This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0074
2011/74/EU: Commission Decision of 2 February 2011 amending Decision 2003/248/EC as regards the extension of the duration of temporary derogations from certain provisions of Council Directive 2000/29/EC in respect of plants of strawberry ( Fragaria L.), intended for planting, other than seeds, originating in Argentina (notified under document C(2011) 447)
2011/74/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2003/248/KE dwar l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli ( Fragaria L.), maħsuba biex ikunu mħawla, minbarra ż-żerriegħa, li toriġina [joriġinaw] mill-Arġentina (notifikata bid-dokument numru C(2011) 447)
2011/74/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2003/248/KE dwar l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli ( Fragaria L.), maħsuba biex ikunu mħawla, minbarra ż-żerriegħa, li toriġina [joriġinaw] mill-Arġentina (notifikata bid-dokument numru C(2011) 447)
ĠU L 29, 3.2.2011, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2020
3.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Frar 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2003/248/KE dwar l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba biex ikunu mħawla, minbarra ż-żerriegħa, li toriġina [joriġinaw] mill-Arġentina
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 447)
(2011/74/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2000/29/KE, pjanti tal-frawli (Fragaria L.) maħsuba għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, u li joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex Ewropej, għajr pajjiżi Mediterranji, l-Awstralja, in-New Zealand, il-Kanada u l-istati kontinentali tal-Istati Uniti tal-Amerka, bi prinċipju ma jistgħux jiġu introdotti fl-Unjoni. Madankollu, dik id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, sakemm ikun stabbilit li ma hemmx riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi perikolużi. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/248/KE (2) tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE biex tkun permessal-importazzjoni ta’ pjanti tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba biex ikunu mħawla, minbarra ż-żerriegħa, li toriġina [joriġinaw] mill-Arġentina. |
(3) |
Iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni stipulata fid-Deċiżjoni 2003/248/KE għadhom preżenti u ma hemmx informazzjoni ġdida li turi l-ħtieġa ta’ reviżjoni tal-kondizzjonijiet speċifiċi. |
(4) |
Skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/64/KE (3), il-Colletotrichum acutatum Simmonds tneħħa minn punt (c) tas-Sezzjoni II tal-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2000/29/KE. Għalhekk dan l-organiżmu ma għandux ikun inkluż fl-Anness mad-Deċiżjoni 2003/248/KE. |
(5) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2003/248/KE, huwa xieraq li l-perjodu ta’ validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni jiġġedded għal għaxar snin. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2003/248/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/248/KE hija emendata kif ġej:
1. |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/248/KE għandu jinbidel kif ġej: “L-awtorizzazzjoni għall-provvediment ta’ derogi, kif jipprovdi għaliha l-paragrafu 1 (minn issa ‘l quddiem imsejħa l-awtorizzazzjoni), għandha tkun soġġetta, apparti mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I, II u IV mad-Direttiva 2000/29/KE, għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, u għandha tapplika biss għall-pjanti li jiġu introdotti fl-Unjoni, fil-perjodu mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena.” |
2. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a kif ġej: “Artikolu 3a Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2020.” |
3. |
It-tieni inċiż tal-punt 1(c) tal-Anness għandu jitħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 93, 10.4.2003, p. 28.
(3) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 31.