Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0891

    2008/891/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/61/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’ patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7317)

    ĠU L 319, 29.11.2008, p. 71–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/891/oj

    29.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 319/71


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-26 ta' Novembru 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2003/61/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’ patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7317)

    (It-testi bl-ilsien Spanjol, Grieg, Franċiż, Taljan, Malti u Portugiż biss huma awtentiċi)

    (2008/891/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Direttiva 2000/29/KE, il-patata għaż-żrigħ li toriġina mill-Kanada ma tistax tiddaħħal fil-Komunità. Madankollu, id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, dejjem jekk ma jkunx hemm riskju li jixterdu organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/61/KE (2) tipprevedi deroga għall-importazzjoni ta’ patata għaż-żrigħ li toriġina minn ċerti provinċji tal-Kanada fil-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet speċifiċi.

    (3)

    Il-Portugall talab għal estensjoni ta’ dik id-deroga.

    (4)

    Is-sitwazzjoni li tiġġustifika dik id-deroga ma tbiddlitx u għalhekk id-deroga għandha tkompli tapplika.

    (5)

    Għalhekk id-Deċiżjoni 2003/61/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2003/61/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 1(2)(c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “(c)

    għall-istaġuni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-patata mill-1 ta’ Frar 2003 sal-31 ta’ Marzu 2003, mill-1 ta’ Diċembru 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004, mill-1 ta’ Diċembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005, mill-1 ta’ Diċembru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006, mill-1 ta’ Diċembru 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007, mill-1 ta’ Diċembru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008, mill-1 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009, mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 u mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011.”

    (2)

    Fl-Artikolu 15, id-data “31 ta’ Marzu 2008” tinbidel bid-data “31 ta’ Marzu 2011”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika Portugiża.

    Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

    (2)  ĠU L 23, 28.1.2003, p. 31.


    Top