EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0950

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2008 tal- 25 ta’ Settembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2008 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

ĠU L 258, 26.9.2008, p. 63–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/950/oj

26.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/63


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 950/2008

tal-25 ta’ Settembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2008 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' l-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel inċiż,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX tar-Regolament imsemmi, ur-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2008 (4) fetaħ subperjodu speċifiku fi Frar 2008, għall-kwota tariffarja għall-importazzjoni tar-ross mitħun u nofsu mitħun li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(2)

Is-subperjodu tax-xahar ta' Settembru huwa t-tielet subperjodu għall-kwoti ta’ ross previsti fil-punt (d) ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u r-raba’ subperjodu għall-kwoti tar-ross li joriġinaw mit-Tajlandja, l-Awstralja, u li joriġinaw minn postijiet oħra għajr it-Tajlandja, l-Awstralja u l-Istati Uniti, kif previsti fil-punt a) tal-paragrafu imsemmi u l-ħames subperjodu għall-kwota prevista tar-ross li toriġina mill-Istati Uniti kif previst fil-punt a) tal-paragrafu msemmi.

(3)

Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4116 – 09.4117 – 09.4119 – 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4112, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, ma jaqbżux jew huma daqs il-kwantitajiet disponibbli.

(5)

Il-kwantitajiet mhux użati għas-subperjodu ta' Settembru tal-kwota/i bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4129 – 09.4130 huma trasferiti fil-kwota bin-numru tas-serje 09.4138 għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(6)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ffissati għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 il-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, skond l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4116 – 09.4117 – 09.4119 – 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2008, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjent/i ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali mitluba fil-kuntest tal-kwoti li jaqgħu taħt in-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5.

(4)  ĠU L 22, 25.1.2008, p. 6.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2008 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

a)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , ipprovduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:


Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2008

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2008

(f'kg)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4127

 (1)

 

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

 

L-Awstralja

09.4129

 (1)

 

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 (2)

 

Il-pajjiżi kollha

09.4138

 

589 630


b)   Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:


Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2008

It-Tajlandja

09.4112

 (1)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4116

50  %

L-Indja

09.4117

2,214916  %

Il-Pakistan

09.4118

 (2)

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

2,041132  %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

 (2)


c)   Kwota ta' ross miksur, bil-kodiċi tan-NM 1006 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:


Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2008

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2008

(f'kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4168

1,45509  %

0


(1)  l-ebda koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja

(2)  l-ebda kwantità mhija disponibbli għal dan is-subperjodu


Top