This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0412
Council Regulation (EC) No 412/2009 of 18 May 2009 amending Regulation (EC) No 428/2005 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of polyester staple fibres originating in the People’s Republic of China and Saudi Arabia, amending Regulation (EC) No 2852/2000 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of polyester staple fibres originating in the Republic of Korea and terminating the anti-dumping proceeding in respect of such imports originating in Taiwan
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 412/2009 tat- 18 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Għarabja Sawdita, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000 li jimponi d-dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jtemm il-proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ tali importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 412/2009 tat- 18 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Għarabja Sawdita, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000 li jimponi d-dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jtemm il-proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ tali importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan
ĠU L 125, 21.5.2009, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 17/03/2010
21.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 412/2009
tat-18 ta’ Mejju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Għarabja Sawdita, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000 li jimponi d-dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jtemm il-proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ tali importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 233 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
(1) |
F’Ottubru 1999, il-Kummissjoni nediet investigazzjoni (2) fir-rigward tal-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester (“PSF”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (“l-investigazzjoni oriġinali”). F’Lulju 2000 ġew imposti dazji proviżorji anti-dumping permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1472/2000 (3) u f’Diċembru 2000 ġew imposti dazji definittivi anti-dumping permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2852/2000 (4). |
(2) |
Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, f’Diċembru 2003 l-Kummissjoni nediet (5) analiżi interim (“analiżi investigattiva”) tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjoni tal-PSF li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Korea. Id-dazji fuq l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Korea ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005 (6), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament 428/2005”. |
(3) |
Fl-10 ta’ Ġunju 2005, il-Korporazzjoni Huvis (“Huvis”) ressqet talba (7) quddiem il-Qorti tal-PrimiIstanza tal-Komunitajiet Ewropej (“QPI”) sabiex tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament 428/2005 f’dak li għandu x’jaqsam mar-rata tad-dazju anti-dumping fir-rigward ta’ Huvis. |
(4) |
Fit-8 ta’ Lulju 2008, il-QPI (8) annullat l-Artikolu 2 tar-Regolament 428/2005 fir-rigward ta’ Huvis. |
(5) |
Il-QPI sabet, inter alia, li l-Istituzzjonijiet ma ġġustifikawx biżżejjed l-użu ta’ metodoloġiji differenti applikati fl-investigazzjoni oriġinali minn naħa waħda u fl-analiżi investigattiva min-naħa l-oħra meta kkalkulaw ir-rata ta’ dazju individwali għal Huvis. Is-sejbiet tal-Istituzzjonijiet f’dan ir-rigward tqiesu għalhekk bħala inkonsistenti mal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. |
(6) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament 428/2005 ġie minħabba f’hekk annullat sal-punt fejn id-dazju anti-dumping impost fuq l-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta’ oġġetti prodotti u esportati minn Huvis kien jisboq id-dazju li kien ikun applikabbli kieku ntuża l-metodu applikat fl-investigazzjoni orġinali. |
(7) |
Il-Qrati jirrikonoxxu (9) li, f’każijiet fejn proċediment ikun jikkonsisti f’għadd ta’ stadji, l-annullament ta’ wieħed minn dawk l-istadji ma jannullax il-proċediment kollu kemm hu. Il-proċedura kontra d-dumping hi eżempju ta’ proċedura li tikkonsisti f’diversi stadji. Għaldaqstant, l-annullament ta’ partijiet tar-Regolament anti-dumping definittiv ma jimplikax l-annullament tal-proċedura kollha kemm hi qabel l-adozzjoni tar-Regolament inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 233 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Istituzzjonijiet Komunitarji huma obbligati li jikkonformaw mas-Sentenzi tal-Qrati tal-Komunitajiet Ewropej. Għaldaqstant, l-Istituzzjonijiet Komunitarji, meta jikkonformaw mas-Sentenza, għandhom il-possibilità li jirrimedjaw l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li jkunu wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma jbiddlux il-partijiet mhux ikkontestati li ma jkunux milquta mis-Sentenza (10). |
(8) |
Dan ir-Regolament ifittex li jirrimedja l-aspetti tar-Regolament 428/2005 li nstab li huma inkonsistenti mar-Regolament bażiku, u li għalhekk wasslu għall-annullament ta’ xi partijiet minn dak ir-Regolament. Fl-istess waqt jiġbed l-attenzjoni, fir-rigward tal-esportaturi fir-Repubblika tal-Korea li kienu aċċettaw li jikkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament 428/2005, għall-konsegwenzi mill-Art. 9(6) tar-Regolament Bażiku. Is-sejbiet l-oħra kollha magħmula fir-Regolament 428/2005, li ma kinux ikkontestati fil-limiti taż-żmien determinat għal rikuża u li għalhekk ma ġewx ikkunsidrati mill-QPI u ma wasslux għall-annullament tar-Regolament ikkontestat, jibqgħu validi. |
(9) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 233 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-rata ta’ dazju anti-dumping għal Huvis inħadmet mill-ġdid abbażi tas-sentenza tal-QPI. |
B. VALUTAZZJONI ĠDIDA TAS-SEJBIET IMSEJSA FUQ IS-SENTENZA TAL-QPI
(10) |
F’dan ir-Regolament, l-aspett tas-sentenza li qed jiġi indirizzat huwa l-kalkolu tal-marġni ta’ dumping, jew b’mod iktar speċifiku l-kalkolu tal-aġġustament magħmul fil-valur normali għad-differenzi bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali fi ħlasijiet mitluba fuq l-importazzjoni skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku. |
(11) |
Kif deskritt fil-premessi (127) u (128) tar-Regolament 428/2005, intużaw metodoloġiji differenti sabiex jinħadem l-aġġustament fuq il-valur normali minn naħa waħda fl-investigazzjoni oriġinali u min-naħa l-oħra fl-analiżi interim imsemmija hawn fuq. |
(12) |
Bla ma tat deċiżjoni dwar il-legalità nfisha tal-metodu użat fl-analiżi interim sabiex jinħadem l-aġġustament imsemmi hawn fuq, il-QPI, fis-Sentenza tagħha, sabet li l-Istituzzjonijiet Komunitarji ma wrewx l-eżistenza ta’ xi bidla fiċ-ċirkostanzi li setgħet tiġġustifika l-użu ta’ metodu differenti minn dak użat fl-investigazzjoni oriġinali, kif mitlub mill-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant hi annullat l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill 428/2005 sal-punt fejn id-dazju anti-dumping impost fuq l-esportazzjoni lejn il-Komunità ta’ merkanzija prodotta u esportata minn Huvis kien jisboq id-dazju li kien ikun applikabli kieku l-metodu użat fl-investigazzjoni inizjali kien intuża biex jinħadem l-aġġustament għall-valur normali fuq il-ħlasijiet mitluba fuq l-importazzjoni. |
(13) |
Għalhekk, l-aġġustament għall-valur normali fil-każ tad-dazji tal-importazzjoni nħadem mill-ġdid abbażi tal-metodu użat fl-investigazzjoni oriġinali. |
(14) |
Il-paragun bejn il-valur normali tal-medja mwieżna maħdum b’dan il-mod u l-prezz medju u differenzjat tal-esportazzjoni kif misjub matul l-analiżi interim skont it-tip tal-prodott fuq bażi ta’ meta joħroġ mill-fabbrika wera l-eżistenza ta’ dumping. Il-marġni ta’ dumping stabbilit, espress bħala perċentwali tal-prezz tal-importazzjoni CIF fil-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 3,9 %. |
(15) |
Ir-rata individwali kkalkulata għal Huvis kienet għamlet parti mill-bażi li fuqha nħadem id-dazju medju differenzjat li għandu japplika għall-esportaturi Koreani li kkooperaw imma li ma ntgħażlux għall-kampjun. Għaldaqstant il-marġni ta’ dumping għall-kumpaniji li kkooperaw imma li ma ntgħażlux għall-kampjun inħadem mill-ġdid. Il-marġni l-ġdid ta’ dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw imma li ma ntgħażlux għall-kampjun stabbilit abbażi ta’ marġni ta’ dumping medju differenzjat huwa ta’ 4,4 %. |
(16) |
Kumpanija waħda, Woongjin Chemical Co., Ltd. (li qabel kienet magħrufa bħala Saehan Industries Inc.), ikkuntattjat lill-Kummissjoni u argumentat li d-dazju tagħha għandu jiġi adattat ukoll. Madankollu, billi dik il-kumpanija ma talbitx li jkun hemm annullament tad-dazju tagħha mill-QPI, id-dazju tagħha sar wieħed definittiv. |
C. ŻVELAR TAL-FATTI
(17) |
Il-partijiet kollha interessati kkonċernati mill-implimentazzjoni tas-sentenza ġew infurmati dwar il-proposta sabiex jiġu riveduti r-rati tad-dazju anti-dumping applikabbli għall-Korporazzjoni Huvis u l-kumpaniji li kkooperaw imma li ma ntgħażlux għall-kampjun. Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, dawn ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal din l-informazzjoni żvelata. Ġew meqjusal-kummenti meta dawn kienu ġustifikati u sostanzjati suffiċjentement. |
D. KONKLUŻJONI
(18) |
Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, ir-rata tad-dazju applikabbli għal Huvis u l-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun għandha tiġi emendata skont dan. Ir-rati emendati għandhom japplikaw b’lura mid-data meta dak ir-Regolament (KE) Nru 428/2005 daħal fis-seħħ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 428/2005 li tikkonċerna r-rati ta’ dazju definittivi anti-dumping li huma applikabbli fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi sintetiċi tal-poljester, mhux imqardxa, mimxuta jew ipproċessati mod ieħor għall-għażil, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 5503 20 00 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea, għandha tiġi sostitwita minn din li ġejja:
“Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|||
|
3,9 |
A151 |
|||
|
10,6 |
A599 |
|||
|
0 |
A154 |
|||
|
4,4 |
A608 |
|||
|
4,4 |
A609 |
|||
|
4,4 |
A610 |
|||
|
4,4 |
A611 |
|||
|
4,4 |
A612 |
|||
|
4,4 |
A613 |
|||
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
10,6 |
A999 ” |
Artikolu 2
L-ammonti ta’ dazji mħallsa jew mdaħħla fil-kontijiet skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 428/2005 fil-verżjoni inizjali tiegħu u li jisbqu lil dawk stabbiliti abbażi tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 428/2005 kif emendat b’dan ir-Regolament, għandhom jitħallsu lura jew jiġu rimessi. Il-ħlas lura u r-rimessjoni għandhom jintalbu mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġislazzjoni doganali applikabbli. F’każijiet debitament ġustifikati, il-limitu ta’ żmien ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 236(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (11) għandu jiġi estiż għal perjodu ta’ sentejn.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-18 ta’ Marzu 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KOHOUT
(2) ĠU C 285, 7.10.1999, p. 3.
(4) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 17.
(5) ĠU C 309, 19.12.2003, p. 2.
(7) ĠU C 193, 6.8.2005, p. 38.
(8) ĠU C 209, 15.8.2008, p. 44.
(9) IPS v Il-Kunsill [1998] ECR II-3939.
(10) Każ C-458/98 P IPS v Il-Kunsill [2000] ECR I-08147.
(11) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.