Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0310

    2009/310/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' April 2009 li tapprova t-talbiet minn Ċipru, Malta, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-eżenzjoni mill-obbligu li jħejju Pjan ta’ Ġestjoni għas-Sallur skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2231)

    ĠU L 91, 3.4.2009, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/310/oj

    3.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 91/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-2 ta' April 2009

    li tapprova t-talbiet minn Ċipru, Malta, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-eżenzjoni mill-obbligu li jħejju Pjan ta’ Ġestjoni għas-Sallur skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2231)

    (It-testi bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Malti, bir-Rumen u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)

    (2009/310/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2007 jistabbilixxi qafas għall-ħarsien u għall-użu sostenibbli tal-istokk tas-sallura Ewropea fl-ilmijiet tal-Komunità u fil-laguni mal-kosta, fl-estwarji, u fix-xmajjar u l-ilmijiet interni komunikanti tal-Istati Membri.

    (2)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1100/2007 jesiġi li l-Istati Membri jidentifikaw u jiddefnixxu l-baċiri tax-xmajjar individwali li jinsabu fit-territorju nazzjonali tagħhom li jikkostitwixxu ħabitats għas-sallura Ewropea. L-Istati Membri għandhom iħejju Pjan ta’ Ġestjoni għas-Sallur għal kull baċir ta’ xmara li fih jinsab is-sallur.

    (3)

    L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1100/2007 jistipula li Stat Membru jista’ jkun eżentat mill-obbligu li jħejji Pjan ta’ Ġestjoni għas-Sallur jekk tingħata ġustifikazzjoni adegwata li baċiri ta’ xmajjar jew ilmijiet marittimi li huma fit-territorju tiegħu ma jikkostitwux ħabitat naturali għas-sallura Ewropea. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni talba għal eżenzjoni. It-talba trid tiġi approvata mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni teknika u xjentifika mill-STEFC jew minn korp xjentifiku xieraq ieħor.

    (4)

    Ċipru, Malta, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovakkja kkomunikaw lill-Kummissjoni talbiet għal eżenzjoni mill-Pjan ta’ Ġestjoni għas-Sallur, li jinkludi ġustifikazzjonijiet xierqa.

    (5)

    Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) ipprovda lill-Kummissjoni b’evalwazzjoni teknika u xjentifika tat-talbiet.

    (6)

    Skont l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES), il-baċiri tax-xmajjar jew l-ilmijiet marittimi kkonċernati bit-talbiet għall-eżenzjoni msemmija hawn fuq ma jistgħux jiġu identifikati u ddefiniti bħala ħabitats naturali għas-sallura Ewropea għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1100/2007.

    (7)

    Għalhekk, fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1100/2007, huwa xieraq li l-Istati Membri rilevanti jingħataw eżenzjonijiet mill-obbligu li jħejju Pjanijiet ta’ Ġestjoni għas-Sallur.

    (8)

    Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri li ġejjin huma eżentati mill-obbligu li jħejju Pjan ta’ Ġestjoni għas-Sallur skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007

    (a)

    Ċipru

    (b)

    Malta,

    (ċ)

    L-Awstrija,

    (d)

    Ir-Rumanija,

    (e)

    Is-Slovakkja.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Rumanija u lir-Repubblika Slovakka.

    Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17.


    Top