This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0297
Commission Regulation (EC) No 297/2009 of 8 April 2009 amending Regulation (EC) No 1277/2005 laying down implementing rules for Regulation (EC) No 273/2004 of the European Parliament and of the Council on drug precursors and for Council Regulation (EC) No 111/2005 laying down rules for the monitoring of trade between the Community and third countries in drug precursors
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2009 tat- 8 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi prekursuri tad-droga u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jfassal ir-regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2009 tat- 8 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi prekursuri tad-droga u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jfassal ir-regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga
ĠU L 95, 9.4.2009, pp. 13–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1011
|
9.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 95/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 297/2009
tat-8 ta’ April 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi prekursuri tad-droga u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jfassal ir-regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-kontroll tal-kummerċ ta’ sustanzi prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (1) [titlu mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 (2) jiddetermina pajjiżi terzi destinatarji li jeżiġu miżuri speċifiċi ta’ monitoraġġ meta jkunu esportati sustanzi prekursuri tad-droga mill-Komunità. L-Anness IV għal dak ir-Regolament jelenka għal kull waħda minn dawn is-sustanzi skedati tal-Kategoriji 2 u 3 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 111/2005, il-pajjiżi li għalihom hija meħtieġa notifika ta’ esportazzjoni. Il-listi jinvolvu pajjiżi terzi li talbu li jirċievu notifiki ta’ qabel l-esportazzjoni skont l-Artikolu 12(10) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffiku illeċitu tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi tal-1988. |
|
(2) |
Ir-Rumanija hija elenkata fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1277/2005. Billi r-Rumanija saret Stat Membru, jeħtieġ li titneħħa mil-listi. |
|
(3) |
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 ma jelenkax il-pajjiżi terzi kollha li talbu li jirċievu notifiki ta’ qabel l-esportazzjoni mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1277/2005. Mill-2005, il-Kanada, il-Maldivi, l-Oman u r-Repubblika tal-Korea għamlu talbiet ta’ dan it-tip u għalhekk għandhom jiżdiedu. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1277/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“ANNESS IV
1.
Lista ta’ pajjiżi msemmija fl-Artikolu 20 li għalihom notifika ta’ qabel l-esportazzjoni hija meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati tal-Kategorija 2 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 111/2005|
Is-sustanza |
Id-destinazzjoni |
|
|
Anidride aċetiku Permanganat tal-potassju |
Kwalunkwe pajjiż terz |
|
|
Aċidu antraniliku |
Antigwa u Barbuda Il-Benin Il-Bolivja Il-Brażil Il-Kanada Il-Gżejjer Cayman Iċ-Ċilì Il-Kolombja Il-Kosta Rika Ir-Repubblika Dominikana L-Ekwador L-Etjopja Ħaiti L-Indja L-Indoneżja Il-Ġordan Il-Każakstan Il-Libanu Il-Madagaskar |
Il-Malażja Il-Maldivi Il-Messiku In-Niġerja L-Oman Il-Paragwaj Il-Perù Il-Filippini Ir-Repubblika tal-Moldova Il-Federazzjoni Russa L-Għarabja Sawdita L-Afrika t’Isfel It-Taġikistan It-Turkija L-Emirati Għarab Magħquda Ir-Repubblika Magħquda tat-Tanżanija Il-Veneżwela |
|
Aċidu Fenilaċetiku Piperidin |
Antigwa u Barbuda Il-Benin Il-Bolivja Il-Brażil Il-Kanada Il-Gżejjer Cayman Iċ-Ċilì Il-Kolombja Il-Kosta Rika Ir-Repubblika Dominikana L-Ekwador L-Etijopja Ħaiti L-Indja L-Indoneżja Il-Ġordan Il-Każakstan Il-Libanu Il-Madagaskar |
Il-Malażja Il-Maldivi Il-Messiku In-Niġerja L-Oman Il-Paragwaj Il-Perù Il-Filippini Ir-Repubblika tal-Moldova Il-Federazzjoni Russa L-Għarabja Sawdita It-Taġikistan It-Turkija L-Emirati Għarab Magħquda Ir-Repubblika Magħquda tat-Tanżanija L-Istati Uniti tal-Amerika Il-Veneżwela |
2.
Lista ta’ pajjiżi msemmija fl-Artikoli 20 u 22 li għalihom hija meħtieġa notifika ta’ qabel l-esportazzjoni u awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni hija meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati tal-Kategorija 3 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 111/2005|
Is-sustanza |
Id-destinazzjoni |
|
|
Keton tal-metiletil (MEK) (1) Toluen (1) Aċeton (1) Etere tal-etil (1) |
Antigwa u Barbuda L-Arġentina Il-Benin Il-Bolivja Il-Brażil Il-Kanada Il-Gżejjer Cayman Iċ-Ċilì Il-Kolombja Il-Kosta Rika Ir-Repubblika Dominikana L-Ekwador L-Eġittu L-El Salvador L-Etijopja Il-Gwatemala Ħaiti Il-Ħonduras L-Indja Il-Ġordan Il-Każakstan |
Il-Libanu Il-Madagaskar Il-Malażja Il-Maldivi Il-Messiku In-Niġerja L-Oman Il-Pakistan Il-Paragwaj Il-Perù Il-Filippini Ir-Repubblika tal-Moldova Ir-Repubblika tal-Korea Il-Federazzjoni Russa L-Għarabja Sawdita It-Taġikistan It-Turkija L-Emirati Għarab Magħquda Ir-Repubblika Magħquda tat-Tanżanija L-Urugwaj Il-Veneżwela |
|
Aċidu idrokloriku Aċidu tal-kubrit |
Il-Bolivja Iċ-Ċilì Il-Kolombja L-Ekwador |
Il-Perù It-Turkija Il-Veneżwela |
(1) Din tinkudi l-imluħ ta’ dawn is-sustanzi kull meta l-eżistenza ta’ mluħ ta’ dan it-tip hija possibbli.”