Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0875

    2007/875/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 2000/96/KE fir-rigward tal-mard li jittieħed elenkat f’dawk id-deċiżjonijiet (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6355)(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 344, 28.12.2007, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/07/2018; Impliċitament imħassar minn 32018D0945

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/875/oj

    28.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 344/48


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta’ Diċembru 2007

    li temenda d-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 2000/96/KE fir-rigward tal-mard li jittieħed elenkat f’dawk id-deċiżjonijiet

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6355)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/875/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1998 l-istabbiliment ta’ netwerk għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 3(a) tiegħu.

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tipprovdi għat-twaqqif ta’ netwerk fil-livell Komunitarju sabiex jippromwovi l-kooperazzjoni u l-koordinament li jirrigwardaw il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard li jittieħed isemmi f’dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar mard li jittieħed li għandu jiġi kopert b’mod progressiv fin-netwerk tal-Komunità skond id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), telenka ċertu mard li jittieħed li għandu jiġi kopert minn sorveljanza epidemjoloġika fin-netwerk Komunitarju stabbilit bid-Deċiżjoni 2119/98/KE.

    (3)

    Dan l-aħħar tfaċċa mard li jittieħed ġdid u ġew identifikati mikroorganiżmi ġodda li kapaċi jipperikolaw is-saħħa tal-pubbliku. Is-Sindromu Respiratorju Akut Gravi (SARS - Severe Acute Respiratory Syndrome) tfaċċa fl-2003 u minn dak iż-żmien jitqies bħala theddida potenzjali serja għas-saħħa pubblika. L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja u dik b’patoġeniċità baxxa huma riskju serju għall-individwi u l-evoluzzjoni potenzjali lejn influwenza pandemika. L-infezzjoni virali tal-Punent tan-Nil fil-bniedem dan l-aħħar ġiet irrappurtata f’għadd dejjem ikbar ta’ Stati Membri fl-UE u Pajjiżi barra mill-UE u b’hekk hija risjku serju għas-saħħa pubblika. Il-bnedmin jiġu infettati primarjament mill-gdim tan-nemus, għalkemm l-infezzjonijiet mit-trasfużjonijiet tad-demm u t-trapjanti ta’ l-organi ġew dokumentati, kif ukoll it-trażmissjoni mill-plaċenta ta’ l-omm.

    (4)

    L-annessi tad-Deċiżjonijiet Nru 2119/98/KE u Nru 2000/96/KE għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex ikopru s-Sindromu Respiratorju Akut Gravi (SARS), l-influwenza avjarja fil-bniedem u l-infezzjoni virali tal-Punent tan-Nil.

    (5)

    Ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) daħlu fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2007 u m’ għadhomx ristretti għal mard speċifiku iżda jkopru l-emerġenzi tas-saħħa pubblika ta’ importanza internazzjonali li jkunu identifikati bħala tali skond l-istrument ipprovdut fl-Anness 2 tar-Regolamenti. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Anness mad-Direttiva 2119/98/KE jiġi emendat.

    (6)

    Il-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE huwa emendat skond l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    L-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2000/96/KE huwa emendat skond l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1. Id-Deċiżjoni emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 28, 3.2.2000, p. 50. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2003/542/KE (ĠU L 185, 24.7.2003, p. 55).


    ANNESS I

    L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE hu emendat kif ġej:

    1.

    It-tmien inċiż jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    Mard li jittieħed li potenzjalment jista’ jwassal għal emerġenzi ta’ importanza internazzjonali identifikat skond l-Anness 2 tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa.”

    2.

    L-aħħar inċiż jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    Mard li jinġarr minn organiżmu ieħor

    Mard żoonotiku

    Mard ieħor li jittieħed ta’ importanza għas-saħħa pubblika inkluż mard ikkawżat minn rilaxx intenzjonat.”


    ANNESS II

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/96/KE huwa emendat kif ġej:

    1.

    fil-punt 2.5.2 jiżdiedu t-termini li ġejjin:

    “Sindromu Respiratorju Akut Gravi (SARS)”;

    2.

    fil-punt 2.5.3 jiżdiedu t-termini li ġejjin:

    “Influwenza Avjarja fil-bniedem”;

    “Infezzjoni virali tal-Punent tan-Nil”


    Top