Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0818

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 818/2007 tat- 12 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rata definittiva ta’ rifużjoni u l-perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam, larinġ, lumi u tuffieħ)

    ĠU L 183, 13.7.2007, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/818/oj

    13.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 183/13


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 818/2007

    tat-12 ta’ Lulju 2007

    li jistabbilixxi r-rata definittiva ta’ rifużjoni u l-perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam, larinġ, lumi u tuffieħ)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/2007 (3) stabbilixxa l-kwantitajiet indikattivi li għalihom jistgħu jinħarġu liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B.

    (2)

    Rigward il-liċenzji tas-sistema B mitluba mill-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2007 għat-tadam, il-larinġ, il-lumi u t-tuffieħ, jaqbel li tiġi stabbilita r-rata definittiva ta’ rifużjoni fil-livell tar-rata indikattiva, u li jiġi stabbilit il-perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B imressqa skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 134/2007 bejn l-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2007 il-perċentwal tal-ħruġ u r-rati ta’ rifużjoni applikabbli huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

    (2)  ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).

    (3)  ĠU L 52, 21.2.2007, p. 12.


    ANNESS

    Il-perċentwali tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba u r-rata ta’ rifużjoni applikabbli għal-liċenzji tas-sistema B mitluba mill-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2007 (tadam, larinġ, lumi u tuffieħ)

    Prodott

    Rata tar-rifużjoni

    (EUR/tunnellata netta)

    Perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba

    Tadam

    20

    100  %

    Larinġ

    28

    100  %

    Lumi

    50

    100  %

    Tuffieħ

    22

    100  %


    Top