This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1184
Commission Regulation (EC) No 1184/2008 of 28 November 2008 establishing a prohibition of fishing for herring in EC and international waters of Vb and VIb and VIaN by vessels flying the flag of France
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1184/2008 tat- 28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ Vb, VIb u ViaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1184/2008 tat- 28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ Vb, VIb u ViaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza
ĠU L 319, 29.11.2008, p. 52–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008
29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 319/52 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1184/2008
tat-28 ta’ Novembru 2008
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ Vb, VIb u ViaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
ANNESS
Nru |
62/T&Q |
Stat Membru |
FRA |
Stokk |
HER/5B6ANB. |
Speċi |
Aringi (Clupea harengus) |
Żona |
l-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ Vb, VIb u ViaN |
Data |
8.10.2008 |