EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0947

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 947/2008 tal- 25 ta' Settembru 2008 li jissospendi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

ĠU L 258, 26.9.2008, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/947/oj

26.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/60


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 947/2008

tal-25 ta' Settembru 2008

li jissospendi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta' Frar 2006 dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f’dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Il-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, kif ukoll il-prospettivi ta' kif sejrin jiżviluppaw id-disponibbiltà u d-domanda fis-suq tal-Komunità, jagħtu lok biex ma jingħatawx rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ma għandha tingħata l-ebda rifużjoni għall-prodotti li ġejjin:

 

1701 11 90 9100

 

1701 11 90 9910

 

1701 12 90 9100

 

1701 12 90 9910

 

1701 91 00 9000

 

1701 99 10 9100

 

1701 99 10 9910

 

1701 99 10 9950

 

1701 99 90 9100.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-26 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.


Top