This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1182
Commission Regulation (EC) No 1182/2008 of 28 November 2008 fixing for 2009 the amount of aid in advance for private storage of butter
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1182/2008 tat- 28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-ammonti ta’ għajnuna minn qabel għall-ħżin privat tal-butir għall-2009
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1182/2008 tat- 28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-ammonti ta’ għajnuna minn qabel għall-ħżin privat tal-butir għall-2009
ĠU L 319, 29.11.2008, p. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R1238
29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 319/49 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1182/2008
tat-28 ta’ Novembru 2008
li jistabbilixxi l-ammonti ta’ għajnuna minn qabel għall-ħżin privat tal-butir għall-2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(a) u (d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħżin privat tal-butir. |
(2) |
Żviluppi fil-prezzijiet u l-ħażniet tal-butir jindikaw żbilanċ fis-suq li jista' jiġi eliminat jew imnaqqas mill-ħżin staġjonali. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti tas-suq huwa xieraq li tingħata għajnuna għall-ħżin privat tal-butir b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2009. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti prodotti agrikoli (2) stabbilixxa regoli komuni għall-implimentazzjoni ta’ skema privata tal-għajnuna għall-ħżin. |
(4) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, se tingħata għajnuna stabbilita minn qabel skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati kif ipprovduti fil-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament. |
(5) |
Biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżura preżenti waqt li tkun ikkunsidrata l-prattika eżistenti fl-Istati Membri, l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu jirrigwarda biss prodotti li tpoġġew kompletament fil-ħżin. Konsegwentement, għandha tkun introdotta deroga minn dak l-Artikolu. |
(6) |
Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 l-għajnuna għandha tiġi ffissata fid-dawl tal-ispejjeż tal-ħżin u x-xejra mistennija fil-prezzijiet għall-butir frisk u butir mill-ħażniet. |
(7) |
Huwa xieraq li tkun iffissata għajnuna għall-ispejjeż tad-dħul u l-ħruġ ta' prodotti kkonċernati u għall-ispejjeż ta' kuljum għall-ħżin fil-friża u l-iffinanzjament. |
(8) |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u simplifikazzjoni amministrattivi, meta t-tagħrif meħtieġ dwar id-dettalji tal-ħżin ikun diġà inkluż fl-applikazzjoni għall-għajnuna, huwa xieraq li jkun hemm rinunzja għar-rekwiżit li l-istess tagħrif ikun innotifikat wara li l-kuntratt ikun konkluż, kif ipprovdut fl-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 826/2008. |
(9) |
Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u effiċjenza loġistika, il-ħtieġa li kull unità maħżuna tkun immarkata bin-numru tal-kuntratt tista’ titneħħa meta n-numru tal-kuntratt ikun iddaħħal fir-reġistru tal-ħażniet. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jipprovdi għal għajnuna għall-ħżin privat tal-butir, kemm jekk mielaħ jew mingħajr melħ, kif imsemmi fl-Artikolu 28(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-kuntratti konklużi fl-2009.
Artikolu 2
1. Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu japplika, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament.
2. B’deroga mill-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 l-applikazzjonijiet għandhom isiru biss għall-prodotti li tqiegħdu kompletament fil-ħżin.
Artikolu 3
L-unità tal-miżura msemmija fl-Artikolu 16(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 hija l-‘lott tal-ħżin' li tikkorrispondi mal-kwantità tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, li jiżnu talanqas tunnellata u ta' kompożizzjoni u kwalità omoġenja, prodotti f’fabbrika waħda, maħżunin f'post wieħed f'ġurnata waħda.
Artikolu 4
1. L-għajnuna għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun:
— |
EUR 15,62 għal kull tunnellata ta’ ħżin għall-ispejjeż fissi tal-ħżin, |
— |
EUR 0,44 għal kull tunnellata għal kull ġuranta ta’ ħżin kuntrattwali. |
2. Id-dħul fil-ħżin kuntrattwali għandu jsir bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Awwissu 2009. It-tneħħija mill-ħżin tista' ssir biss mis-16 ta' Awwissu 2009. Ħżin kuntrattwali għandu jispiċċa fil-jum ta’ qabel il-ġurnata tat-tneħħija mill-ħżin jew mhux aktar tard mill-aħħar jum ta’ Frar tas-sena ta’ wara d-dħul fil-ħżin.
3. L-għajnuna tista’ tingħata biss meta l-perjodu kuntrattwali tal-ħżin huwa bejn 90 u 227 ġurnata.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull nhar ta’ Tlieta sa 12:00 (ħin ta’ Brussell) il-kwantitajiet li għalihom ġew konklużi l-kuntratti kif meħtieġ skont l-Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, kif ukoll il-kwantitajiet ta' prodotti li għalihom intbagħtu applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti.
Artikolu 6
1. L-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 ma għandux japplika.
2. L-Istati Membri jistgħu jneħħu l-obbligu msemmi fl-Artikolu 22(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 li jimmarkaw in-numru tal-kuntratt sakemm il-maniġer tal-maħżen ikun responsabbli li jiddaħħal in-numru tal-kuntratt fir-reġistru msemmi fl-Anness I, il-punt III ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna mibgħuta mill-1 ta' Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.