EUR-Lex Prieiga prie Europos Sąjungos teisės

Grįžti į „EUR-Lex“ pradžios puslapį

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 32007R0896

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tad- dihydromyrcenol li joriġnaw mill-Indja

ĠU L 196, 28.7.2007, p. 3—19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dokumento teisinis statusas Nebegalioja, Galiojimo pabaigos data: 29/01/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/896/oj

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 896/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tad-dihydromyrcenol li joriġnaw mill-Indja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu tal-proċedura

(1)

Fil-11 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2) (l-avviż tal-bidu), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tad-dihydromyrcenol li joriġinaw mill-Indja.

(2)

Il-proċedura anti-dumping ingħatat bidu wara lment li sar fid-29 ta’ Settembru 2006 mill-produtturi Komunitarji li ġejjin: Destilaciones Bordas Chinchurreta S.A. u Sensient Fragrances S.A. (min għamel l-ilment) li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ iktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali Komunitarja tad-dihydromyrcenol. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali ġejja minnu, li tqieset bħala suffiċjenti biex jingħata bidu għall-proċediment.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati u żjajar ta’ verifika

(3)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lil min wassal l-ilment, produtturi oħrajn magħrufa fil-Komunità, produtturi esportaturi fl-Indja, importaturi u utenti li hu magħruf li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u rappreżentanti ta’ l-Indja dwar il-bidu ta’ l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Il-partijiet interessati kollha li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw seduta ta’ smigћ.

(4)

Fid-dawl tan-numru li jidher għoli ta’ produtturi esportaturi mill-Indja u importaturi fil-Komunità, it-teħid tal-kampjuni ġie ppjanat fl-avviż ta’ inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dumping u l-ħsara, bi qbil ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex jippermettu lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, li tagħżel il-kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fl-Indja u l-importaturi kollha fil-Komunità ntalbu li jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u ntalbu jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ inizjazzjoni, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru 2006. Madanakollu, żewġ produtturi esportaturi Indjani u żewġ importaturi fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat biss ippeżentaw lilhom infushom u ressqu l-informazzjoni rikjesta għat-teħid tal-kampjuni fi żmien l-iskadenzi stipulati fl-avviż ta’ inizjazzjoni. B’hekk, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ.

(5)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati u lill-partijiet kollha l-oħrajn li talbu li jsir dan, fi żmien l-iskadenzi stipulati fl-avviż ta’ inizjazzjoni.

(6)

Ir-risposti għall-kwestjonarji ġew riċevuti minn żewġ produtturi esportaturi Indjani, minn erba’ produtturi Komunitarji tal-prodott simili, minn żewġ importaturi mhux relatati mal-produtturi esportaturi u minn utent wieħed fil-Komunità.

(7)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ gћad-determinazzjoni proviżorja tad-dumping, għall-ћsara li rriżultat u kif ukoll għall-interess tal-Komunità u wettqet żjarat ta’ verifika fuq il-post fil-kumpaniji li ġejjin:

a)

Produtturi Komunitarji

Destilaciones Bordas Chinchurreta S.A., Granada, Spanja;

Sensient Fragrances S.A., Dos Hermanas (Sevilla), Spanja;

Takasago International Chemicals (Europe) S.A., Murcia, Spanja.

b)

Produtturi esportaturi fl-Indja

Neeru Enterprises, Rampur;

Privi Organics Limited, Mumbai.

1.3.   Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni

(8)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “IP”). L-eżaminazzjoni ta’ tendenzi rilevanti għall-istima tal-ħsara kopriet il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2003 sa l-aħħar ta’ l-IP (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(9)

Il-prodott ikkonċernat huwa d-dihydromyrcenol ta’ purezza skond il-piż ta’ 93 % jew aktar, li joriġina mill-Indja (“il-prodott ikkonċernat”), normalment iddikjarat skond il-kodiċi NM ex 2905 22 90.

(10)

Il-prodott ikkonċernat huwa likwidu mingħajr kulur sa isfar ċar b’riħa qawwija, friska, tixbaħ il-lajm, tal-fjur taċ-ċitru, u ħelwa bi ftit li xejn traċċi terpeniċi, li jinħall fiż-żejt tal-pitrolju u fl-alkoħol u ma jinħallx fl-ilma. Huwa parti mill-grupp ta’ alkoħols terpeniċi aċikliċi. L-isem kimiku tiegħu huwa 2,6-dimethyloct-7-en-2-ol (CAS RN 18479-58-8).

(11)

Applikazzjoni tipika tal-prodott ikkonċernat hija fid-diterġenti, fil-fwejjaħ għas-sapun u bħala aġent qawwi ta’ tisħiħ fir-riħa għall-fwejjaħ tat-tip taċ-ċitru u tal-lajm.

2.2.   Prodott Simili

(12)

Il-prodott ikkonċernat u d-dihydromyrcenol prodott u mibjugħ fis-suq domestiku ta’ l-Indja, kif ukoll id-dihydromyrcenol prodott u mibjugħ fil-Komunità mill-industrija Komunitarja, instabu li għandhom l-istess karratteristiċi kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi aħħarija bażiċi. Għalhekk, dawn il-prodotti huma proviżorjament meqjusa simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Il-valur normali

(13)

Għad-determinazzjoni tal-valur normali il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet, għal kull wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, jekk il-bejgħ domestiku totali tagħhom tal-prodott simili kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ totali tagħhom ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità. Bi qbil ma’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tal-prodott simili nstab li huwa rappreżentattiv għal wieħed biss mill-kumpaniji li kooperaw minħabba li l-volum ta’ bejgħ domestiku għal din il-kumpanija kien ogħla minn 5 % tal-bejgħ totali tagħha ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità.

(14)

Sussegwentament il-Kummissjoni identifikat għal din il-kumpanija skond il-purezza, it-tipi tal-prodott simili li jinbiegħu domestikament li kienu identiċi jew li huma komparabbli direttament mat-tipi li jinbiegħu għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Gћal kull wieћed minn dawk it-tipi, ġie stabbilit jekk il-bejgћ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed gћall-gћanijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgћ domestiku ta’ tip partikolari tqies bћala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum tal-bejgћ domestiku totali ta’ dak it-tip matul l-IP irrappreżenta 5 % jew iktar tal-volum totali ta’ bejgћ tat-tip komparabbli esportat lejn il-Komunità. Dan kien il-każ għat-tipi kollha domestiċi li huma komparabbli ma’ dawk esportati lejn il-Komunità.

(15)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat, mibjugħ fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar tul l-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bil-qligħ lil konsumaturi indipendenti, ta’ kull tip ta’ prodott esportat.

(16)

Minħabba li għal kull tip ta’ prodott iktar minn 80 % tal-volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku nbiegħ bi prezz ta’ bejgħ nett li huwa l-istess jew ogħla mill-ispejjeż ikkalkulati ta’ produzzjoni, u minħabba li fl-istess ħin il-prezz medju tal-bejgħ iddifferenzjat kien l-istess jew ogħla mill-ispejjeż tal-produzzjoni, il-valur normali, skond it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja ddiferenzjata tal-prezzijiet kollha ta’ bejgħ domestiku in kwestjoni, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ wassalx għall-qligħ jew le.

(17)

Għall-produttur esportatur li m’għandux bejgħ domestiku rappreżentattiv tal-prodott simili matul l-IP (ara l-premessa (13) hawn fuq), il-valur normali ġie ddeterminat skond il-prezzijiet domestiċi fl-andament normali tal-kummerċ tal-produttur esportatur l-ieħor (ara l-premessi (13) sa (15) hawn fuq), skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

3.2.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(18)

Il-bejgħ kollu taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw sar direttament lill-konsumaturi li mhumiex relatati fil-Komunità. Għal dan il-bejgħ, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, skond il-prezzijiet li attwalment tħallsu jew li huma pagabbli minn dawn il-konsumaturi indipendenti fil-Komunità

3.3.   Tqabbil

(19)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni sar fuq bażi ex-works. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, ittieħdu in konsiderazzjoni, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, id-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezz. Ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-transport, trasport bħala merkanzija bil-baħar u spejjeż ta’ assigurazzjoni, spejjeż ta’ tagħbija u spejjeż anċillari, skontijiet, sansariji, spejjeż ta’ kreditu u spejjeż ta’ importazzjoni ngħataw fejn kienu applikabbli u ġġustifikati.

3.4.   Marġnijiet tad-dumping

(20)

Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ paragun tal-valur normali medju ddifferenzjat skond it-tip ta’ prodott ma’ prezz medju ta’ l-esportazzjoni ddifferenzjat skond it-tip ta’ prodott kif ġie stabbilit hawn fuq.

(21)

Fuq din il-bażi, il-marġni proviżorju ta’ dumping, mogħti bħala perċentwal tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, id-dazji mhux imħallsa, huwa:

Il-kumpanija

Il-marġni proviżorju tad-dumping

Neeru Enterprises, Rampur

3,3  %

Privi Organics Limited, Mumbai

7,5  %

(22)

Għal dawk il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, il-marġni tad-dumping ġie stabbilit skond il-fatti disponibbli bi qbil ma’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-livell ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit l-ewwel. Paragun bejn id-data tal-Eurostat li jikkonċerna l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja u l-volum ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità rrappurtat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw wera li l-livell ta’ kooperazzjoni kien wieħed għoli (iktar minn 80 %). Għalhekk, u minħabba li ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-kumpaniji li ma kkooperawx kienu qed jiddampjaw f’livell iktar baxx, ġie kkunsidrat xieraq li jiġi stipulat marġni ta’ dumping adegwat għal kumpaniji li fadal, li ma kkooperawx ma’ l-investigazzjoni, fil-livell ta’ marġni ta’ dumping li huwa ogħla minn dak li ġie osservat għaż-żewġ kumpaniji li kkooperaw. Dan l-approċċ huwa bi qbil mal-prattika kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità u ġie kkunsidrat bħala wieħed neċessarju sabiex ma jipprovdi l-ebda inċentiv għal nuqqas ta’ kooperazzjoni. Għaldaqstant, il-marġni residwu tad-dumping huwa kkalkulat għar-rata ta’ 7,5 %.

4.   ĦSARA

4.1.   Il-produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità

(23)

Fi ħdan il-Komunità, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn ħames produtturi. Il-produzzjoni ta’ dawn il-ħames produtturi Komunitarji hija għalhekk ikkunsidrata bħala waħda li tikkostitwixxi l-produzzjoni Komunitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(24)

Minn dawn il-ħames produtturi, total ta’ erbgħa rrispondew għall-kwestjonarju. Madanakollu, wieħed minn dawn ir-rispondenti ma appoġġax espressament dan l-ilment, jiġifieri ma ħa l-ebda pożizzjoni dwaru. Għalhekk, din il-kumpanija ma setgħetx tagħmel parti mill-industrija Komunitarja u, b’konsegwenza ta’ dan, ta’ l-analiżi tal-ħsara. Madanakollu, is-sitwazzjoni ta’ din il-kumpanija ttieħdet in konsiderazzjoni u ġiet eżaminata bħala fattur ieħor ta’ ħsara fil-parti (5) – Kawżalità.

(25)

It-tliet produtturi li kkooperaw, li fadal, jirrappreżentaw iktar minn 40 % tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili. Għandu jiġi nnotat li wieħed minnhom għamel importazzjonijiet konsiderevoli tad-dihydromyrcenol mill-Indja fl-IP. Madanakollu, l-importazzjoni ma kinitx in-negozju ewlieni tiegħu u dawn l-importazzjonijiet ġew ikkunsidrati li saru b’reazzjoni għall-fluss ta’ l-importazzjonijet iddampjati li wasslu biex tbaxxew il-prezzijiet b’mod sinifikanti, partikolarment sabiex isaħħaħ is-sitwazzjoni finanzjarja u jżomm vijabbli l-produzzjoni tiegħu tal-prodott simili. Għalhekk, ma ġiex ikkunsidrat xieraq li jeskludu lil dan il-produttur mid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

(26)

Skond dan huwa kkunsidrat li t-tliet produtturi Komuntarji li jissemmew fl-inċiż (24) hawn fuq huma meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Minn hawnhekk ’il quddiem huma għandhom jiġu msejħa bħala ’l-industrija tal-Komunità’.

4.2.   Id-determinazzjoni tas-suq rilevanti Komunitarju

(27)

Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija Komunitarja bagħtietx il-ħsara jew le u biex jiġi ddeterminat il-konsum u l-indikaturi ekonomiċi varji li huma relatati mas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, ġie eżaminat jekk u sa liema punt l-użu sussegwenti tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili kellux jiġi kkunsidrat fl-analiżi.

(28)

Id-dihydromyrcenol jintuża bħala materjal intermedju għall-produzzjoni tad-derivattivi, bħalma huma t-tetrahydromyrcenol u l-myrcetol, jew fil-fwejjaħ komposti. Ġie osservat fl-investigazzjoni li l-industrija Komunitarja użat ċertu kwantitajiet tad-dihydromyrcenol (madwar 10 % tal-volum ta’ produzzjoni totali tagħha) internament, għar-raġunijiet li jissemmew hawn fuq. Għal dan il-għan, id-dihydromyrcenol ġie sempliċiment trasferit mingħajr ebda fattura ġewwa l-istess kumpanija; ma daħalx fis-suq ħieles, minħabba li ntuża mill-produttur innifsu għal iktar ipproċessar u/jew komposti. B’hekk wieħed jirreferi għal dawn is-sitwazzjonijiet bħala użu intern.

(29)

L-industrija Komunitarja wkoll biegħet id-dihydromyrcenol lill-partijiet interessati fil-Komunità u f’pajjiżi terzi biex dan jerġa’ jinbiegħ jew jintuża minn dawn il-partijiet. Madanakollu, ġie stabbilit fl-investigazzjoni tagħha li dan il-bejgħ ma jistax jiġi kkunsidrat bħala wieħed intern jiġifieri fis-suq għall-użu intern, minħabba li dawn saru bil-prezzijiet tas-suq u l-konsumaturi kellhom għażla ħielsa ta’ fornituri. Kontrarjament, dawn għandhom jiġu meqjusa bħala bejgħ fis-suq ħieles.

(30)

Id-distinzjoni bejn is-suq għall-użu intern u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tal-ħsara minħabba li l-prodotti li huma destinati għall-użu intern, jiġifieri l-użu mill-produtturi nfushom f’dan il-każ, mhumiex esposti għall-kompetizzjoni diretta ma’ l-importazzjonijiet. Kontrarjament, il-produzzjoni li hija maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles instabet li hija f’kompetizzjoni diretta ma’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(31)

Sabiex tingħata stampa sħiħa kemm jista’ jkun tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, inkisbet data u ġiet analizzata għall-attività kollha tad-dihydromyrcenol u sussegwentement ġie ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx maħsuba għall-użu intern jew għas-suq ħieles.

(32)

Għall-indikaturi kummerċjali li ġejjin li jirrigwardaw l-industrija Komunitarja, instab li l-analiżi u l-valutazzjoni bil-ħsieb kellhom jiffokaw fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles: il-volum tal-bejgħ u prezzijiet ta’ bejgħ fis-suq Komuntarju, is-sehem mis-suq, tkabbir, profittabbiltà, dħul mill-investiment, cash flow u volum ta’ prezzijiet u ta’ esportazzjoni.

(33)

Madanakollu, fir-rigward ta’ l-indikaturi ekonomiċi oħrajn, instab skond l-investigazzjoni, li dawn jistgħu jiġu eżaminati b’mod raġonevoli billi wieħed jirreferi għall-attività kollha. Filfatt, il-produzzjoni (għall-użu intern kif ukoll għas-suq ħieles), il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, il-ħażniet, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-kapaċità għall-ksib tal-kapital jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun għall-użu intern u kif ukoll jekk din tinbiegħ fis-suq ħieles.

(34)

Finalment, għandu jiġi nnotat li l-iżvilupp ta’ l-użu intern mill-industrija tal-Komunità ġie eżaminat bħala fattur ieħor ta’ ħsara fil-parti (5) – Kawżalità, sabiex jiġi stabbilit jekk dan setax kellu impatt fuq is-sitwazzjoni tagħhom.

4.3.   Il-konsum tal-Komunità

(35)

Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit skond il-volumi tal-produzzjoni proprja tal-produtturi Komunitarji li hija maħsuba għall-bejgħ ħieles fis-suq Komunitarju u għall-użu intern minn dawn il-produtturi u l-volumi ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità, miksuba mill-Eurostat.

(36)

Fir-rigward tal-Eurostat, għandu jiġi nnotat li l-prodotti ħlief id-dihydromyrcenol jistgħu jiġu inklużi f’din l-istatistika, minħabba li d-dihydromyrcenol huwa ddikjarat b’kodiċi ex NM. Id-data mill-Eurostat ġiet ipparagunata ma’ l-għarfien tas-suq industrijali Komunitarju. B’riżultat ta’ dan, l-importazzjonijiet mill-Ġappun ġew esklużi minħabba li dawn kienu kkunsidrati li huma magħmulin kollha minn prodotti li mhumiex id-dihydromyrcenol minħabba li ma hemm ebda produzzjoni magħrufa ta’ dak il-prodott fil-Ġappun. Għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex il-Ġappun, l-istatistika tal-Eurostat dehret li hija raġonevolment preċiża (jiġifieri, dehret li ma inkludietx volumi sinifikanti ta’ prodotti li mhumiex dihydromyrcenol u li jistgħu jwasslu għad-distorsjoni tal-kwadru ġenerali b’mod sostanzjali) u, b’hekk, l-ebda aġġustament ta’ din id-data ma saret għar-raġunijiet ta’ l-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità.

(37)

Fl-ewwel nofs tal-perjodu kkunsidrat, is-suq Komunitarju għad-dihydromyrcenol kien relattivament stabbli. Dan beda jiżdied fl-2005 u fl-IP dan laħaq livell ta’ 23 % ogħla mill-2003, jiġifieri madwar 4 400 000 kilogramma.

 

2003

2004

2005

IP

Konsum (kg)

3 586 447

3 571 795

3 819 904

4 409 093

Indiċi: 2003 = 100

100

100

107

123

Sors: risposti vverifikati għall-kwestjonarji mill-industrija Komunitarja; informazzjoni miġbura minn produtturi oħrajn tal-Komunità, Eurostat.

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Volum, prezz u sehem fis-suq ta’ importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat

(38)

Il-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità tela’ b’mod drammatiku fl-2004, jiġifieri b’iktar minn 1 600 %. Dan kważi rdoppja fl-2005, qabel ma reġa’ niżel fl-IP u għalaq b’livell ta’ 2 963 % ogħla mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat, jiġifieri madwar 760 000 kilogramma fl-IP meta mqabbel ma’ madwar 25 000 kilogramma fl-2003.

 

2003

2004

2005

IP

Importazzonijiet (kg)

24 900

430 600

751 800

762 600

Indiċi: 2003 = 100

100

1 729

3 019

3 063

Sors: Eurostat.

(39)

Il-medja tal-prezz ta’ l-importazzjoni waqgħet bi kważi 20 % fl-2004, żdiedet għal-livell oriġinali tagħha fl-2005 u żdiedet bi 11 % fl-IP. Kif wieħed jista’ jinnota mill-inċiżi (41) u (42) hawn isfel, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni kienu sinifikattivament iktar baxxi mill-prezzijiet industrijali Komunitarji fl-IP.

 

2003

2004

2005

IP

Medja tal-prezz ta’ l-importazzjoni (EUR/kg)

3,45

2,79

3,45

3,81

Indiċi: 2003 = 100

100

81

100

111

Sors: Eurostat.

(40)

Is-sehem fis-suq tal-prodotti ddampjati mill-Indja żdied b’madwar 17-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri minn 0,7 % fl-2003 sa 17,3 % fl-IP. Sehem sinifikanti mis-suq inkiseb fl-2004, f’konformità maż-żieda sostanzjali deskritta hawn fuq fil-volumi ta’ l-importazzjonijiet u l-konsum stabbli Komunitarju. Fl-IP, espress f’termini assoluti, l-esportaturi Indjani, minkejja żieda fil-volumi ta’ bejgħ, raw is-sehem fis-suq tagħhom jonqos bi 2.4 punti perċentwali. Madanakollu, jekk wieħed iżomm f’moħħu li l-konsum Komunitarju żdied biss bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat, huwa evidenti li l-preżenza ta’ l-importazzjonijiet iddampjati mill-Indja fis-suq Komunitarju żdiedet b’mod iktar sinifikanti matul il-perjodu.

 

2003

2004

2005

IP

Is-sehem mis-suq

0,7  %

12,1  %

19,7  %

17,3  %

Indiċi: 2003 = 100

100

1 736

2 835

2 491

Sors: Eurostat.

4.4.2.   Twaqqigħ tal-prezz

(41)

Għall-iskop ta’ l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet ta’ importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw tqabblu mal-prezzijiet industrijali Komunitarji, skond il-medji ddifferenzjati għal tipi ta’ prodotti li huma direttament komparabbli (skond il-purezza) matul l-IP. Il-prezzijiet industrijali Komunitarji ġew aġġustati għal livell ex-works, u mqabbla mal-prezzijiet ta’ importazzjoni konfinali tal-Komunità CIF, inklużi d-dazji doganali. It-tqabbil tal-prezz sar għat-tranżazzjonijiet fuq l-istess livell tal-kummerċ, li ġie aġġustat fejn hu neċessarju, u wara tnaqqis tar-roħs u skonti.

(42)

Skond il-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kkoperaw, il-marġnijiet tat-twaqqigħ li nstabu, u li huma espressi bħala perċentwal tal-prezzijiet industrijali Komunitarji, huma 5,8 % u 7,4 %.

4.5.   Il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità

(43)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

(44)

Għandu jiġi mfakkar li l-eżistenza ta’ l-użu intern tal-prodott simili mill-industrija Komunitarja kellha tittieħed in kunsiderazzjoni fl-analiżi tal-ħsara. Ċertu indikaturi ta’ ħsara ġew b’hekk eżaminati billi ffokaw fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles, filwaqt li ċerti indikaturi oħrajn setgħu jiġu eżaminati b’mod raġonevoli biss billi saret referenza għall-attività kollha (ara l-premessi (27) sa (34) hawn fuq).

a)   Produzzjoni, kapaċità u utilizzazzjoni tal-kapaċità

(45)

Il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ta’ l-istess prodott żdiedet b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Speċifikament, din baqgħet stabbli fl-2004, żdiedet ftit bi 2 % fl-2005 u b’4 punti perċentwali oħra fl-IP. Minħabba li l-kapaċità ta’ produzzjoni baqgħet stabbli, l-utilizzazzjoni tagħha ssaħħet ftit skond il-volumi miżjuda tal-produzzjoni. Fl-IP, il-kapaċità ġiet utilizzata b’73 %.

 

2003

2004

2005

IP

Produzzjoni (kg)

2 212 266

2 210 328

2 265 113

2 350 588

Indiċi: 2003 = 100

100

100

102

106

Kapaċità (kg)

3 210 000

3 210 000

3 210 000

3 210 000

Indiċi: 2003 = 100

100

100

100

100

l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

69  %

69  %

71  %

73  %

Indiċi: 2003 = 100

100

100

102

106

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

b)   Ħażniet

(46)

Kien hemm żieda globali fil-ħażniet bejn l-2003 u l-IP. Il-quċċata fl-2004 tikkoinċidi mat-tnaqqis f’daqqa fil-bejgħ deskritt fil-premessa (47) hawn isfel. Fl-IP, il-livell ta’ ħażniet kien ta’ 8 % iktar minn fl-2003.

 

2003

2004

2005

IP

Ħażniet (kg)

118 204

222 907

166 724

127 440

Indiċi: 2003 = 100

100

189

141

108

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

ċ)   Volum ta’ bejgħ, prezz ta’ bejgħ u sehem fis-suq

(47)

Il-bejgħ tal-produzzjoni proprja ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq ħieles fil-Komunità niżel f’daqqa b’7 % fl-2004. Fl-2005 dan irkupra ftit iktar mil-livell oriġinali tiegħu u żdied b’19-il punt perċentwal fl-IP. Madanakollu, fid-dawl tal-konsum imsaħħaħ fl-2005 u fl-IP (ara l-premessa (37) hawn fuq), l-industrija Komunitarja ma saħħitx il-pożizzjoni tas-suq tagħha. Kontrarjament, din bilkemm żammet is-sehem tagħha fis-suq. Il-prezzijiet medji fis-suq tal-produzzjoni Komunitarja rriflettew l-iżvilupp tas-suq. Dawn waqgħu b’mod drammatiku fl-2004, jiġifieri bi 22 %, naqqsu b’10 punti perċentwali addizzjonali fl-2005 u baqgħu ftit jew wisq stabbli matul l-IP.

 

2003

2004

2005

IP

Bejgħ fil-KE (kg)

1 233 633

1 147 959

1 274 430

1 506 740

Indiċi: 2003 = 100

100

93

103

122

Is-sehem mis-suq

34,4  %

32,1  %

33,4  %

34,2  %

Indiċi: 2003 = 100

100

93

97

99

Prezz ta’ bejgħ (EUR/kg)

4,55

3,55

3,09

3,15

Indiċi: 2003 = 100

100

78

68

69

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

d)   Profittabbiltà

(48)

Il-profittabbiltà ta’ l-industrija Komunitarja ddeterjorat drammatikament matul il-perjodu kkunsidrat. Minn qligħ ta’ 12,3 % fl-2003, il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili li huwa maħsub għall-bejgħ fis-suq ħieles saret waħda ta’ telf sinifikanti fl-2004, skond it-tnaqqis deskritt hawn fuq fil-volumi ta’ bejgħ u l-prezzijiet. Fl-2005, il-marġini ta’ telf irdoppja u fl-IP l-industrija Komunitarja kienet qed tagħmel telf ta’ madwar 17 %.

 

2003

2004

2005

IP

Marġini ta’ profitt qabel it-taxxa

12,3  %

–7,5  %

–15,8  %

–16,9  %

Indiċi: 2003 = 100

100

–60

– 128

– 137

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

e)   Investiment, prospett fuq l-investiment, cash flow u l-kapaċità għall-ksib tal-kapital

(49)

L-investiment naqas b’mod konsiderevoli matul il-perjodu kkunsidrat, fejn fl-IP dan laħaq biss 7 % tal-livell tiegħu fl-2003, li jirrifletti l-fatt li l-industrija diġà topera tagħmir modern. Kif wieħed jista’ jinnota mit-tabella fil-premessa (45) hawn fuq, l-ebda investiment ma sar fil-kapaċità tal-produzzjoni, minkejja li s-suq tad-dihydromyrcenol kien mistenni li jżomm it-tendenza pożittiva tiegħu. Id-dħul mill-investiment, espress fit-termini ta’ profitti/telf netti ta’ l-industrija Komunitarja u l-valur nett ta’ kontabbiltà fl-investimenti tiegħu, żviluppa skond l-investiment u l-marġnijiet tal-profitt/telf. Speċifikament, dan naqas minn 13,7 % fl-2003 sa – 26,9 % fl-IP. Bl-istess mod, il-cash flow ta’ l-industrija Komunitarja ddeterjora b’mod sinifikanti. Minn dħul ta’ cash ta’ madwar 1 300 000 EUR fl-2003, dan sar ħruġ ta’ cash ta’ iktar minn 60 000 EUR fl-IP. Dawn l-indikaturi kollha jikkonfermaw b’mod ċar l-inabbiltà tal-Komunità li tikseb kapital.

 

2003

2004

2005

IP

Investiment (EUR)

221 210

44 605

23 435

16 481

Indiċi: 2003 = 100

100

20

11

7

Redditu fuq l-investiment

13,7  %

–7,1  %

–17,3  %

–26,9  %

Indiċi: 2003 = 100

100

–52

– 127

– 197

Cash flow (EUR)

1 328 345

–48 093

164 355

–61 724

Indiċi: 2003 = 100

100

–4

12

–5

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

f)   Tkabbir

(50)

L-industrija Komunitarja żammet is-sehem tagħha fis-suq bil-prezz ta’ telf sinifikanti akkumpanjat inter alia minn ħruġ tal-cash. Għandu jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir tas-suq.

ġ)   Impjiegi, produttività u pagi

(51)

L-għadd ta’ l-impjegati ta’ l-industrija Komunitarja involuti fil-prodott simili naqas minkejja li kien hemm żieda fil-produzzjoni (ara l-premessa (45) hawn fuq). Matul l-IP l-impjiegi kienu ta’ 15 % inqas milli fl-2003. Madanakollu l-ispejjeż totali tal-ħaddiema żdiedu. Speċifikament, dawn żdiedu bi 13 % fl-2004, baqgħu pjuttost stabbli fl-2005, qabel ma niżlu ftit matul l-IP sa livell ta’ 6 % iktar milli fl-2003. Fil-fatt, l-ispejjeż medji tal-ħaddiema żdiedu b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda saret minħabba l-inflazzjoni (madwar 3 % fl-2004 u 2005 fi Spanja) u minħabba tibdil fl-istruttura ta’ l-impjiegi (sehem ogħla ta’ ħaddiema kkwalifikati). Il-produttività espressa fil-produzzjoni għal kull ħaddiem fis-sena żdiedet b’24 % bejn l-2003 u l-IP.

 

2003

2004

2005

IP

Impjiegi

44,2

43,7

39,8

37,7

Indiċi: 2003 = 100

100

99

90

85

Spejjeż ta’ xogħol (EUR)

1 401 693

1 580 371

1 554 698

1 480 157

Indiċi: 2003 = 100

100

113

111

106

Spejjeż medji ta’ xogħol (EUR)

31 741

36 206

39 033

39 282

Indiċi: 2003 = 100

100

114

123

124

Produttività (kg għal kull impjegat)

64 329

65 588

72 904

79 546

Indiċi: 2003 = 100

100

102

113

124

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

g)   Dimensjoni ta’ dumping, irkuprar minn dumping fil-passat jew sussidji

(52)

Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tad-dimensjoni tal-marġnijiet effettivi tad-dumping, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat, dan l-impatt ma jistax jiġi kkunsidrat bħala wieħed negliġibbli.

(53)

Aktar minn hekk, ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-industrija Komunitarja kienet qed tirkupra, matul il-perjodu ta’ l-IP, mill-effetti ta’ xi dumping fil-passat jew ta’ xi sussidji.

4.6.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(54)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-preżenza ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Indja żdiedet b’mod sinifikanti. Fit-termini tal-volum, l-importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat żdiedu b’madwar 3 000 % bejn l-2003 u l-IP. Fit-termini tas-sehem mis-suq, dawn kellhom iktar minn 17 % tas-suq Komunitarju tad-dihydromyrcenol fl-IP meta mqabbel ma’ 0,7 % biss fl-2003.

(55)

Minkejja li l-konsum Komunitarju tad-dihydromyrcenol żdied bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija Komunitarja, matul l-IP, kisbet biss l-istess sehem tas-suq Komunitarju bħal fl-2003, partikolarment minħabba żieda fil-bejgħ tal-produzzjoni tagħha fl-2005 u matul l-IP. Madanakollu, kif inhu muri fl-analiżi hawn fuq ta’ l-indikaturi ekonomiċi ta’ l-industrija Komunitarja, dan seta’ jinkiseb biss bil-konsegwenza ta’ telf kbir, telf fir-redditu fuq l-investiment u ħruġ ta’ cash. Fil-fatt, il-ħsara mmaterjalizzat partikolarment f’termini ta’ tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, li kellu impatt negattiv dirett u sinifikanti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawn il-kumpaniji. Speċifikament, il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja waqgħu minn EUR 4,55 fl-2003 sa EUR 3,15 fl-IP. Dan it-tnaqqis ma kien akkumpanjat minn ebda tnaqqis korrispondenti fl-ispejjeż tal-produzzjoni. B’hekk, l-industrija Komunitarja saret waħda li tagħmel it-telf fl-2004 u t-telf tagħha mill-bejgħ tad-dihydromyrcenol fis-suq Komunitarju kompla jiżdied fl-2005 u fl-IP, meta r-redditu mill-bejgħ ma bediex ikopri l-ispejjeż fissi ta’ l-industriji Komunitarji. Jidher ċar li din is-sitwazzjoni mhix sostenibbli fuq medda twila ta’ żmien.

(56)

Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi kollha, qed jiġi proviżorjament ikkunsidrat li l-industrija tal-Komunità soffriet ћsara materjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAĠUN

5.1.   Daħla

(57)

Bi qbil ma’ l-Artikoli 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-ħsara materjali li sofriet l-industrija Komunitarja kinitx ikkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin setgħu għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

5.2.   Effetti ta’ l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping

(58)

L-ewwel, għandu jiġi mfakkar li l-investigazzjoni wriet li d-dihydromyrcenol importat mill-Indja jikkompeti direttament mad-dihydromyrcenol li huwa prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità, minħabba li huma simili f’termini tal-karatteristiċi kimiċi bażiċi, interskambjabbli u distribwiti permezz ta’ l-istess kanali ta’ distribuzzjoni.

(59)

Iż-żieda sinifikanti fil-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat (kważi 3 000 %) u fis-sehem tagħhom fis-suq Komunitarju (b’madwar 17-il punt perċentwali) tikkoinċidi mad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. Dan id-deterjorament inkluda, inter alia, tnaqqis fil-livell tal-prezz ta’ l-industrija Komunitarja, li wassal biex ir-riżultati finanzjarji marru għal-agħar matul l-istess perjodu. L-importazzjonijiet iddampjati jwaqqgħu il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’marġnijiet sostanzjali u b’hekk wieħed jista’ jikkonkludi b’mod raġonevoli li dawn kienu responsabbli għas-soppressjoni tal-prezzijiet li wasslet għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja.

(60)

Parti waħda argumentat li ħafna manifatturi tal-prodott ikkonċernat fl-Indja waqqfu l-produzzjoni ta’ dan il-prodott u, b’hekk, baxxew il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom għall-prodott ikkonċernat fl-Indja. Ġie konkluż minn din il-parti li minħabba r-raġunijiet li ssemmew hawn fuq, l-importazzjonijiet mill-Indja ma ppreżentaw ebda perikolu ta’ ħsara għall-produtturi Komunitarji. F’dan ir-rigward, ġie kkonfermat mill-investigazzjoni li wħud mill-produtturi li ssemmew fl-ilment li hemm referenza għalih fil-premessa (2) hawn fuq, waqqfu l-produzzjoni tagħhom tad-dihydromyrcenol matul l-IP; madanakollu, instab ukoll li kapaċitajiet ġodda ġew istallati. Fil-fatt, mill-inqas produttur wieħed ġdid Indjan tad-dihydromyrcenol tfaċċa fl-2005. Għalhekk, din il-pretensjoni m’għandhiex tiġi milqugħha.

(61)

Fid-dawl tal-koinċidenza li hija stabbilita b’mod ċar fiż-żmien bejn, min-naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet iddampjati bi prezzijiet li qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet industrijali tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, id-dipressjoni tal-prezzijiet Komunitarji u s-sitwazzjoni finanzjarja li marret għall-agħar, huwa konkluż proviżorjament li l-importazzjonijiet iddampjati kellhom rwol determinanti fis-sitwazzjoni ħażina ta’ l-industrija Komunitarja.

5.3.   Effetti ta’ fatturi oħra

5.3.1.   Ir-rendimenti ta’ produtturi oħra tal-Komunità

(62)

Kif inhu indikat fil-premessi (23) sa (26) hawn fuq, hemm ħames produtturi tal-prodott simili fil-Komunità; tnejn minnhom mhumiex meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja. L-iżvilupp tal-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji huma analizzati hawn isfel. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità il-figuri effettivi ma jistgħux jingħataw. B’hekk, jingħataw biss l-indiċijiet.

(63)

Il-bejgħ fil-Komunità tad-dihydromyrcenol prodott minn produtturi Komunitarji oħra waqa’ bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq korrispondenti waqa’ b’mod iktar sinifikanti, jiġifieri bi 28 %, minħabba li s-suq kiber fl-istess perijodu.

 

2003

2004

2005

IP

Bejgħ fil-KE (kg)

Indiċi: 2003 = 100

100

89

88

88

Is-sehem mis-suq

Indiċi: 2003 = 100

100

90

83

72

Sors: informazzjoni miġbura minn produtturi Komunitarji oħra

(64)

Fid-dawl ta’ dak li jidher hawn fuq, huwa konkluż proviżorjament li r-rendiment taż-żewġ produtturi Komunitarji l-oħra ma kkawża ebda ħsara lill-industrija Komunitarja.

5.3.2.   L-użu intern mill-industrija Komunitarja

(65)

Kif inhu indikat fil-premessi (27) sa (34) hawn fuq, l-attivitajiet industrijali Komunitarji fir-rigward tal-prodott simili jinkludu, inter alia, l-użu intern ta’ dan il-prodott għall-produzzjoni tad-derivattivi u/jew il-komposti tal-fwejjaħ. Kif inhu spjegat ukoll fil-premessi li ssemmew hawn fuq, ġie kkunsidrat xieraq li jiġi eskluż l-użu intern ta’ l-industrija Komunitarja mill-analiżi ta’ l-indikaturi ta’ ħsara (fejn għandu rilevanza) u jeżaminawha skond fatturi oħra, jiġifieri kawżi oħrajn possibbli tal-ħsara li batew l-industriji Komunitarji.

(66)

L-użu intern Komunitarju naqas xi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Speċifikament, dan naqas b’14 % fl-2004 u b’14-il punt perċentwali fl-2005, qabel ma żdied fl-IP għal madwar 240 000 kilogramma, li madanakollu huwa 5 % inqas mill-2003. F’termini relattivi, l-użu intern irrappreżenta madwar 10 % tal-volum totali ta’ produzzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ l-2005, meta dan niżel bi 8 %.

 

2003

2004

2005

IP

Użu intern (kg)

249 809

215 100

179 954

236 323

Indiċi: 2003 = 100

100

86

72

95

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

(67)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u bil-konsiderazzjoni li l-użu intern jirrappreżenta biss bejn wieħed u ieħor 10 % ta’ l-output ta’ l-industrija Komunitarja, huwa konkluż proviżorjament li l-iżvilupp tiegħu ma jistax jikkontribwixxi b’mod sostanzjali lejn il-ħsara materjali li soffriet l-industrija Komunitarja.

5.3.3.   Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(68)

Fit-termini tal-volumi, ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdied bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ ta’ esportazzjoni żdied bi 8 % fl-2004 u bi 12-il punt perċentwali fl-2005, qabel ma niżel matul l-IP għal livell ta’ 4 % ogħla mill-2003. Fit-termini tal-prezzijiet ta’ l-unità, tnaqqis ta’ 26 % bejn l-2003 u l-IP hu muri fit-tabella hawn isfel. Madanakollu għandu jiġi nnotat li l-prezz tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni niżel b’rata iktar baxxa mill-prezz ta’ bejgħ fil-Komunità u f’termini assoluti dan baqa’ ogħla mill-ieħor b’mod konsiderevoli.

 

2003

2004

2005

IP

Bejgħ ta’ l-esportazzjoni tal-produzzjoni KE (unitajiet)

743 445

803 219

890 242

774 802

Indiċi: 2003 = 100

100

108

120

104

Prezzijiet ta’ bejgħ ta’ esportazzjoni (EUR/unit)

4,55

4,05

3,57

3,36

Indiċi: 2003 = 100

100

89

79

74

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

(69)

Għal dan il-għan jista’ jiġi konkluż proviżorjament li r-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma jikkontribwixxix sostanzjalment lejn il-ħsara materjali soffruta.

5.3.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(70)

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex l-Indja ġew eżaminati wkoll. Għandu jiġi mfakkar li l-importazzjonijiet mill-Ġappun li rriżultaw mill-Eurostat ma ġewx ikkunsidrati għal raġunijiet li jingħataw fil-premessa (36) hawn fuq. L-ebda aġġustament ieħor lid-data ta’ l-Eurostat ma sar għar-raġunijiet ta’ din l-investigazzjoni.

(71)

Kif wieħed jista’ josserva mit-tabella hawn isfel, il-volum ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Wara l-perjodu negattiv fl-2004 u fl-2005, fl-IP dan irkupra għal livell 4 % inqas mill-2003. Tali żviluppi jikkoinċidu b’mod ċar maż-żieda fil-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet fl-2004 u fl-2005 u tnaqqis sussegwenti tagħhom fl-IP. F’termini assoluti, il-livell tal-prezz ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ sinifikattivament ogħla mil-livell tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet mill-Indja matul il-perjodu kkunsidrat (irreferi għall-premessa (39) hawn fuq). Is-sehem korrispondenti ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ġewwa s-suq fil-Komunità żviluppa skond il-volumi tagħhom u l-espansjoni tas-suq; dan naqas bi 22 % bejn l-2003 u l-IP.

 

2003

2004

2005

IP

Importazzonijiet (kg)

935 800

756 200

606 700

895 100

Indiċi: 2003 = 100

100

81

65

96

Medja tal-prezz ta’ importazzjoni

(EUR/kg)

4,04

4,79

4,75

4,08

Indiċi: 2003 = 100

100

119

118

101

Is-sehem fis-suq

26  %

21  %

16  %

20  %

Indiċi: 2003 = 100

100

81

61

78

Sors: Eurostat.

(72)

Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex l-Indja ma kkawżaw l-ebda ħsara lill-industrija Komunitarja.

5.3.5.   Il-ħsara hija awto-inflitta

(73)

Parti waħda argumentat li l-ħsara hija awto-inflitta minħabba li min għamel l-ilment jiddipendi fuq l-importazzjonijiet tal-materji primi ewlenin użati fil-produzzjoni tal-prodott simili u b’hekk mhumiex kompetittivi fil-konfront tal-produtturi l-oħrajn fil-Komunità, jew anke globalment. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni ma stabbiliet l-ebda differenza sostanzjali fis-sorsi u fil-prezzijiet tal-materji primi ewlenin użati u mħallsa minn min għamel l-ilment u l-produtturi Komunitarji l-oħrajn, jew saħansitra produtturi Indjani li kkooperaw, li tista’ tiġġustifika l-allegazzjoniiet imsemmija. Għalhekk din il-pretensjoni m’għandhiex tiġi milqugħha.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(74)

B’konklużjoni, huwa kkonfermat li l-ħsara materjali li soffriet l-industrija tal-Komunità, li hija kkaratterizzata speċjalment minn tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ kull unità li wassal għal deterjorament sinfikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja, kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat. Minkejja li l-użu intern u r-rendiment ta’ l-esportazzjoni setgħu taw kontribut sa ċertu punt lejn ir-rendiment skars ta’ l-industrija Komunitarja, l-iżvilupp tagħhom ma kienx tali li jkisser il-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati u s-sitwazzjoni ħażina ta’ l-industrija Komunitarja.

(75)

Fid-dawl ta’ l-analiżi hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat sewwa l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti dannużi tal-prodotti ddampjati, huwa hawnhekk ikkonfermat li dawn il-fatturi l-oħra bħala tali ma jreġġgħux lura l-fatt li l-ħsara vvalutata għandha tiġi attribwita lill-importazzjonijiet li huma ddampjati.

(76)

Għandu għalhekk jiġi konkluż proviżorjament li l-importazzjonijiet iddampjati li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

6.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

6.1.   Kummenti ġenerali

(77)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni proviżorja dwar l-eżistenza ta’ dumping dannuż, jeżistux raġunijiet inkontestabbli li jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri għal dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, ġew ikkunsidrati fuq il-bażi ta’ l-evidenza kollha mogħtija, l-impatt tal-miżuri li jistgħu jittieħdu fuq il-partijiet kollha involuti f’dan il-proċediment, u l-konsegwenzi ta’ deċiżjoni li ma jittiħdux miżuri.

6.2.   L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità

(78)

L-analiżi tal-ħsara wriet b’mod ċar li l-industrija Komunitarja soffriet minħabba l-importazzjonijiet iddampjati. Il-preżenza ta’ l-importazzjonijiet iddampjati li żdiedet b’mod qawwi fis-snin li għaddew ikkawżat soppressjoni tal-prezzijiet. L-industrija Komunitarja, sabiex iżżomm il-pożizzjoni tagħha fis-suq u l-volum tal-bejgħ fis-suq ħieles li huwa deċiżiv għall-ispejjeż tal-produzzjoni, kienet obbligata li tbiegħ bi prezzijiet li bilkemm kienu jkopru l-ispejjeż fissi.

(79)

F’dan il-kuntest, mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri, il-pożizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma kinitx tkun sostenibbli għal żmien twil. Minkejja li l-impjiegi diretti fil-produzzjoni tad-dihydromyrcenol huma moderati, il-biċċa l-kbira ta’ l-impatt negattiv fuqhom ikun f’żona ġeografika waħda ġewwa Spanja, fejn il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni Komunitarja hija kkonċentrata. Jekk il-miżuri jiġu imposti u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni jinġiebu lura għal-livell li mhux ta’ dumping, l-industrija Komunitarja għandha tkun tista’ tikkompeti f’ċirkostanzi kummerċjali ġusti, fuq il-bażi ta’ vantaġġ komparattiv xieraq. Huwa mistenni li l-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja jiżdiedu u li l-industrija Komunitarja għandha b’hekk tibbenefika minn ekonomiji tal-kobor. Huwa mistenni wkoll li l-industrija Komunitarja għandha tagħmel użu minn dan il-waqfien fis-soppressjoni tal-prezzijiet impost fuq importazzjonijet iddampjati sabiex tkun tista’ żżid moderatament il-prezzijiet tagħha tal-bejgħ, minħabba li l-miżuri għandhom jeliminaw it-twaqqigħ li nstab fl-IP. Dawn l-effetti pożittivi mistennija tal-miżuri għandhom jippermettu lill-industrija Komunitarja sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja kritika tagħha.

(80)

L-impożizzjoni tal-miżuri hija ċertament fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja. Jekk ma jiġux imposti miżuri dan jista’ jwassal għall-waqfien tal-produzzjoni tad-dihydromyrcenol jew saħansitra l-għeluq ta’ impjanti fil-Komunità.

6.3.   L-interessi ta’ l-utenti u l-konsumaturi

(81)

L-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi ma ppreżentawx ruħhom u lanqas ma pprovdew informazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, u fid-dawl tal-fatt li d-dihydromyrcenol jintuża biss bħala materja prima jew komponent fil-manifattura ta’ prodotti intermedji jew aħħarija oħra (ara l-premessi (11) u (28) hawn fuq), l-analiżi kienet limitata għall-effett tal-miżuri fuq l-utenti. Applikazzjonijiet tipiċi tad-dihydromyrcenol huma fid-diterġenti, fil-fwejjaħ għas-sapun u f’ċerti fwejjaħ. Is-setturi kkonċernati huma b’hekk il- prodotti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-kura tad-dar kif ukoll prodotti ta’ kura personali u tas-sbuħija. Intbagħtu kwestjonarji lil 13-il utent Komunitarju magħruf tad-dihydromyrcenol u lil erba’ assoċjazzjonijiet tat-togħmiet u tal-fwejjaħ. Il-Kummissjoni talbet, fost informazzjoni oħra, il-kummenti tagħhom dwar jekk l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping setgħux kienu ta’ interess għall-Komunità u kif dawn il-miżuri għandhom ikollhom effett fuqhom.

(82)

Wasal kwestjonarju wieħed minn manifattur dwar medda sħiħa ta’ prodotti għal ħasil tal-ħwejjeġ, tad-dar u tal-kura personali. Ġie enfasizzat li l-prodott li qed jiġi investigat jirrappreżenta frazzjoni marġinali biss ta’ kull applikazzjoni intermedja u finali tiegħu. Aktar minn hekk, din il-kumpanija ma kinitx qed tagħmel użu minn dihydromyrcenol li joriġina mill-Indja, u għalhekk ma setgħetx tipprovdi informazzjoni kompluta. Madanakollu, ġie preżunt minn dan l-utent li l-impożizzjoni tal-miżuri tista’ tirriżulta f’nuqqas tal-provvisti u żieda fil-prezzijiet li, fuq żmien twil, jistgħu jirriżultaw f’tibdil fil-kompożizzjoni tal-fwejjaħ li jkun kaġun tal-prezzijiet. Utent ieħor ikkuntattja lill-Kummissjoni u infurmaha li mhux qed jagħmel użu mid-dihydromyrcenol li joriġina mill-Indja. Din il-kumpanija ma kkumentatx dwar l-impatt tal-miżuri possibbli. L-ebda rappreżentanza ma ġiet riċevuta mill-assoċjazzjonijiet.

(83)

Fir-rigward tal-kummenti riċevuti, l-investigazzjoni stabbiliet li l-ebda nuqqas fil-provvista tad-dihydromyrcenol ma jista’ jiġi raġonevolment mistenni, minħabba li l-kapaċità ta’ l-utilizzazzjoni mill-industrija Komunitarja kienet biss ta’ 73 % fl-IP (ara l-premessa (45) hawn fuq). Id-Dihydromyrcenol jiġi prodott ukoll f’bosta pajjiżi terzi li mhumiex l-Indja. Aktar minn hekk, fid-dawl tal-marġnijiet moderati ta’ dumping misjuba, l-ebda żieda sostanzjali ma hija mistennija fil-prezzijiet. Fid-dawl ta’ dan, u bil-konsiderazzjoni ta’ l-impatt marġinali tad-dihydromyrcenol fuq l-ispiża ta’ prodotti avvanzati fil-proċess tal-manifattura, huwa konkluż proviżorjament li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping mhux probabbli li jkollhom effett sostanzjali fuq is-sitwazzjoni ta’ l-utenti fil-Komunità.

6.4.   L-interess ta’ l-importaturi/negozjanti mhux relatati fil-Komunità

(84)

Sebgħa u għoxrin importatur/negozjant tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità ġew avviċinati. Tlieta minn dawn il-kumpaniji infurmaw lill-Kummissjoni li ma kinux qed jimportaw id-dihydromyrcenol mill-Indja. Żewġ importaturi biss li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi finalment irrispondew għall-kwestjonarju. Wieħed minnhom indika li dan waqaf milli jimporta mill-Indja matul l-IP, minħabba li l-fornitur tiegħu iddeċieda li jbiegħ esklussivament permezz ta’ ċertu distributuri. Dan l-importatur ma kkumentax dwar l-impatt probabbli tal-miżuri minħabba li ma kienx iktar ikkonċernat apparentement. Għall-importatur li koopera l-ieħor, il-bejgħ fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat irrappreżenta inqas minn 20 % tal-bejgħ kollu tiegħu, u s-sehem tiegħu mill-importazzjonijet kollha tal-prodott mill-Indja kien pjuttost marġinali. Din il-kumpanija ma ressqet l-ebda kumment speċifiku li jikkonċerna l-impatt probabbli tal-miżuri possibbli fuq in-negozju tagħhom stess. Din indikat biss li kull miżura tista’ tinkuraġġixxi l-produtturi Indjani sabiex jadattaw billi jtejbu l-effettività tagħhom, filwaqt li l-produtturi tal-Komunità jkunu jistgħu, minħabba l-protezzjoni tagħhom, iżommu l-produzzjoni ineffiċenti tagħhom u b’hekk ma jkollhomx il-bżonn li jwettqu ristrutturazzjoni. F’dan ir-rigward wieħed għandu jinnota li, kif inhu muri fil-premessa (79) hawn fuq, il-miżuri anti-dumping għandhom, kontrarjament għall-allegazzjonijiet li ssemmew, jippermettu lill-industrija tal-Komunità biex iżżid il-volum ta’ bejgħ tagħha u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja kritika u, b’hekk, dawn joħolqu post għat-tisħiħ ta’ l-effettività tal-produzzjoni. Għalhekk, dan l-argument għandu jiġi rrevokat.

(85)

Fid-dawl ta’ dak li jissemma hawn fuq, u bil-konsiderazzjoni partikolarment tal-livell baxx ta’ kooperazzjoni minn importaturi/negozjanti mhux relatati fil-Komunità, huwa konkluż proviżorjament li l-miżuri anti-dumping ma jkollhomx impatt deċiżiv ħażin fuq is-sitwazzjoni tagħhom.

6.5.   Konklużjoni fuq l-interess Komunitarju

(86)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li huwa fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja li jiqu imposti l-miżuri, minħabba li dawk il-miżuri huma mistennija li jirrestrinġu l-livell għoli ta’ importazzjoniet bi prezzijiet ta’ dumping u b’hekk jeliminaw it-twaqqigħ tal-prezz minħabba dawn l-importazzjonijiet u li wera li għandu impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Il-produtturi Komunitarji l-oħrajn huma mistennija li jibbenefikaw ukoll minn dawk il-miżuri.

(87)

L-analiżi wriet ukoll li l-utenti mhux probabbli li jiġu affettwati sostanzjalment mill-miżuri anti-dumping.

(88)

Il-livell baxx ta’ kooperazzjoni minn importaturi/kummerċjalisti mhux relatati tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità ma ppermettiex li ssir analiżi fil-fond ta’ l-interess tagħhom. Madanakollu jista’ jiġi konkluż li dawn l-operaturi ddeċidew li ma jikkooperawx fl-investigazzjoni minħabba li l-attivitajiet tagħhom mhux ser jiġu affettwati sostanzjalment jekk jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjoni tad-dihydromyrcenol mill-Indja.

(89)

Kollox ma’ kollox, huwa kkunsidrat li l-impożizzjoni tal-miżuri, jiġifieri t-tneħħija ta’ dumping li huwa ta’ ħsara, għandu jippermetti lill-industrija Komunitarja li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u żżomm l-attivitajiet tagħha u li l-effetti ħżiena li jistgħu jikkaġunaw il-miżuri fuq ċertu operaturi ekonomiċi fil-Komunità mhumiex sproporzjonati meta mqabbla ma’ l-effetti ta’ benefiċċju għall-industrija Komunitarja.

(90)

Skond ma ntqal hawn fuq, huwa konkluż proviżorjament li l-ebda raġuni inkontestabbli ta’ interess Komunitarju ma teżisti biex ma jiġux imposti miżuri anti-dumping f’dan il-każ.

7.   IL-MIŻURI PROVIŻORJI ta’ L-ANTIDUMPING

(91)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet proviżorji li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara li rriżultat u l-interess Komunitarju, gћandhom jiġu imposti miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja sabiex jipprevjenu li tiġi kkawżata iktar ћsara lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

7.1.   Il-livell tat-tneħħija tal-ћsara

(92)

Il-livell proviżorju tal-miżuri ta’ kontra d-dumping għandu jkun suffiċenti sabiex jelimina l-ħsara lill-Industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġnijiet ta’ dumping misjuba. Huwa u jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping li jkun ta’ ħsara, ġie kkunsidrat li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż tagħha u tagħmel qligħ qabel it-taxxa, li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli taħt kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ l-importazzjonijiet iddampjati.

(93)

Skond l-informazzjoni disponibbli, instab preliminarjament li marġini ta’ qligħ ta’ 5 % tal-bejgħ jista’ jiġi kkunsidrat bħala livell xieraq li l-industrija Komunitarja tkun mistennija tikseb fl-assenza ta’ dumping li huwa ta’ ħsara. Fl-2003, jiġifieri qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, l-industrija Komunitarja għamlet qligħ ta’ 12,3 % għall-bejgħ tagħha tal-prodott simili fis-suq ħieles (ara l-premessa (48) hawn fuq). Madanakollu ġie kkunsidrat bħala xieraq li din il-profittabbiltà tiġi aġġustata sabiex tirrifletti l-fatt li s-suq tal-Komunità u dak dinji għad-dihydromyrcenol kiber u nbnew kapaċitajiet ġodda, u, b’riżultat ta’ dan, il-livell kumplessiv tal-prezz – irrispettivament mill-preżenza ta’ l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping – naqas ftit, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull unità baqgħu l-istess, bejn wieħed u ieħor. B’hekk, profitt fl-assenza ta’ importazzjonijiet iddampjati ta’ madwar 12 % ma deherx li huwa ġġustifikat b’mod raġonevoli; minflok, marġini ta’ profit ta’ 5 % tal-bejgħ ġie kkunsidrat iktar xieraq fis-sitwazzjoni korrenti.

(94)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet iddeterminata wara, fuq il-bażi ta’ paragun tal-prezz medju ta’ l-importazzjoni ddifferenzjat, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ li jwaqqgħu l-prezz, mal-prezz medju ta’ mingħajr ħsara tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Kull differenza li toħroġ minn dan il-paragun imbagħad ġiet imfissra bħala persentaġġ tal-valur ta’ importazzjoni CIF medju. Dawn id-differenzi, għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, kienu ogħla mill-marġnijiet ta’ dumping osservati.

7.2.   Il-miżuri proviżorji

(95)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal, u bi qbil ma’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li dazju proviżorju anti-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw għandhu jiġi impost fil-livell tal-marġnijiet tad-dumping misjuba.

(96)

Huwa mfakkar li l-livell tal-kooperazzjoni huwa wieħed għoli u, b’hekk, ġie kkunsidrat xieraq li jiġi ffissat id-dazju għall-kumpaniji li fadal, li ma kinux ikkooperaw fl-investigazzjoni, fil-livell ta’ l-ogħla dazju li għandu jiġi impost fuq il-kumpaniji li kkooperaw (ara l-premessa (22) hawn fuq). Għaldaqstant, id-dazju residwu huwa stabbilit għar-rata ta’ 7,5 %.

(97)

Skond ma ntqal hawn fuq, ir-rata ta’ dazju proviżorju anti-dumping għandha tkun kif ġej:

Il-Produttur

Dazju anti-dumping propost

Neeru Enterprises, Rampur

3,3  %

Il-kumpaniji kollha (inkluż Privi Organics Limited, Mumbai)

7,5  %

(98)

Ir-rata tad-dazju kontra d-dumping ta’ kull kumpanija individwali speċifikata f’dan ir-Regolament kienet stabbilita fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, din tirrifletti s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni rigward din il-kumpannija. Din ir-rata ta’ dumping (meta mqabbla mad-dazju tal-pajjiż kollu applikabbli għall-’kumpaniji l-oħra kollha’) hija b’hekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u li huma prodotti minn din il-kumpanija u b’hekk mill-entità legali speċifika msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oћra li ma tissemmix speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagћha, inklużi l-entitajiet relatati ma dawk imsemmija speċifikament, ma jistgћux igawdu minn din ir-rata u gћandhom ikunu soġġetti gћar-rata tad-dazju li tapplika gћall-’kumpaniji l-oћra kollha’.

(99)

Kwalunkwe rikjesta gћall-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju ta’ l-antidumping gћlal-kumpanija individwali (eż. wara bdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif meћtieġ billi taġġorna l-elenku tal-kumpaniji li jkunu jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

(100)

Sabiex taċċerta l-infurzar xieraq tad-dazju ta’ kontra d-dumping, il-livell tad-dazju li jifdal m’għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma wettqu ebda esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul l-IP. Madanakollu, dawn il-kumpaniji ta’ l-aħħar huma mistiedna, meta dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, li jippreżentaw rikjesta għal reviżjoni skond dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tiġi eżaminata individwalment.

8.   ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

(101)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgћu jitqiesu mill-ġdid gћall-gћan ta kwalunkwe dazju definittiv.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju proviżorju anti-dumping huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tad-dihydromyrcenol ta’ purezza skond il-piż tiegħu ta’ 93 % jew aktar, li jagħmel parti mill-kodiċi tan-NM ex 2905 22 90 (kodiċi TARIC 2905229010), li joriġinaw mill-Indja.

2.   Ir-rata tad-dazju proviżorju ta’ l-anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 0 u manufatturat mill-kumpaniji ta’ hawn isfel għandha tkun:

Il-Produttur

Dazju anti-dumping

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Neeru Enterprises, Rampur, India

3,3  %

A827

Il-kumpaniji l-oħra kollha

7,5  %

A999

3.   Ir-rilaxx gћaċ-ċirkolazzjoni ћielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 gћandu jkun soġġett gћall-għoti ta’ garanzija, ekwivalenti gћall-ammont tad-dazju proviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 275, 11.11.2006, p. 25.


Į viršų