This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1513
Commission Regulation (EC) No 1513/2007 of 19 December 2007 on the issuing of import licences for applications lodged during the first seven days of December 2007 under the tariff quota opened by Regulation (EC) No 1383/2007 for poultrymeat
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1513/2007 tad- 19 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għal-laħam tat-tjur
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1513/2007 tad- 19 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għal-laħam tat-tjur
ĠU L 335, 20.12.2007, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 335/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1513/2007
tad-19 ta’ Diċembru 2007
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1383/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mit-Turkija (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 stabbilixxa kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4103 skond ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, huma ta' 250 000 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 34.