Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0027

    2009/27/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Jannar 2009 li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 9000) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 10, 15.1.2009, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/27(1)/oj

    15.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 10/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-12 ta' Jannar 2009

    li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 9000)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/27/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Bulgarija ngħatat perjodi ta’ tranżizzjoni bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1).

    (2)

    L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni ġie emendat bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/26/KE (2), 2007/689/KE (3), 2008/209/KE (4), 2008/331/KE (5), 2008/547/KE (6), 2008/672/KE (7) u 2008/827/KE (8).

    (3)

    Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li erba’ stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa huma konformi b’mod sħiħ mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Dawk l-istabbilimenti għandhom il-permess li jirċievu u jipproċessaw ħalib nej mhux konformi mingħajr separazzjoni. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jiżdied mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. Stabbiliment wieħed qed jingħata permess jirċievi u jipproċessa ħalib nej konformi u mhux konformi f’linji separati bis-sħiħ. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jiżdied mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI.

    (4)

    Stabbiliment wieħed elenkat fil-Kapitolu I għandu jipproċessa biss ħalib nej konformi u għalhekk għandu jkun approvat bħala stabbiliment tal-UE tal-ipproċessar tal-ħalib. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jitneħħa mil-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI.

    (5)

    L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Jannar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

    (2)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 35.

    (3)  ĠU L 282, 26.10.2007, p. 60.

    (4)  ĠU L 65, 8.3.2008, p. 18.

    (5)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 97.

    (6)  ĠU L 176, 4.7.2008, p. 11.

    (7)  ĠU L 220, 15.8.2008, p. 27.

    (8)  ĠU L 294, 1.11.2008. p. 9.


    ANNESS

    Fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

    Nru

    Nru Veterinarju

    Isem tal-istabbiliment

    Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

    “13

    BG 1512033

    ET ‘Voynov-Ventsislav Hristakiev’

    s. Milkovitsa

    obsht. Gulyantsi

    14

    BG 1612020

    ET ‘Bor - Chvor’

    s. Dalbok izvor

    obsht. Parvomay

    15

    BG 1612013

    ‘Polidey - 2’ OOD

    s. Domlyan”

    Fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, titneħħa l-annotazzjoni li ġejja:

    Nru

    Nru Veterinarju

    Isem tal-istabbiliment

    Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

    “2

    BG 2012022

    ‘Bratya Zafirovi’ OOD

    gr. Sliven

    ul. ‘Treti mart’ 7

    gr. Sliven

    Industrialna zona Zapad”

    Fil-Kapitolu II tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

    Nru

    Nru Veterinarju

    Isem tal-istabbiliment

    Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

    “15

    BG 2812003

    ‘Balgarski yogurt’ OOD

    s. Veselinovo,

    obl. Yambolska”


    Top