EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0423

2008/423/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm tax-xogħol ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1736)

ĠU L 149, 7.6.2008, p. 79–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/423/oj

7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 149/79


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Mejju 2008

li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm tax-xogħol ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1736)

(2008/423/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta' l-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007 jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

(2)

Għal għadd ta’ sustanzi/kombinazzjonijiet ta’ tipi ta’ prodotti inklużi f’dik il-lista, jew irtiraw il-parteċipanti kollha inkella ma wasal l-ebda dossier sad-dati ta’ skadenza speċifikati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni.

(3)

Għalhekk, u skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri b’dan. Fit-22 ta’ Ġunju 2007, dik l-informazzjoni ġiet ukoll ippubblikata elettronikament.

(4)

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ dik l-informazzjoni, ċerti persuni indikaw l-interess tagħhom li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għal xi wħud mis-sustanzi u tipi ta’ prodotti kkonċernati, f’konformità ma’ l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(5)

Għaldaqstant, għandha tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal dawn is-sustanzi u tipi ta’ prodotti.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data ta’ skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għas-sustanzi u tipi ta’ prodotti stipulati fl-Anness għandha tkun it-30 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(2)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/31/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 57).


ANNESS

Sustanzi u tipi ta’ prodotti li d-data ta’ skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni tad-dossiers tagħhom hija t-30 ta’ Ġunju 2009

Isem

Numru KE

Numru CAS

Tip ta’ prodott

Formaldehyde

200-001-8

50-00-0

1

Formaldehyde

200-001-8

50-00-0

2

Formaldehyde

200-001-8

50-00-0

3

Formaldehyde

200-001-8

50-00-0

4

Formaldehyde

200-001-8

50-00-0

5

Formaldehyde

200-001-8

50-00-0

6

Taħlita ta’ cis- u trans-p-menthane-3,8 diol/Citriodiol

255-953-7

42822-86-6

19

Diossidu tas-siliċju/Kieselguhr

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

61790-53-2

18


Top