EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0360

2008/360/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fl-Olanda (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1668)

ĠU L 120, 7.5.2008, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/360/oj

7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2008

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fl-Olanda

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1668)

(It-test Olandiż biss huwa awtentiku)

(2008/360/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 3(3) u 3(a)(1) tagħha,

Billi:

(1)

Seħħew tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur fl-Olanda fl-2003. It-tifqigħa ta’ din il-marda ppreżentat periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

(2)

Għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda u biex tingħata għajnuna għall-eradikazzjoni tagħha kemm jista’ jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi fin-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru skond il-miżuri ta’ emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda, kif inhu previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/678/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 2003 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-ispejjeż eliġibbli tal-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur fl-Olanda fl-2003 (2) kkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Olanda għall-infiq imġarrab skond il-miżuri ta’ emerġenza biex tkun miġġielda l-influwenza tat-tjur implimentati fl-2003.

(4)

Din id-Deċiżjoni pprovdiet għall-ħlas ta’ l-ewwel pagament ta’ EUR 40 000 000.

(5)

Skond din id-deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandu jitħallas fuq il-bażi ta’ l-applikazzjonijiet mibgħuta mill-Olanda fl-14 ta’ Marzu 2004, is-26 ta’ Lulju 2005 u t-2 ta’ Novembru 2006.

(6)

Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur fl-Olanda fl-2003 għandu issa jiġi stabbilit.

(7)

Ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni b'konformità mar-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità wrew li l-ammont kollu ta’ l-infiq mibgħut ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli.

(8)

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu ta’ kalkolu ta’ l-infiq eliġibbli u l-konklużjonijiet aħħarija ġew ikkomunikati lill-Olanda permezz ta’ ittri bid-dati tat-12 ta’ Lulju 2007, is-26 ta’ Ottubru 2007 u l-5 ta’ Diċembru 2007.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità għall-infiq marbut mal-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur fl-Olanda fl-2003 skond id-Deċiżjoni 2003/678/KE hija stabbilita għal EUR 65 516 152,41

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ l-Olanda.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

(2)  ĠU L 249, 1.10.2003, p. 53. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/27KE (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 45).


Top