This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1038
Council Regulation (EC) No 1038/2009 of 19 October 2009 derogating from Regulation (EC) No 1234/2007 (Single CMO Regulation) as regards the 2009 and 2010 intervention periods for butter and skimmed milk powder
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1038/2009 tad- 19 ta’ Ottubru 2009 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) fir-rigward tal-perijodi tal-intervent tal-2009 u l-2010 għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1038/2009 tad- 19 ta’ Ottubru 2009 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) fir-rigward tal-perijodi tal-intervent tal-2009 u l-2010 għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat
ĠU L 288, 4.11.2009, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1308
|
4.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1038/2009
tad-19 ta’ Ottubru 2009
li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) fir-rigward tal-perijodi tal-intervent tal-2009 u l-2010 għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-prezzijiet tas-suq dinji għall-prodotti tal-ħalib ikkollassaw notevolment minħabba żieda fil-provvista dinjija u tnaqqis fid-domanda f’konnessjoni mal-kriżi finanzjarja u ekonomika. Il-prezzijiet tas-suq Komunitarju għall-prodotti tal-ħalib waqgħu b’mod sinifikanti. B’riżultat ta’ għadd ta’ miżuri tas-suq li ttieħdu flimkien fil-bidu ta’ din is-sena, l-prezzijiet Komunitarji stabbilizzaw ruħhom fil-livelli tal-prezz tal-appoġġ. Jeħtieġ li dawn il-miżuri ta’ appoġġ għas-suq, notevolment l-intervent pubbliku, ikomplu japplikaw sakemm ikun hemm in-neċessità sabiex jiġi evitat deterjorament ulterjuri fil-prezzijiet u tfixkil fis-suq Komunitarju. |
|
(2) |
L-Artikolu 11(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (2) jipprevedi li għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat l-intervent pubbliku huwa disponibbli mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Awwissu. |
|
(3) |
Minħabba s-sitwazzjoni prevedibbli fis-suq jeħtieġ li tingħata kontinwazzjoni tal-intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għal wara l-31 ta’ Awwissu 2009, jekk ikun meħtieġ sat-28 ta’ Frar 2010. |
|
(4) |
Barra minn hekk, fejn il-prezzijiet tas-suq x’aktarx li jaqgħu b’mod sinfikanti u b’hekk ifixklu jew jheddu s-suq, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tkompli l-perijodu ta’ intervent għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat lilhinn mill-31 ta’ Awwissu 2010, jekk ikun meħtieġ sat-28 ta’ Frar 2011, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 11(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-perijodu tal-2009 li matulu l-intervent għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat ikun disponibbli għandu jiskadi fit-28 ta’ Frar 2010.
Artikolu 2
B’deroga mill-Artikolu 11(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) ta’ dak ir-Regolament, li tkompli bl-intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti lilhinn mill-31 ta’ Awwissu 2010, jekk ikun meħtieġ sat-28 ta’ Frar 2011, fil-każ li l-prezzijiet fis-settur għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib fis-suq Komunitarju x’aktarx li jkunu ser jaqgħu b’mod sinfikanti u b’hekk ifixklu jew jheddu li jfixklu s-suq.
Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) Opinjoni tas-17 ta’ Settembru 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).