This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1243
Commission Regulation (EC) No 1243/2007 of 24 October 2007 amending Annex III to Regulation (EC) No 853/2004 of the European Parliament and the Council laying down specific hygiene rules for food of animal origin (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 ta' l- 24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 ta' l- 24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
25.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 281/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1243/2007
ta' l-24 ta’ Ottubru 2007
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali.
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene ta’ l-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-tnaqqis tal-piż amministrattiv impost fuq l-impriżi mil-leġiżlazzjoni preżenti tal-Komunità huwa element kruċjali fit-titjib tal-kompetittività tagħhom u biex jintlaħqu l-objettivi ta' l-aġenda ta' Liżbona. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene ta' l-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi fin-negozju ta' l-ikel. Dan ir-Regolament jistipula li l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel iridu jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Anness III mehmuż miegħu. |
(3) |
Ir-rekwiżiti tat-Taqsima VIII ta' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 dwar vapuri impenjati fil-produzzjoni primarja u operazzjonijiet assoċjati jissupplimentaw dawk stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti ta' l-ikel (2). B'mod partikolari, dawk il-vapuri għandhom jieħdu nota u jżommuha fil-kotba tagħhom tal-miżuri stabbiliti għall-kontroll ta' perikli b'mod xieraq u għal tul xieraq ta' żmien. |
(4) |
L-esperjenza wriet li għall-operaturi fin-negozju ta' l-ikel involuti fis-sajd mal-kosta fuq skala żgħira fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (3), dan ir-rekwiżit jista' joħloq piż amministrattiv addizzjonali. Huwa għalhekk xieraq li tiġi stipulata deroga minn dan ir-rekwiżit għal dawn l-operaturi. |
(5) |
It-Taqsima XIV ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula r-rekwiżiti għall-produzzjoni tal-ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Hija tispeċifika li meta l-ġelatina tkun immanifatturata mill-għadam tar-ruminanti, trid tiġi prodotta bl-użu ta' proċess uniku li jiżgura li l-materjal kollu ta' l-għadam jiġi soġġett għal trattament alkalin ta' soluzzjoni saturata ta' ġir (pH > 12,5) għal perjodu ta' mhux inqas minn 20 jum bi trattament ta' sħana ta' mhux anqas minn 138 °C għal mhux anqas minn erba' sekondi, wara li tkun ġiet imfarrka fin fin u jitneħħielha x-xaħam bil-misħun u ttrattata bl-ispirtu tal-melħ miżjud bl-ilma (b'konċentrazzjoni minima ta' 4 % u pH < 1,5) għal tul ta' perjodu ta' mhux inqas minn jumejn. |
(6) |
Il-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi ta' l-Awtorità dwar is-Sikurezza ta' l-Ikel adotta fit-18 ta' Jannar 2006 opinjoni dwar “L-Istima kwantitattiva tar-riskju ta' BSE għall-bniedem mill-ġelatina fir-rigward tar-riskju ta' residwu ta' BSE”. Fit-18 ta' Mejju 2006, adotta opinjoni oħra dwar “L-istima kwantitattiva tar-riskju ta' BSE għall-bniedem mix-xewka dahar tal-bovini inkluża l-ganglia mill-għerq tax-xewka dahar fir-rigward tar-riskju ta' residwi ta' BSE”. Skond iż-żewġ opinjonijiet, il-proċessi ta' produzzjoni li jinvolvu proċess bl-aċidu jew proċess ta' sħana u pressjoni jiżguraw rispettivament tnaqqis ta' possibilità ta' infezzjoni ta' BSE ekwivalenti jew ogħla meta mqabbel mal-livell ta' sikurezza miksub bl-applikazzjoni tal-proċess bl-alkali mitlub fil-preżent mit-Taqsima XIV ta' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-kondizzjonijiet għall-produzzjoni tal-ġelatina għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(7) |
Kien hemm diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar użu possibbli ieħor tal-ġelatina u l-kollaġini prodotti skond id-dispożizzjonijiet stipulati fit-Taqsimiet XIV u XV ta' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 f'xi Stati Membri. Huwa għalhekk xieraq li jiġu ċċarati dawn id-dispożizzjonijiet sabiex l-implimentazzjoni tagħhom tkun armonizzata. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(3) OJ L 223, 15.8.2006, p. 1.
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punt 3 tat-Taqsima VIII, jiżdird il-paragrafu li ġej: “Bħala deroga mill-punt (a), il-punt 7 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jista' ma japplikax għall-operaturi involuti fis-sajd mal-kosta fuq skala żgħira fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 (*), u li jwettqu l-attivitajiet tagħhom għal perjodi qosra ta' anqas minn 24 siegħa. |
(2) |
Fit-Taqsima XIV, il-Kapitoli III, IV u V jinbidlu b’dan li ġej: “KAPITOLU III: REKWIŻITI GĦALL-MANIFATTURA TAL-ĠELATINA
KAPITOLU IV: REKWIŻITI GĦAL PRODOTTI LESTI GĦAS-SUQ L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel iridu jiżguraw li l-ġelatina tkun konformi mal-limiti ta' residwi stabbiliti fl-iskeda li ġejja:
KAPITOLU V: IT-TIKKETTI It-tgeżwir u l-ippakkjar li jkun fih il-ġelatina, fuqu jrid jkollu l-kliem ‘ġelatina adatta għall-konsum mill-bniedem’ u trid tidher id-data ta' skadenza minima.”; |
(3) |
Fit-Taqsima XV, Kapitolu III, il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:
|
(4) |
L-Appendiċi jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi għall-ANNESS III DOKUMENT MUDELL LI JRID JINTHEMEŻ MA' MATERJA PRIMA DDESTINATA GĦALL-PRODUZZJONI TA' ĠELATINA JEW KOLLAĠINI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM In-numru tad-dokument kummerċjali: … I. Identifikazzjoni ta' materja prima Natura tal-materja prima: … L-ispeċi ta' l-annimal: … Tip ta' imballaġġ: … Numru ta’ pakketti: … Piż nett (kg): … II. Oriġini tal-materja prima It-tip, l-isem, l-indirizz u n-numru ta' awtorizzazzjoni speċjali/ta' approvazzjoni/ta' reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment ta' oriġini: … Isem u indirizz ta' min jagħmel il-konsenja (1): … III. Destinazzjoni tal-materja prima It-tip, l-isem, l-indirizz u n-numru ta' awtorizzazzjoni speċjali/ta' approvazzjoni/ta' reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment ta' produzzjoni ta' destinazzjoni … Isem u indirizz ta' min jirċievi l-konsenja (2): … IV. Il-Mezz ta' trasport: … Magħmul fi … , fi … … (Firma ta' l-operatur ta' l-istabbiliment ta' oriġini jew tar-rappreżentanti ta' l-istabbiliment) |
(1) Jekk ikun differenti biss mill-istabbiliment ta' oriġini.
(2) Jekk ikun differenti biss mill-istabbiliment ta' destinazzjoni.”