This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0094
Commission Directive 2009/94/EC of 31 July 2009 amending Directive 98/8/EC of the European Parliament and of the Council to include boric acid as an active substance in Annex I thereto (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/94/KE tal- 31 ta' Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-aċidu boriku bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/94/KE tal- 31 ta' Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-aċidu boriku bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 201, 1.8.2009, p. 50–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2013; Imħassar b' 32012R0528
1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/50 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/94/KE
tal-31 ta' Lulju 2009
li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-aċidu boriku bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-aċidu boriku. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, l-aċidu boriku ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 8, il-preservattivi tal-injam, kif iddefiniti fl-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE. |
(3) |
L-Olanda nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fis-7 ta’ Lulju 2006 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
(4) |
Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fl-20 ta’ Frar 2009, f’rapport ta’ valutazzjoni. |
(5) |
Mill-eżamijiet li saru, jidher li l-prodotti bijoċidali li jintużaw bħala preservattivi tal-injam u li jkun fihom l-aċidu boriku jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-aċidu boriku jiġi inkluż fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi tal-injam u li fihom l-aċidu boriku skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE. |
(6) |
Madankollu, ġew identifikati riskji mhux aċċettabbli għat-trattament fil-post tal-injam fuq barra u għall-injam ittrattat espost għall-elementi. Għalhekk, ma għandhomx jingħataw awtorizzazzjonijiet għal dawn l-użi sakemm ma tkunx tressqet dejta li turi li l-prodotti jistgħu jintużaw mingħajr riskji mhux aċċettabbli għall-ambjent. |
(7) |
Ma ġewx evalwati l-użi potenzjali kollha fil-livell Komunitarju. Għaldaqstant huwa xieraq li l-Istati Membri jivvalutaw dawk ir-riskji għall-kompartimenti u l-popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju li saret fil-livell Komunitarju, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi biex ir-riskji identifikati jittaffew għal livelli aċċettabbli. |
(8) |
Fid-dawl tas-sejbiet tar-rapport tal-valutazzjoni, huwa xieraq li jkun meħtieġ li jiġu applikati miżuri speċifiċi għat-taffija tar-riskji fil-livell tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-prodotti li jkun fihom l-aċidu boriku u li jintużaw bħala preservattivi tal-injam. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu protetti l-kompartimenti tal-ħamrija u dawk akkwatiċi, minħabba li matul l-evalwazzjoni ġew identifikati riskji mhux aċċettabbli għal dawn il-kompartimenti. Il-prodotti għandhom jintużaw ukoll b’tagħmir protettiv xieraq jekk ir-riskju identifikat għall-utenti professjonali u industrijali ma jistax jitnaqqas permezz ta’ mezzi oħra. |
(9) |
Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva aċidu boriku u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali b’mod ġenerali. |
(10) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u biex jiġi żgurat li l-applikanti li jkunu ppreparaw id-dokumentazzjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data tal-inklużjoni. |
(11) |
Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE, u b’mod partikolari, biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fil-prodotti tat-tip 8 li fihom l-aċidu boriku biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE. |
(12) |
Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2010.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Settembru 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(2) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
ANNESS
L-entrata li ġejja “Nru 22” għandha tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE:
Nru |
Isem Komuni |
Isem IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni |
Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif imqiegħed fis-suq |
Data tal-inklużjoni |
Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħha) |
Data ta’ skadenza tal-inklużjoni |
Tip ta’ prodott |
Dispożizzjonijiet speċifiċi (*) |
||||
“22 |
aċidu boriku |
aċidu boriku Nru tal-KE: 233-139-2 Nru CAS: 10043-35-3 |
990 gm/kg |
l-1 ta’ Settembru 2011 |
fil-31 ta’ Awwissu 2013. |
fil-31 ta’ Awwissu 2021. |
8 |
Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott tkun qed tiġi vvalutata skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, meta jkun rilevanti għall-prodott partikolari, il-popolazzjonijiet li jistgħu jkunu esposti għall-prodott u x-xenarji tal-użu jew ta’ esponiment li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju li saret fil-livell Komunitarju. Meta l-Istati Membri jagħtu awtorizzazzjoni tal-prodott, għandhom jivvalutaw ir-riskji u sussegwentement jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex jittaffew ir-riskji identifikati. L-awtorizzazzjoni tal-prodott tista’ tingħata biss f’każ fejn l-applikazzjoni turi li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(*) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm