This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008E0611
Council Common Position 2008/611/CFSP of 24 July 2008 repealing Common Position 2008/187/CFSP concerning restrictive measures against the illegal government of Anjouan in the Union of Comoros
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/611/PESK ta’ l- 24 ta' Lulju 2008 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/187/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-gvern illegali ta’ Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/611/PESK ta’ l- 24 ta' Lulju 2008 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/187/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-gvern illegali ta’ Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros
ĠU L 197, 25.7.2008, p. 59–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 197/59 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/611/PESK
ta’ l-24 ta' Lulju 2008
li tħassar il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/187/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-gvern illegali ta’ Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-3 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-gvern illegali ta’ Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros (1), bi tweġiba għar-rifjut insistenti minn dan ta’ l-aħħar li jaħdem lejn il-ħolqien ta’ kondizzjonijiet li jiffavorixxu l-istabbiltà u r-rikonċiljazzjoni fil-Komoros. |
(2) |
Wara l-istabbiliment mill-ġdid, fil-25 ta’ Marzu 2008, ta’ l-awtorità ta’ l-Unjoni tal-Komoros fil-gżira ta’ Anjouan, il-miżuri restrittivi imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK għandhom jitneħħew. |
(3) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK għandha għalhekk tiġi mħassra, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK hija b’dan imħassra.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol b’effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Ufiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. HORTEFEUX