetenti għandha żżomm is-sospensjoni sakemm l-impriża riċeventi ċċertifikata tkun tista’ turi konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE u mal-kundizzjonijiet marbuta ma’ dak iċ-ċertifikat. L-awtorità kompetenti għandha, fiż-żmien tan-notifika bil-miktub tas-sospensjoni taċ-ċertifikat jew f’korrispondenza bil-miktub sussegwenti, timponi limitu ta’ żmien li fi ħdanu għandha tintwera dik il-konformità mill-impriża riċeventi ċċertifikata.
4.3. Tneħħija tas-sospensjoni taċ-ċertifikat
Wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imposta fid-deċiżjoni dwar is-sospensjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-impriża riċeventi ċċertifikata hijiex konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE u mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat.
Il-verifika tista’ tinkludi żjara fuq il-post, laqgħa mal-eżekutur anzjan imsemmi fl-Artikolu 9(2)(c) tad-Direttiva 2009/43/KE jew uffiċjal anzjan innominat minn dak l-eżekutur anzjan, u/jew l-evalwazzjoni ta’ dokumentazzjoni bil-miktub ipprovduta minn dak l-eżekutur anzjan.
Sa mhux aktar minn xahar wara t-tlestija tal-verifika, għandha tiġi nnotifikata bil-miktub deċiżjoni ġdida mill-awtorità kompetenti lill-impriża riċeventi ċċertifikata fejn tiġi ddikjarata waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
li s-sospensjoni taċ-ċertifikat tneħħiet u d-data meta tidħol fis-seħħ; |
(b) |
li s-sospensjoni tinżamm sa ċerta data, u li wara dik id-data għandha ssir verifika oħra; |
(c) |
li ċ-ċertifikat jitħassar. |
5. SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI DWAR IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI
Meta ċertifikat ikun ingħata, ġie sospiż, irrevokat jew meta tkun tneħħiet is-sospensjoni ta’ ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika immedjatament bil-miktub lill-impriża riċeventi ċċertifikata kif ukoll lill-Kummissjoni.
6. SEGWITU
L-Istati Membri huma mistiedna jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012.
L-Istati Membri huma mħeġġa biex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura meħuda biex tagħti effett lil din ir-Rakkomandazzjoni.
7. DESTINATARJI
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi-President
(1) ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.
(2) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
ANNESS I
Mistoqsijiet u linji gwida dwar id-deskrizzjoni tal-programmi ta’ konformità interna u għal valutazzjoni sussegwenti
Oqsma ewlenin |
Mistoqsijiet prinċipali |
Rakkomandazzjonijiet tal-aqwa prattika |
Kriterju ta’ ċertifikazzjoni relevanti |
||||||||||||
|
Liema perċentwal tan-negozju tal-impriża (fatturat annwali) jiddependi fuq l-esportazzjonijiet u t-trasferimenti ta’ oġġetti liċenzjati? Kemm hemm esportazzjonijiet u trasferimenti fi żmien sena? X’funzjonijiet fil-kumpanija (pereżempju xiri, inġinerija, maniġment ta’ proġett, trasport bil-baħar) huma involuti fil-proċess tal-esportazzjoni u t-trasferiment u kif inhuma organizzati dawk ir-responsabbiltajiet? L-impriża għandha sistema elettronika sabiex tiġġestixxi l-esportazzjonijiet u t-trasferimenti? Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tagħha? |
L-għan ta’ dawn il-mistoqsijiet huwa li tinkiseb informazzjoni addizzjonali dwar l-organizzazzjoni interna tal-impriża, li hija relevanti għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ attivitajiet ta’ esportazzjoni/trasferiment fuq l-impriża u fuq il-proċeduri operattivi relatati |
|
||||||||||||
Kemm hemm nies li huma jew impjegati biss biex jittrattaw il-maniġment tal-esportazzjonijiet u t-trasferimenti jew li għandhom ir-responsabbiltà għal dan il-maniġment flimkien ma’ ħidmiet oħra? |
Għandu jkun hemm mill-inqas żewġ persuni fil-każ ta’ btala, mard eċċ. |
||||||||||||||
L-impriża tiċċirkola internament l-impenn bil-miktub tagħha ta’ konformità mar-regolamenti ta’ kontroll tal-esportazzjoni/trasferiment u tal-adeżjoni ma’ kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu finali u fuq l-esportazzjoni relevanti? L-impriża tiċċirkola l-impenn tagħha bil-miktub internament sabiex tipprovdi meta mitluba informazzjoni dwar l-użu finali/utent finali? |
Iż-żewġ impenni bil-miktub għandhom jiġu inklużi fil-manwali tal-konformità għall-persunal ta’ esportazzjoni/kontroll tat-trasferimenti u għandhom ikunu mgħarrfa wkoll lill-impjegati kollha kkonċernati minn kontrolli ta’ esportazzjoni/trasferimenti (eż. dipartiment tal-bejgħ …). |
9 (2) (d) u 9 (2) (e) |
|||||||||||||
Sa issal-impriża kkonformat mar-regolamenti ta’ esportazzjoni/kontroll tat-trasferimenti? |
L-impriża għandu jkollha storja ta’ konformità mar-regolamenti ta’ kontroll tal-esportazzjoni/trasferimenti. |
9 (2) (a) |
|||||||||||||
Qegħdin jiġu pprovduti manwali ta’ konformità u dawn qegħdin jinżammu aġġornati għal persunal ta’ esportazzjoni/kontroll tat-trasferimenti? |
Il-manwali ta’ konformità għall-użu u l-gwida għall-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/trasferiment għandhom ikunu disponibbli, għallinqas f’verżjoni elettronika (pereżempju, fuq l-intranet tal-impriża). Dawk il-manwali għandu jkun fihom il-proċeduri operattivi u organizzattivi li għandhom jiġu segwiti mill-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/trasferiment. Il-persunal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment għandu jiġi informat minnufih bl-emendi għall-manwal li japplikaw għad-dmirijiet tagħhom kif ukoll bid-dħul fis-seħħ tagħhom. |
9 (2) (f) |
|||||||||||||
|
Jekk jogħġbok iddeskrivi l-katina ta’ responsabbiltà għall-esportazzjonijiet u t-trasferimenti fl-impriża tiegħek. |
Ir-responsabbiltà għall-kontroll fil-konformità fl-esportazzjoni/trasferiment għandha tkun stipulata bil-miktub. L-appoġġ bil-miktub li jiddeskrivi l-katina ta’ responsabbiltà (bħar-rekords jew ċarts tal-organizzazzjoni) għandhom jinżammu aġġornati. Id-deskrizzjoni għandha tipprovdi dettall dwar id-delegi ta’ responsabbiltà u r-rutini addottati f’sitwazzjonijiet meta l-eżekutur anzjan imsemmi fl-Artikolu 9 (2) (c) tad-Direttiva 2009/43/KE jkun assenti. |
9 (2) (f) |
||||||||||||
Deskrizzjoni bħal din hija dejjem aċċessibbli għall-awtorità kompetenti? |
L-għarfien dwar il-katina ta’ responsabbiltà għandu dejjem ikun aċċessibbli b’mod faċli għall-awtorità kompetenti mhux biss fil-fażi tal-applikazzjoni iżda wkoll għal żjarat sussegwenti ta’ monitoraġġ dwar il-konformità u tal-konformità. |
9 (2) (f) |
|||||||||||||
F’liema parti tal-impriża tiegħek jinsab il-maniġment tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti? |
Jekk il-maniġment ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti jkunx organizzat jew le f’kull unità ta’ trasport bil-baħar, fis-sede prinċipali jew bħala dipartiment ta’ kontroll ta’ esportazzjoni separat għandu jkun jiddependi fuq id-daqs u l-istruttura tal-impriża. |
9 (2) (f) |
|||||||||||||
Kif jinteraġġixxi l-persunal tal-kontroll ta’ esportazzjoni/trasferimenti ma’ funzjonijiet oħrajn fl-impriża? |
Il-personal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti għandu jkun protett kemm jista’ jkun minn konflitti ta’ interess. Huwa għandu jkollu s-setgħa li jwaqqaf tranżazzjoni. |
9 (2) (f) |
|||||||||||||
Kif inhi organizzata r-relazzjoni bejn il-persunal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferimenti u l-eżekutur anzjan, pereżempju, il-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni? |
Il-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni għandu jirrapporta direttament lejn l-eżekutur anzjan jekk ikun jeħtieġ awtorità biex tkun imwaqqfa tranżazzjoni. |
9 (2) (f) |
|||||||||||||
Jekk jogħġbok indika r-responsabbiltajiet l-oħra tal-eżekutur anzjan li kien maħtur li jkun personalment responsabbli għat-trasferimenti u l-esportazzjonijiet. |
L-eżekutur/eżekutriċi anzjan/a għandu/għandha jkun/tkun parti mill-maniġment ta’ fuq. Il-pożizzjoni tiegħu/tagħha ma għandhiex tippreżenta konflitt ta’ interess (perżempju huwa/hija ma għandux/għandhiex ikun/tkun ukoll kap tal-bejgħ …). |
9 (2) (c) u (f) |
|||||||||||||
3. Verifiki interni |
|||||||||||||||
|
Kemm isiru spiss l-ispezzjonijiet każwali? |
L-ICP u l-proċeduri operattivi ta’ kuljum għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli każwali (mhux mistennija). |
9 (2) (f) |
||||||||||||
|
Kemm huma frekwenti l-verifiki interni? |
Idealment, darba fis-sena u, mill-inqas, kull tliet snin. |
9 (2) (f) |
||||||||||||
X’perċentwali tal-esportazzjonijiet/trasferimenti huwa soġġett għall-iċċekkjar? |
Jiddependi min-numru ta’ esportazzjonijiet/trasferimenti, mill-inqas 1 % u massimu mistenni ta’ 20 %. Il-proporzjon jista’ jvarja kull darba li ssir verifika. |
||||||||||||||
Min jagħmel dan l-iċċekkjar? |
It-tweġibiet possibbli għandhom ikunu fost dawn li ġejjin:
|
||||||||||||||
X’mistoqsijiet ikopru dawn il-verifiki? |
Il-verifiki għandhom jipprovdu tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||
|
Kif ikun żgurat li ssir verifika ta’ medda rappreżentattiva ta’ konsenji bil-baħar? |
Għallinqas konsenja waħda bil-baħar jew destinazzjoni waħda għal kull klijent għandha tiġi vverifikata għal kull proġett. |
9 (2) (f) |
||||||||||||
L-impriża tistabbilixxi programm ta’ verifika interna? |
Għandu jiġi stabbilit programm ta’ verifika interna li jiżgura li għandha tiġi vverifikata firxa rappreżentattiva ta’ konsenji bil-baħar. |
||||||||||||||
In-nuqqas ta’ konformità żvelat minn verifiki interni huwa kkoreġut sistematikament? Qiegħda tinżamm traċċa ta’ tali azzjonijiet? |
L-impriża għandha tirreġistra b’mod ċar kwalunkwe okkorrenza suspettata ta’ nuqqas ta’ konformità identifikata mill-verifiki interni, il-miżuri rakkomandati biex jikkoreġu okkorrenza bħal din u analiżi tal-effittività ta’ dawk il-miżuri korrettivi dwar il-konformità. |
||||||||||||||
4. Tqajjimtal-għarfienġenerali |
|||||||||||||||
|
Kif inhuma mfasslin il-proċessi interni tal-impriża sabiex jiżdied l-għarfien ġenerali u jiġu mminimizzati r-riskji relatati mal-kontrolli tal-esportazzjoni/trasferiment? |
Proċeduri operattivi u organizzattivi għandhom jiġu stabbiliti bil-miktub u għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet u linji gwida dwar dan li ġej:
|
9 (2) (f) |
||||||||||||
4.1.1. Proċeduri operattivi u organizzattivi: fażi ta’ qabel il-ħruġ ta’ liċenzji (1) |
|||||||||||||||
|
Kif tista' l-impriża tqis is-sanzjonijiet? |
Fil-każ fejn ikun ippjanat li konsenja bil-baħar tintbagħat lejn destinazzjoni b’sanzjonijiet, għandu jkun hemm regoli stabbiliti sabiex ikunu vverifikati r-regolamenti relevanti tas-sanzjonijiet. Verifika bħal din għandha għallinqas tinkludi:
|
9 (2) (f) |
||||||||||||
|
L-impriża kif tqis il-listi ta’ sanzjonijiet? |
L-ismijiet u l-identitajiet tal-persuni legali u naturali li għandhom jingħataw għandhom jiġu kkontrollati kontra l-listi ta’ sanzjonijiet relevanti. |
9 (2) (f) |
||||||||||||
Meta ssir tfittxija għal identità fuq il-lista tas-sanzjonijiet, liema livell (jew perċentwal) ta’ ċertezza li nstabet taqbila huwa meħtieġ sabiex din titqies bħala taqbila (“hit”)? Liema proċeduri huma segwiti meta tinstab taqbila għal isem? |
Struzzjonijiet proċedurali għandhom ikunu ġew stabbiliti bil-miktub, li jagħtu fid-dettall kemm huwa probabbli li l-qbil u “hits” għandhom jiġu indirizzati (pereżempju, meta tinstab taqbila, dan għandu jiġi rrapportat lill-awtorità kompetenti). |
||||||||||||||
|
Mistoqsijiet dwar il-proċessi interni li jiżguraw li prodott elenkat ma jiġix esportat jew ittrasferit mingħajr liċenzja: |
|
9 (2) (f) |
||||||||||||
|
Il-klassifikazzjoni tal-prodotti għandha tiġi rreġistrata f’sistema elettronika ta’ pproċessar ta’ dejta (biss jekk diġà teżisti). Tibdil fil-listi ta’ kontroll għandu jiġi rrapportat minnufih fis-sistema. |
||||||||||||||
|
Il-persunal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment għandu jkun responsabbli għall-irrekordjar u għall-klassifikazzjoni tal-prodotti, jekk ikun hemm bżonn, f’konsultazzjoni ma’ esperti tekniċi. |
||||||||||||||
|
Il-personal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment għandu jkun responsabbli għall-ivverifikar tal-kredibbiltà tar-riċevituri, b’attenzjoni speċjali tingħata għall-użu finali u għar-riskju ta’ diverżjoni. Jekk il-persunal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment jiġi infurmat li r-riċevitur kiser ir-regolamenti ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment, huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti. Verifika tal-bona fede tar-riċevitur hija importanti b’mod speċjali f’każijiet fejn il-klijent huwa ġdid jew fejn l-identità tal-klijent mhijiex ċara jew fejn ikun hemm dubji fuq l-użu finali ddikjarat (eż.: ordni fi kwantitajiet mhux normali, rotot ta’ transitu speċjali u mhux normali mitlubin mir-riċevitur …). |
||||||||||||||
|
L-impriża kif tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti intanġibbli tat-trasferiment tat-teknoloġija (ITT) (eż., e-mail u aċċess għall-intranet minn barra)? |
L-impriża għandha tkun ħarġet struzzjonijiet ċari u bil-miktub fir-rigward tal-ITT fuq e-mail, faks, intranet jew Internet. L-għoti jew it-trasferiment tat-teknoloġija ma għandux iseħħ sakemm ma tkunx saret analiżi tal-liċenzjabbiltà tagħha, u jekk liċenzjabbli, sakemm ma jkunx hemm liċenzja li tippermetti t-trasferiment. |
9 (2) (f) |
||||||||||||
|
L-impriża kif tassigura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-assistenza teknika? |
Il-proċedura tal-konformità rigward l-assistenza teknika għandha tkun fis-seħħ:
|
9 (2) (f) |
||||||||||||
|
L-impriża kif tassigura li hija tagħmel applikazzjonijiet tal-liċenzji sħaħ u kompluti? |
L-impriża għandha tkun mgħammra biex tkun konformi bis-sħiħ mal-proċess tal-applikazzjoni tal-liċenzja u l-proċeduri li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita. |
9 (2) (f) |
||||||||||||
|
Liema huma l-proċeduri interni li jassiguraw konformità mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja? |
Verifika finali tar-rekwiżiti ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferiment għandha ssir qabel il-konsenja finali bil-baħar biex ikun assigurat li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja huma ssodisfati. |
9 (2) (f) |
||||||||||||
|
X’informazzjoni hija disponibbli għall-impjegati kollha kkonċernati mill-kontrolli tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti u għall-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti? |
Kollha kemm huma għandu jkollhom aċċess għall-proċeduri organizzattivi u operattivi msemmija hawn fuq marbuta mal-kontrolli tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti. Dawk il-proċeduri operattivi u organizzattivi għandhom ikunu rreġistrati u aġġornati f’konformità mal-manwali disponibbli għall-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti. Il-proċeduri operattivi u organizzattivi għandhom jinkludu deskrizzjoni ċara tal-proċess ta’ konformità tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti, mill-wasla tal-ordni, il-verifika tal-konformità mar-regolamenti relevanti tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti sal-konsenja finali bil-baħar jew it-trażmissjoni finali. |
9 (2) (f) |
||||||||||||
Kemm jiġi aġġornat ta’ spiss l-għarfien tal-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni? |
Dan għandu jseħħ meta jsir tibdil fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjoni u fil-proċeduri iżda b’minimu ta’ mill-inqas darba fis-sena. Barra l-aġġornamenti annwali ta’ taħriġ ġenerali, huwa rakkomandat li l-kummentarji fuq il-leġiżlazzjoni ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferiment kif ukoll il-ġurnali u r-rivisti professjonali, fejn jeżistu, għandhom ikunu disponibbli wkoll. |
||||||||||||||
Kif jiġi aġġornat l-għarfien tal-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferiment? |
Taħriġ permezz ta’ diversi għodod li jinkludu:
|
||||||||||||||
|
Is-sigurtà tal-kumpanija tiegħek hija akkreditata minn korp tal-Gvern xieraq? Jekk jogħġbok agħti d-dettalji. |
Kull Ministeru nazzjonali tad-Difiża jew organizzazzjoni simili huwa mistenni li jkun jeħtieġ xi miżura tas-sigurtà fejn l-impriża tkun qed taħdem f’isimhom. Il-fatt sempliċi li l-impriża tkun akkreditata għas-sigurtà b’xi mod jista’ jkun biżżejjed. |
9 (2) (f) |
||||||||||||
Jekk ma hemm ebda akkreditazzjoni uffiċjali ta’ sigurtà bħal din, liema miżuri tas-sigurtà huma fis-seħħ sabiex jagħmlu rekords u proċeduri ta’ esportazzjoni/trasferimenti siguri? |
Il-bini għandu jkun magħluq għal kollox b’sies. Id-dħul għandu jkun jissakkar u kkontrollat. Il-bini għandu jkun skont sorveljanza kostanti, anki matul sigħat mhux ta’ xogħol. Jista’ jkun hemm daħla separata għal kunsinni u ġbir, ‘l bogħod miż-żona ta’ produzzjoni prinċipali. |
9 (2) (f) |
|||||||||||||
Liema huma l-miżuri ta’ sigurtà fir-rigward tas-softwer u teknoloġija? |
Is-sistema għandha tkun protetta b’password u magħmula sikura b’firewall. In-netwerk tal-impriża huwa protett kontra aċċess mhux awtorizzat. Għandu jkun hemm kontroll fuq l-apparat elettroniku (laptops, assistenti diġitali personali, eċċ) li jittieħed lil hinn mis-sit jew lejn pajjiżi oħrajn u fuq emails mibgħuta bħala parti minn proġett u f’ċirkostanzi oħrajn. |
9 (2) (f) |
|||||||||||||
|
Kif tipproponi li żżomm ir-rekords tal-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni mgħoddija lilek mill-fornitur tal-prodotti? |
L-impriżi għandhom jinkludu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
9 (2) (f) |
||||||||||||
Inti, kif se tirrelata l-limitazzjonijiet fuq it-trasferimenti jew l-esportazzjonijiet sussegwenti? |
Tweġibiet possibbli għandhom jinkludu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
9 (2) (f) |
|||||||||||||
Dawn ir-rekords, kif inhuma disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti? |
|
9 (2) (f) |
(1) L-għan tal-fażi ta’ qabel il-ħruġ ta’ liċenzji huwa li jistabbilixxi jekk l-impriża hijiex milquta minn kontrolli għall-esportazzjoni/trasferiment, jiġifieri, jekk ir-regolamenti ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment humiex relevanti fir-rigward tal-attivitajiet u tranżazzjonijiet tal-impriża u, għaldaqstant, jekk hemmx rekwiżit ta’ liċenzjar għal dawk it-tranżazzjonijiet. Il-mira hija li jkun identifikat u analizzat kemm jista’ jkun kmieni possibbli jekk hemmx xi riskju għall-kontroll tal-esportazzjoni/trasferiment, u sabiex tiġi implimentata kwalunkwe miżura relevanti meħtieġa, pereżempju, sabiex issir applikazzjoni għal liċenzja jew sabiex liċenzja ġenerali tintuża b’mod xieraq.