EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0860

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/860/PESK tad- 19 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ĠU L 338, 21.12.2011, p. 56–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/04/2013; Imħassar b' 32013D0183

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/860/oj

21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/860/PESK

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 12(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

(2)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista ta’ persuni u entitajiet, kif tinsab fl-Anness II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK, li għaliha japplikaw l-Artikoli 4(1)(b) u (c) u 5(1)(b) u (c) ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(4)

Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-entrata li tikkonċerna entità waħda inkluża fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandha tiġi emendata.

(5)

Barra minn hekk il-Kunsill iddeċieda li aktar persuni u entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK.

(6)

Il-lista tal-persuni u l-entitajiet imniżżla fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandhom jiġu emendati kif imniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  ĠU L 341, 23.12.2010, p. 32.


ANNESS

Deċiżjoni 2010/800/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu f’ punt (A) u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu f’punt (B):

A.   Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikoli 4(1)(b) u 5(1)(b)

 

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Logutenent Ġenerali Kim Yong Chol

(magħruf ukoll bħala: Kim Yong-Chol; Kim Young-Chol; Kim Young-Cheol; Kim Young-Chul)

Data tat-Twelid: 1946

Lokalità: Pyongan-Pukto, il-Korea ta' Fuq

Kim Yong Chol huwa l-kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB).

2.

Pak To-Chun

Data tat-Twelid: 9 ta' Marzu 1944

Post tat-Twelid: Jagang, Rangrim

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali.

Hu inkarigat mill-industrija tal-armi. Hu rrapportat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hi deċiżiva għall-programm nukleari u ta' lanċatur tar-rokits tar-RDPK.

B.   Lista ta' entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(1)(b)

 

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Hesong Trading Corporation

Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Mining Development Corporation (KOMID) (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

Involuta f'fornimenti b'użu potenzjali fi programm ta' missili ballistiċi.

2.

Tosong Technology Trading Corporation

Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Mining Development Corporation (KOMID) (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

3.

Korea Complex Equipment Import Corporation

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

4.

Korea International Chemical Joint Venture Company

(magħrufa wkoll bħala Choson International Chemicals Joint Operation Company; Chosun International Chemicals Joint Operation Company; International Chemical Joint Venture Corporation)

Hamhung, South Hamgyong Province, RDPK; Man gyongdae-kuyok, Pyongyang, RDPK; Mangyungdae-gu, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

5.

Korea Kwangsong Trading Corporation

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

6.

Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation

(magħrufa wkoll bħala: Chosun Yunha Machinery Joint Operation Company; Korea Ryenha Machinery J/V Corporation; Ryonha Machinery Joint Venture Corporation)

Central District, Pyongyang, RDPK; Mangungdae-gu, Pyongyang, RDPK; Mangyongdae District, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

Is-siti ta' produzzjoni ġew reċentement modernizzati u huma parzjalment maħsuba għall-ipproċessar ta' materjal relevanti għall-produzzjoni nukleari.

7.

Munitions Industry Department

(magħruf ukoll bħala: Military Supplies Industry Department)

Pyongyang, RDPK

Responsabbli għas-sorveljanza tal-attivitajiet tal-industriji militari tal-Korea ta' Fuq, inkluż is-Second Economic Committee (SEC) u KOMID. Dan jinkludi s-sorveljanza tal-iżvilupp tal-programmi nukleari u tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq.

Sa reċenti, kien immexxi minn Jon Pyong Ho. L-informazzjoni tissuġġerixxi li l-ex l-ewwel viċi direttur ta' Munitions Industry Department (MID) Chu Kyu-ch’ang (Ju Gyu-chang) issa huwa d-direttur tal-MID, li pubblikament jirreferu għalih bħala Machine Building Industry Department. Chu serva bħala s-superviżur ġenerali għall-iżvilupp tal-missili tal-Korea ta' Fuq, inkluża s-sorveljanza fil-5 ta' April, 2009 tal-isparar tal-missila Taepo Dong-2 (TD-2) u fl-Lulju 2006 l-isparar li ma rnexxiex ta' ta' TD-2.

8.

Reconnaissance General Bureau (RGB)

(magħruf ukoll bħala: Chongch’al Ch’ongguk; RGB; KPA Unit 586)

Hyongjesan-Guyok, Pyongyang, Korea ta' Fuq; Nungrado, Pyongyang, Korea ta' Fuq.

Ir-Reconnaissance General Bureau (RGB) huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence tal-Korea ta' Fuq, maħluqa kmieni fl-2009 bil-fużjoni tal-organizzazzjonijiet tal-intelligence eżistenti mill-Korean Workers' Party, l-Operations Department u l-Office 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata tal-Poplu Korean. Dan jaqa' taħt il-kmand dirett tal-Ministeru tad-Difiża u hu primarjament inkarigat mill-ġbir ta' intelligence militari. L-RGB hu involut fil-kummerċ ta' armi konvenzjonali u jikkontrolla l-intrapriża tal-Korea ta' Fuq ta' armi konvenzjonali nnominata mill-UE bħala Green Pine Associated Corporation (Green Pine).

(b)

F’punt (B) l-entrata għal Green Pine Associated Corporation għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Green Pine Associated Corporation (magħrufa wkoll bħala: Chongsong Yonhap; Ch’o’ngsong Yo’nhap; Saengpil Associated Company; General Precious Metal Complex (GPM); Myong Dae Company; Twin Dragon Trading (TDT))

c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pyongyang/Nungrado, Pyongyang

Ch’o’ngsong Yo’nhap ġiet identifikata għal sanzjonijiet għall-esportazzjoni tal-armi jew materjal relatat mill-Korea ta’ Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta’ missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża. Green Pine hija responsabbli għal madwar nofs l-armi u materjal relatat esportat mill-Korea ta’ Fuq u assumiet ħafna mill-attivitajiet tal-KOMID wara li din ġiet indikata mill-KSNU.

(2)

Fl-Anness III il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt (A) u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt (B):

A.   Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikoli 4(1)(c) u 5(1)(c)

 

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Kim Tong-Myo'ng

(magħruf ukoll bħala: Kim Chin-so'k)

Data tat-Twelid: 1964, Ċittadinanza: Korea ta' Fuq.

Kim Tong-Myo'ng jaġixxi f'isem Tanchon Commercial Bank (innominat mill-Kumitat 1718 f'April 2009).

Kim Dong Myong kellu diversi pożizzjonijiet fit-Tanchon sa mill-inqas l-2002, hu attwalment il-president ta' Tanchon. Kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang (proprjetà ta' jew ikkontrollata minn Tanchon Commercial Bank) bl-użu tal-psewdonimu Kim Chin-so'k.

B.   Lista ta' entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(1)(c)

 

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Korea Kwangson Banking Corp. (KKBC)

(magħrufa wkoll bħala: Korea Kwangson Banking Corp; KKBC)

Jungson-dong, Sungri Street, Central District, Pyongyang, RDPK

Subordinat li taġixxi f'isem ta' jew taħt id-direzzjoni ta', proprjetà ta' jew ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009).

Tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ kemm għal Tanchon Commercial Bank (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009) kif ukoll għal Korea Hyoksin Trading Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'Lulju 2009).

Sa mill-2008, Tanchon qed juża l-KKBC biex jiffaċilita t-trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal milljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati mal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009) minn Burma lejn iċ-Ċina fl-2009.

Barra minn hekk, Hyoksin, li n-NU ddiskrevewh bħala li kien involut fl-iżvilupp ta' armi ta' distruzzjoni massiva, fittex li juża l-KKBC f'konnessjoni max-xiri fl-2008 ta' tagħmir b'użu doppju. Il-KKBC għandu mill-inqas fergħa bflarranija f'Dandong, iċ-Ċina.

2.

Amroggang Development Banking Corporation

(magħrufa wkoll bħala: Amroggang Development Bank; Amnokkang Development Bank)

Tongan-dong, Pyongyang, RDPK

Proprjetà ta' jew ikkontrolata minn Tanchon Commercial Bank (innominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009). Stabbilita fl-2006, Amroggang hi mmexxija minn uffiċjali ta' Tanchon. Tanchon għandu rwol fil-finanzjament tal-bejgħ minn KOMID (innominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009) ta' missili ballistiċi u kien ukoll involut fi transazzjonijiet ta' missili ballistiċi minn KOMID għal Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran.

3.

Bank of East Land

(magħruf ukoll bħala: Dongbang Bank; Tongbang U’nhaeng; Tongbang Bank)

PO Box 32, BEL Building, Jonseung-Dung, Moranbong District, Pyongyang, Korea ta' Fuq.

Bank of East Land (magħruf ukoll bħala Dongbang Bank) Istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq -jiffaċilita transazzjonijiet relatati ma' armi, u appoġġ ieħor lil, manifattur u esportatur innominat ta' armi Green Pine Associated Corporation (Green Pine). Il-Bank of East Land ħadem b'mod attiv mal-Green Pine għat-trasferiment ta' fondi b'mod li jaħarbu s-sanzjonijiet.

Fl-2007 u l-2008, il-Bank of East Land iffaċilita transazzjonijiet li jinvolvu lil Green Pine u nnomina istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani, inkluż il-Bank Melli u l-Bank Sepah. Il-Bank of East Land iffaċilita wkoll transazzjonijiet finanzjarji għall-benefiċċju tal-programm tal-armi ta' Reconnaissance General Bureau (RGB) tal-Korea ta' Fuq.

4.

Office 39 of the The Korean Workers’ Party

(magħruf ukoll bħala: Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee; Third Floor Division 39.)

Second KWP Government Building (Korean: Ch’o’ngsa), Chungso’ng, Urban Tower (Korean’Dong), Chung Ward, Pyongyang, Korea ta' Fuq; Chung-Guyok (Central District), Sosong Street, Kyongrim-Dong, Pyongyang, Korea ta' Fuq; Changgwang Street, Pyongyang, North Korea.

Office 39 tal-Korean Workers’ Party hu involut f'attività ekonomika illeċita b'appoġġ għall-gvern tal-Korea ta' Fuq. Għandu fergħat madwar in-nazzjon li jiġbru u jamministraw fondi u hu responsabbli għall-qligħ ta' munita barranija għat-tmexxija għolja tal-Korean Workers’ Party tal-Korea ta' Fuq permezz ta' attivitajiet illeċiti bħat-traffikar ta' narkotiċi. Office 39 jikkontrolla numru ta' entitajiet fil-Korea ta' Fuq u fl-esteru li permezz tagħhom iwettaq għadd ta' attivitajiet illeċiti inklużi l-produzzjoni, il-kuntrabandu, u d-distribuzzjoni ta' narkotiċi. Office 39 kien ukoll involut f'attentat ta' akkwist u trasferiment ta' oġġetti lussużi lejn il-Korea ta' Fuq.

Office 39 jidher fost l-organizzazzjonijiet l-aktar importanti bil-kompitu li jakkwistaw munita u merkanzija. Hu mifhum li hu taħt il-kmand dirett ta' KIM Jong-il.

Dan jikkontrolla diversi kumpanniji kummerċjali li xi wħud minnhom huma attivi f'attivitajiet illeċiti, fosthom Daesong General Bureau, parti mill-grupp Daesong, l-akbar grupp ta' kumpanniji tal-pajjiż. Skont xi sorsi, Office 39 għandu uffiċċju ta' rappreżentanza f'Ruma, Beijing, Bangkok, Singapore, Hongkong u Dubai. Għall-barrani, office 39 jibdel l-isem u d-dehra regolarment. Id-direttur ta' Office 39, JON il-chun, diġà hu mniżżel fil-lista ta' sanzjonijiet tal-UE.

Office 39 ipproduċa l-metamfetamina f'Sangwon, South Pyongan Province u kien involut ukoll fid-distribuzzjoni tal-metamfetamina lil kuntrabandisti fuq skala żgħira tal-Korea ta' Fuq għad-distribuzzjoni miċ-Ċina u l-Korea t'Isfel. Office 39 jopera wkoll azjendi għat-tkabbir tal-peprin fin-North Hamkyo’ng Province u n-North Pyongan Province u jipproduċi l-oppju u l-eroina f'Hamhu’ng u Nachin.

Fl-2009, Office 39 kien involut fl-attentat li ma irnexxiex, biex jinxtraw u jiġu esportati lejn il-Korea ta' Fuq - miċ-Ċina - żewġ jottijiet lussużi magħmulin fl-Italja li jiswew aktar minn 15-il miljun dollaru. L-attentat biex jiġu esportati l-jottijiet destinati għal Kim Jong-il li twqqaf mill-awtoritajiet Taljani kien bi ksur tas-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korea ta' Fuq taħt il-UNSCR 1718 li jirrikjedu b'mod speċifiku lill-Istati Membri li jimpedixxu l-provvista, il-bejgħ, jew it-trasferiment ta' oġġetti lussużi lill-Korea ta' Fuq.

Office 39 qabel uża l-Banco Delta Asia għall-ħasil ta' rikavati illeċiti. Banco Delta Asia kien identifikat mid-Dipartiment tat-Teżor f'Settembru 2005 bħala "intrapriża primarja għall-ħasil tal-flus" taħt it-Taqsima 311 tal-PATRIOT Act tal-Istati Uniti għax dan kien jirrappreżenta riskju mhux aċċettabbli ta' ħasil ta' flus u reati finanzjarji oħrajn.


Top