EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0659
Commission Regulation (EC) No 659/2007 of 14 June 2007 opening and providing for the administration of import tariff quotas for bulls, cows and heifers other than for slaughter of certain Alpine and mountain breeds
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2007 ta’ l- 14 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2007 ta’ l- 14 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji
ĠU L 155, 15.6.2007, p. 20–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Imħassar b' 32009R0438
15.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 155/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 659/2007
ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007
li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi,
(1) |
Fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-Komunità impenjat ruħha li tiftaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji. |
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġu stipulati regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ dawn il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. |
(3) |
Skond l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, l-importazzjonijiet fil-Komunità għandhom ikunu soġġetti għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni. Madankollu, huwa xieraq li dawn il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni jkunu amministrati billi d-drittijiet ta’ l-importazzjoni jkunu attribwiti bħala l-ewwel pass u l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni bħala t-tieni pass, kif stabbilit fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli mmexxija minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2). B’dan il-mod, l-operaturi li kisbu d-drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu kapaċi jiddeċiedu matul il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-waqt meta jixtiequ japplikaw għal liċenzji ta’ importazzjoni, fid-dawl tal-flussi reali tagħhom tal-kummerċ. F’kull każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni. |
(4) |
Għandhom jiġu stipulati regoli dwar is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tingħata fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzji, fejn meħtieġ biż-żieda ta’ deroga jew permezz tagħha, minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4). |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistabbilixxi b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet tad-drittijiet ta’ l-importazzjoni, l-istatus ta’ l-applikanti, u l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw, mill-1 ta’ Lulju 2007, għal dawk il-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament. |
(6) |
Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni, il-kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni għandhom isiru aċċessibbli għall-operaturi sabiex dawn ikunu jistgħu juru li huma ġenwinament jimpurtaw kwantitajiet ta’ skala sinifikanti minn pajjiżi terzi. Għalhekk, sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti, il-kummerċjanti kkonċernati għandhom ikunu meħtieġa li jkunu impurtaw minimu ta’ 25 annimal matul kull wieħed miż-żewġ perjodi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, sakemm konsenja ta’ 25 annimal tista’ titqies bħala konsenja vijabbli kummerċjalment. Minbarra dan, għal raġunijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jitħallew jaċċettaw kopji ċċertifikati tad-dokumenti li jippruvaw l-eżistenza tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi. |
(7) |
Barra dan, għandha tiġi ffissata garanzija għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni m’għandhomx ikunu trasferibbli u l-liċenzji għandhom jinħarġu lill-kumerċjanti għal dawk il-kwantitajiet li għalihom kienu allokati drittijiet ta’ importazzjoni. |
(8) |
Sabiex l-operaturi jiġu obbligati japplikaw għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni kollha allokati, għandu jiġi stabbilit li l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal liċenzja għall-kwantitajiet allokati tikkostitwixxi, fir-rigward tal-garanzija fuq id-drittijiet ta’ l-importazzjoni, rekwiżit primarju fi ħdan it-tifsira tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi r-regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (5). |
(9) |
L-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (6) jipprovdi għal sorveljanza tad-dwana fuq merkanzija rilaxxata għal moviment ħieles b’rata ta’ dazju ridotta skond l-użu aħħari tagħha. L-annimali impurtati skond il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament għandhom ikunu monitorjati għal ċertu perjodu sabiex jiġi żgurat li ma jinqatlux matul dak il-perjodu. |
(10) |
Għal dan il-għan, għandha tkun iddepożitata garanzija, li l-ammont tagħha għandu jkopri d-differenza bejn id-dazju tat-Tariffa Komuni tad-Dwana (CCT) u d-dazju mnaqqas li jkun japplika fid-data tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-annimali kkonċernati. |
(11) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1081/1999 tas-26 ta’ Mejju 1999 jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għal importazzjonijiet ta’ barrin, baqar u erieħ ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1012/98 u jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 1143/98 (7) minbarra dawk għall-qtil, gћandu gћalhekk jiġi abrogat u ssostitwit b’Regolament ġdid mill-1 ta’ Lulju 2007. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti ta’ tariffi għal importazzjonijiet ta’ barrin, baqar u erieħ ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji minbarra dawk għall-qtil imsemmija fl-Anness I b’dan huma miftuħa kull sena għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara (‘il-perjodi ta’ kwoti ta’ tariffi għal importazzjonijiet’)
Il-kwoti tariffarji għandhom ikollhom in-numru ta’ l-ordni 09.4196 u 09.4197.
Artikolu 2
1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-annimali kif hemm imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom minbarra dawk għall-qtil, meta ma jinqatlux fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ ħruġ għal ċirkolazzjoni ħielsa.
Jistgħu jingħataw derogi f’każijiet li għalihom tkun ingħatat prova xierqa ta’ force majeure.
2. Sabiex jikkwalifikaw għall-kwota ta’ tariffa għal importazzjoni koperta bin-numru ta’ l-ordni 09.4197, għandhom jiġu ppreżentati dawn id-dokumenti li ġejjin:
(a) |
għal barrin: ċertifikat ta’ razza pura, |
(b) |
għall-baqar u l-erieħ: ċertifkat ta’ razza pura jew ċertifkat ta’ reġistrazzjoni f’reġistru tar-razza li jiċċertifika l-purità tar-razza. |
Artikolu 3
1. Il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni msemmija fl-Anness I għandhom ikunu amministrati billi d-drittjiet ta’ l-importazzjoni jkunu attribwiti bħala l-ewwel pass u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni bħala t-tieni pass.
2. Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1445/95, (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006, għajr meta pprovdut xorta oħra f’dan ir-Regolament.
Artikolu 4
1. Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikanti għandhom juru li impurtaw ta’ l-anqas 25 annimal koperti mill-kodiċi NM 0102 90 matul kull wieħed miż-żewġ perjodi ta’ referenza msemmija f’dak l-Artikolu.
L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw bħala evidenza tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi kopji tad-dokumenti msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, iċċertifikat kif xieraq mill-awtorità kompetenti għall-ħruġ.
2. Kumpanija ffurmata mill-għaqda ta’ kumpaniji kull waħda b’importazzjoni ta’ referenza konformi mal-kwantità minima msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tista’ tuża dawk l-importazzjonijiet ta’ referenza bħala evidenza ta’ kummerċ.
Artikolu 5
1. L-applikazzjonijiet għal drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jiġu ippreżentati mhux iktar tard mis-13:00, ħin ta’ Brussell, fl-20 ta’ Ġunju ta’ qabel il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
2. Garanzija ta’ EUR 3 għal kull ras relatata mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti flimkien ma’ l-applikazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni.
3. Sa mhux aktar tard mill-16:00, ħin ta’ Brussell, fil-ħames jum ta’ ħidma wara tmiem il-perjodu għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet imsemmija f’paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali li saret applikazzjoni għalihom għal kull numru ta’ ordni.
Artikolu 6
1. Id-drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jingħataw mis-seba’ u mhux aktar tard mis-sittax-il ġurnata ta’ ħidma wara tmiem il-perjodu għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 5(3).
2. Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta f’inqas drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-allokazzjoni milli tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ppreżentata skond l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun irrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.
Artikolu 7
1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet mogħtija skond il-kwoti msemmija fl-Anness I huma soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali allokata. Dan l-obbligu għandu jikkostitwixxi rekwiżit primarju skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.
Artikolu 8
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati biss ma’ l-Istat Membru fejn l-applikant applika u kiseb drittijiet ta’ l-importazzjoni li jaqgħu taħt il-kwoti msemmija fl-Anness I.
Kull ħruġ tal-liċenzja ta’ importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis li jikkorrispondi mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni li nkisbu u l-garanzija ppreżentata skond l-Artikolu 5(2) għandha tkun rilaxxata b’mod proporzjonali mingħajr dewmien.
2. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu f’isem l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet ta’ l-importazzjoni.
3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-liċenzji ta’ importazzjoni għandu jkun fihom:
(a) |
f’kaxxa 8, il-pajjiż ta’ l-oriġini; |
(b) |
fil-kaxxa 16, wieħed jew diversi kodiċijiet NM mogħtija fl-Anness I; |
(c) |
f’kaxxa 20, in-numru ta’ l-ordni tal-kwota u waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness II. |
Artikolu 9
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet derivati mil-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 10
1. L-annimali importati għandhom ikunu mmonitorjati skond l-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 sabiex jiġi żgurat li ma jkunux maqtula fi żmien erba’ xhur mill-ħruġ tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
2. Sabiex ikun żgurat li l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 li ma jinqatlux annimali importati jkun osservat u li dazji mhux imħallsa jkunu miġbura meta ma jkunx hemm konformità ma’ l-obbligu, l-importaturi għandhom jiddepożitaw garanzija ma’ l-awtoritajiet tad-dwana kompetenti. Il-garanzija għandha tkun daqs id-differenza bejn id-dazji tad-dwana preskritti fit-Tariffa Doganali Komuni u d-dazji msemmija fl-Anness I applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-annimali in kwistjoni.
3. Il-garanziji stipulati fil-paragrafu 2 għandhom jiġu rrilaxxati minnufih fejn tiġi ppreżentata prova lill-awtoritajiet tad-dwana konċernati li l-annimali:
(a) |
ma nqatlux fi żmien l-erba’ xhur ta’ wara d-data tal-ħruġ tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, jew |
(b) |
inqatlu f’dak il-perjodu għal raġunijiet ta’ force majeure jew għal raġunijiet ta’ saħħa jew li mietu minħabba mard jew minħabba inċident. |
Artikolu 11
Ir-Regolament (KE) Nru 1081/1999 huwa rrevokat.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 11 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 586/2007 (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 5).
(4) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
(5) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006.
(6) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(7) ĠU L 131, 27.5.1999, p. 15. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26, ikkoreġut bil-ĠU L 47, 16.2.2007, p. 21).
ANNESS I
Kwoti tariffarji għall-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1
Nru ta’ l-Ordni |
Il-kodiċi NM |
Il-kodiċijiet Taric |
Id-deskrizzjoni |
Il-volum tal-kwota (ras tal-baqar) |
Id-dazju doganal |
09.4196 |
ex 0102 90 05 |
01029005*20 *40 |
Il-baqar u l-erieħ, minbarra dawk għall-qtil, tar-razez tal-muntanji li ġejjin: Ir-razez Simmental griżi, kannella, sofor u dawk b’irqajja’ ta’ lwien differenti u r-razza Pinzgau |
710 |
6 % |
ex 0102 90 29 |
01029029*20 *40 |
||||
ex 0102 90 49 |
01029049*20 *40 |
||||
ex 0102 90 59 |
01029059*11 *19 *31 *39 |
||||
ex 0102 90 69 |
01029069*10 *30 |
||||
09.4197 |
ex 0102 90 05 |
01029005*30 *40 *50 |
Il-barrin, il-baqar u l-erieħ minbarra dawk għall-qtil tar-razez li ġejjin: ir–razza Simmental li għandha rqajja’ ta’ lwien differenti u r-razez Schwyz u Fribourg |
711 |
4 % |
ex 0102 90 29 |
01029029*30 *40 *50 |
||||
ex 0102 90 49 |
01029049*30 *40 *50 |
||||
ex 0102 90 59 |
01029059*21 *29 *31 *39 |
||||
ex 0102 90 69 |
01029069*20 *30 |
||||
ex 0102 90 79 |
01029079*21 *29 |
ANNESS II
L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(3)(ċ)
— |
: |
Bil-Bulgaru |
: |
Алпийски и планински породи (Регламент (ЕО) № 659/2007) Година на внос: … |
— |
: |
Bl-Ispanjol |
: |
Razas alpinas y de montaña [Reglamento (CE) no 659/2007], año de importación: … |
— |
: |
Biċ-Ċek |
: |
alpská a horská plemena (nařízení (ES) č. 659/2007), rok dovozu: … |
— |
: |
Bid-Daniż |
: |
Alpine racer og bjergracer (forordning (EF) nr. 659/2007), importår: … |
— |
: |
Bil-Ġermaniż |
: |
Höhenrassen (Verordnung (EG) Nr. 659/2007), Einfuhrjahr: … |
— |
: |
Bl-Estonjan |
: |
Alpi tõugu ja mägitõugu (määrus (EÜ) nr 659/2007), impordi aasta: … |
— |
: |
Bil-Grieg |
: |
Αλπικές και ορεσίβιες φυλές [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 659/2007], έτος εισαγωγής: … |
— |
: |
Bl-Ingliż |
: |
Alpine and mountain breeds (Regulation (EC) No 659/2007), Year of import: … |
— |
: |
Bil-Franċiż |
: |
Races alpines et de montagne [règlement (CE) no 659/2007], année d'importation: … |
— |
: |
Bit-Taljan |
: |
Razze alpine e di montagna [regolamento (CE) n. 659/2007], anno d'importazione: … |
— |
: |
Bil-Latvjan |
: |
Alpīno un kalnu šķirņu dzīvnieki (Regula (EK) Nr. 659/2007), importa gads: … |
— |
: |
Bil-Litwan |
: |
Aukštikalnių ir kalnų veislės (Reglamentas (EB) Nr. 659/2007), importo metai: … |
— |
: |
Bl-Ungeriż |
: |
alpesi és hegyi fajtájú (659/2007/EK rendelet), behozatal éve: … |
— |
: |
Bil-Malti |
: |
Razez Alpini u tal-muntanja (Ir-Regolament (KE) Nru 659/2007), is-Sena ta' l-importazzjoni: … |
— |
: |
Bl-Olandiż |
: |
Bergrassen (Verordening (EG) nr. 659/2007), invoerjaar: … |
— |
: |
Bil-Pollakk |
: |
Rasy alpejskie i górskie (rozporządzenie (WE) nr 659/2007), rok przywozu: … |
— |
: |
Bil-Portugiż |
: |
Raças alpinas e de montanha [Regulamento (CE) n.o 659/2007], ano de importação: … |
— |
: |
Bir-Rumen |
: |
Rase alpine și montane [Regulamentul (CE) nr. 659/2007], anul de import: … |
— |
: |
Bis-Slovakk |
: |
Alpské a horské plemená [nariadenie (ES) č. 659/2007], Rok vývozu: … |
— |
: |
Bis-Sloven |
: |
Alpske in gorske pasme (Uredba (ES) št. 659/2007), leto uvoza: … |
— |
: |
Bil-Finlandiż |
: |
Alppi- ja vuoristorotuja (Asetus (EY) N:o 659/2007), tuontivuosi: … |
— |
: |
Bl-Iżvediż |
: |
Alp- och bergraser (förordning (EG) nr 659/2007), importår: … |