Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1493

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1493/2007 tas- 17 ta’ Diċembru 2007 jistabbilixxi, b'osservanza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format tar-rapport li għandu jkun ippreżentat mill-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati

ĠU L 332, 18.12.2007, p. 7–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/11/2014; Imħassar b' 32014R1191

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1493/oj

18.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 332/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1493/2007

tas-17 ta’ Diċembru 2007

jistabbilixxi, b'osservanza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format tar-rapport li għandu jkun ippreżentat mill-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2);

Billi:

(1)

It-tagħrif li għandu jkun ippreżentat mill-importaturi u l-produtturi għandu jinkludi stimi tal-kwantitajiet tal-gassijiet serra fluworinati li mistennijin jintużaw fl-applikazzjonijiet prinċipali, inklużi l-kwantitajiet li mistennijin jintużaw bħala materja prima fil-magni jew fil-proċess industrijali, sabiex ikun ipprovdut tagħrif addizzjonali għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri bl-għan li tinkiseb informazzjoni dwar l-emissjonijiet għas-setturi rilevanti.

(2)

Il-produtturi jixtru u jbiegħu gassijiet serra fluworinati mingħand u lil produtturi oħra għal raġunijiet kummerċjali u f’dawn il-każijiet huwa biss il-produttur xerrej li jista’ jirrapporta dwar il-kwantitajiet ta’ dawk is-sustanzi li huma mistennijin jintużaw fl-applikazzjonijiet prinċipali.

(3)

Il-persuni interessati kienu kkonsultati dwar il-format tar-rapport u l-esperjenza tagħhom fit-tħejjija tar-rapport taħt ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar is-sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saff ta’ l-ożonu (2) kienet ikkunsidrata.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament josservaw l-opinjoni tal-Kumitat stabbilita bl-Artikolu 18 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-format tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 huwa speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35).


ANNESS

FORMOLA TAR-RAPPORT GĦALL-PRODUTTURI, L-IMPORTATURI U L-ESPORTATURI TAL-GASSIJIET SERRA FLUWORINATI

TAQSIMA 1

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA 2

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA 3

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA 4

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA 5

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA 6

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA 7

Image

Test ta 'immaġni

Top