EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0297

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2009 tat- 8 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi prekursuri tad-droga u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jfassal ir-regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga

OJ L 95, 9.4.2009, p. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 008 P. 257 - 259

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/297/oj

9.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 297/2009

tat-8 ta’ April 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi prekursuri tad-droga u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jfassal ir-regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-kontroll tal-kummerċ ta’ sustanzi prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (1) [titlu mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 (2) jiddetermina pajjiżi terzi destinatarji li jeżiġu miżuri speċifiċi ta’ monitoraġġ meta jkunu esportati sustanzi prekursuri tad-droga mill-Komunità. L-Anness IV għal dak ir-Regolament jelenka għal kull waħda minn dawn is-sustanzi skedati tal-Kategoriji 2 u 3 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 111/2005, il-pajjiżi li għalihom hija meħtieġa notifika ta’ esportazzjoni. Il-listi jinvolvu pajjiżi terzi li talbu li jirċievu notifiki ta’ qabel l-esportazzjoni skont l-Artikolu 12(10) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffiku illeċitu tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi tal-1988.

(2)

Ir-Rumanija hija elenkata fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1277/2005. Billi r-Rumanija saret Stat Membru, jeħtieġ li titneħħa mil-listi.

(3)

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 ma jelenkax il-pajjiżi terzi kollha li talbu li jirċievu notifiki ta’ qabel l-esportazzjoni mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1277/2005. Mill-2005, il-Kanada, il-Maldivi, l-Oman u r-Repubblika tal-Korea għamlu talbiet ta’ dan it-tip u għalhekk għandhom jiżdiedu.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1277/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 202, 3.8.2005, p. 7.


ANNESS

“ANNESS IV

1.

Lista ta’ pajjiżi msemmija fl-Artikolu 20 li għalihom notifika ta’ qabel l-esportazzjoni hija meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati tal-Kategorija 2 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 111/2005

Is-sustanza

Id-destinazzjoni

Anidride aċetiku

Permanganat tal-potassju

Kwalunkwe pajjiż terz

Aċidu antraniliku

Antigwa u Barbuda

Il-Benin

Il-Bolivja

Il-Brażil

Il-Kanada

Il-Gżejjer Cayman

Iċ-Ċilì

Il-Kolombja

Il-Kosta Rika

Ir-Repubblika Dominikana

L-Ekwador

L-Etjopja

Ħaiti

L-Indja

L-Indoneżja

Il-Ġordan

Il-Każakstan

Il-Libanu

Il-Madagaskar

Il-Malażja

Il-Maldivi

Il-Messiku

In-Niġerja

L-Oman

Il-Paragwaj

Il-Perù

Il-Filippini

Ir-Repubblika tal-Moldova

Il-Federazzjoni Russa

L-Għarabja Sawdita

L-Afrika t’Isfel

It-Taġikistan

It-Turkija

L-Emirati Għarab Magħquda

Ir-Repubblika Magħquda tat-Tanżanija

Il-Veneżwela

Aċidu Fenilaċetiku

Piperidin

Antigwa u Barbuda

Il-Benin

Il-Bolivja

Il-Brażil

Il-Kanada

Il-Gżejjer Cayman

Iċ-Ċilì

Il-Kolombja

Il-Kosta Rika

Ir-Repubblika Dominikana

L-Ekwador

L-Etijopja

Ħaiti

L-Indja

L-Indoneżja

Il-Ġordan

Il-Każakstan

Il-Libanu

Il-Madagaskar

Il-Malażja

Il-Maldivi

Il-Messiku

In-Niġerja

L-Oman

Il-Paragwaj

Il-Perù

Il-Filippini

Ir-Repubblika tal-Moldova

Il-Federazzjoni Russa

L-Għarabja Sawdita

It-Taġikistan

It-Turkija

L-Emirati Għarab Magħquda

Ir-Repubblika Magħquda tat-Tanżanija

L-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Veneżwela

2.

Lista ta’ pajjiżi msemmija fl-Artikoli 20 u 22 li għalihom hija meħtieġa notifika ta’ qabel l-esportazzjoni u awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni hija meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati tal-Kategorija 3 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 111/2005

Is-sustanza

Id-destinazzjoni

Keton tal-metiletil (MEK)  (1)

Toluen  (1)

Aċeton  (1)

Etere tal-etil  (1)

Antigwa u Barbuda

L-Arġentina

Il-Benin

Il-Bolivja

Il-Brażil

Il-Kanada

Il-Gżejjer Cayman

Iċ-Ċilì

Il-Kolombja

Il-Kosta Rika

Ir-Repubblika Dominikana

L-Ekwador

L-Eġittu

L-El Salvador

L-Etijopja

Il-Gwatemala

Ħaiti

Il-Ħonduras

L-Indja

Il-Ġordan

Il-Każakstan

Il-Libanu

Il-Madagaskar

Il-Malażja

Il-Maldivi

Il-Messiku

In-Niġerja

L-Oman

Il-Pakistan

Il-Paragwaj

Il-Perù

Il-Filippini

Ir-Repubblika tal-Moldova

Ir-Repubblika tal-Korea

Il-Federazzjoni Russa

L-Għarabja Sawdita

It-Taġikistan

It-Turkija

L-Emirati Għarab Magħquda

Ir-Repubblika Magħquda tat-Tanżanija

L-Urugwaj

Il-Veneżwela

Aċidu idrokloriku

Aċidu tal-kubrit

Il-Bolivja

Iċ-Ċilì

Il-Kolombja

L-Ekwador

Il-Perù

It-Turkija

Il-Veneżwela


(1)  Din tinkudi l-imluħ ta’ dawn is-sustanzi kull meta l-eżistenza ta’ mluħ ta’ dan it-tip hija possibbli.”


Top