Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0025

    2009/25/Euratom: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 4 ta’ Diċembru 2006 dwar l-approvazzjoni ta’ Ftehim ta’ Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakstan

    ĠU L 10, 15.1.2009, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/25(1)/oj

    Related international agreement

    15.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 10/15


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-4 ta’ Diċembru 2006

    dwar l-approvazzjoni ta’ Ftehim ta’ Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakstan

    (2009/25/Euratom)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101,

    Wara li kkunsidrat l-approvazzjoni tal-Kunsill,

    Billi:

    Għandu jiġi konkluż il-Ftehim għal Kooperazzjoni fl-Użu Paċifiku tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u r-Repubblika tal-Każakstan.

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim għall-Kooperazzjoni fl-Użi Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakstan huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kummisjoni jew il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Enerġija huwa b’dan awtorizzat li jiffirma l-Ftehim u li jieħu l-passi kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim li għandu jiġi konkluż f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

    Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Andris PIEBALGS

    Membru tal-Kummissjoni


    Top