Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0025

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Diċembru 2006 fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6958) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 8, 13.1.2007, p. 29–34 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 53–58 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Imħassar b' 32021R1938

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/25(1)/oj

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    53


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-22 ta' Diċembru 2006

    fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità

    (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6958)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/25/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Wara t-tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur fix-Xlokk ta' l-Ażja fl-2004, ikkawżata minn razza tal-vajrus b'patoġeniċità għolja, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta' ħarsien marbuta ma' din il-marda. Dawk il-miżuri jinkludu b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/756/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja f'ċerti pajjiżi terzi u l-movimenti minn pajjiżi terzi ta' għasafar li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom (2) Id-Deċiżjoni 2005/759/KE bħalissa tapplika sal-31 ta' Diċembru 2006.

    (2)

    Tifqigħat ta' l-influenza tat-tjur ikkawżati mill-influenza tat-tjur mir-razza H5N1 b'patoġeniċità għolja għadhom iseħħu fuq bażi regolari f'ċerti pajjiżi membri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE), li jinkludu pajjiżi li qabel ma kinux affetwati. Il-marda għalhekk għadha ma ġietx ikkontrollata. Barra minn hekk, f'pajjiżi madwar id-dinja għadhom jinstabu każijiet ta' infezzjoni fil-bnedmin u anki mwiet b'riżultat ta' kuntatt mill-qrib ma' għasafar infettati.

    (3)

    Wara talba mill-Kummissjoni, il-Bord (EFSA) fuq is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali (AHAW) matul il-laqgħa fis-26/27 ta' Ottubru 2006 adotta Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskji fuq is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali assoċjati ma' l-importazzjoni ta' għasafar selvaġġi minbarra tjur ta' l-irziezet fil-Komunità. Din l-opinjoni tindika r-riskji tal-firxa tal-mard virali bħalma huma l-influenza tat-tjur u l-Marda Newcastle via l-importazzjoni ta' għasafar minbarra tjur ta' l-irziezet u tidentifika mezzi u għażliet possibli li jistgħu jnaqqsu kull riskju għas-saħħa ta' l-annimali li jista' jiġi identifikat fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' dawn l-għasafar. Barra minn hekk l-opinjoni tindika li huwa rari li tkun tista' tiddistingwi b'ċertezza bejn għasafar “maqbuda fis-selvaġġ” u għasafar “mrobbija”, peress li l-metodi ta' markar jistgħu jkunu applikati lil tipi differenti ta' għasafar mingħajr ma jkun possibbli li tiddistingwi bejniethom.

    (4)

    Dawn il-konklużjonijiet jisgħtu wkoll ikunu applikati għal moviment ta' għasafar domestiċi minn pajjiżi terzi. Sabiex tkun garantita distinzjoni ċara bejn għasafar maqbudin fis-selvaġġ għall-importazzjoni kummerċjali u għasafar domestiċi, il-moviment ta' għasafar ħajjin domestiċi għandu jibqa' suġġett għall-kundizzjonijiet stretti, mingħajr distinzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini, sabiex ikun żgurat l-istatus ta' l-għasafar domestiċi u biex jiġi evitat it-tixrid ta' dak il-mard virali. Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2005/759/KE tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2007.

    (5)

    Mill-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni 2005/759/KE ġiet emendata bosta drabi. Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni 2005/759/KE għandha tiġi revokata u mibdula b'din id-Deċiżjoni.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikoli 1

    Moviment mill-pajjiżi terzi

    1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mill-pajjiżi terzi ta' l-għasafar tad-dar ħajjin mill-pajjiżi terzi biss fejn il-konsenja ikun fiha mhux iktar minn ħames għasafar u:

    (a)

    l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti A ta' l-Anness I; jew

    (b)

    l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti B ta' l-Anness I fuq kundizzjoni li l-għasafar;

    (i)

    ikunu nżammu iżolati għal 30 ġurnata qabel l-esportazzjoni fil-post tat-tluq f'pajjiż terz imniżżel fid-Deċiżjoni 79/542/KEE (3), jew

    (ii)

    ikunu nżammu fi kwarantina għal 30 ġurnata wara l-importazzjoni fl-Istat Membru destinatarju f'postijiet approvati skond l-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2000/666/KE (4), jew

    (iii)

    ġew, fi żmien l-aħħar sitt xhur u mhux aktar minn 60 ġurnata qabel it-tluq mill-pajjiż terz, ġew imlaqqma, u ta' lanqas f'okkażjoni waħda mlaqqma mill-ġdid, kontra l-influwenza tat-tjur bl-użu tat-tilqima H5 approvata għall-ispeċi ikkonċernata skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur; jew

    (iv)

    inżammu iżolati għal ta' l-anqas għaxart ijiem qabel ma ġew esportati u għamlu test biex jiġi individwat l-antiġenu jew il-ġenoma H5N1 kif imniżżel fil-Kapitolu 2.1.14 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u t-Tilqim għall-Annimali Terrestri mwettqa fuq kampjun meħud mhux qabel it-tielet ġurnata ta' iżolament.

    2.   Il-konformità mal-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 se tiġi ċċertifikata minn veterinarju uffiċjali, fil-każ tal-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(b)(ii) ibbażat fuq id-dikjarazzjoni tas-sidien, fil-pajjiż terz tat-tluq skond iċ-ċertifikat mudell previst fl-Anness II.

    3.   Iċ-ċertifikat veterinarju jrid ikun appoġġjat b'dikjarazzjoni tas-sid jew rappreżentant tas-sid b'konformità ma' l-Anness III.

    Artikolu 2

    Kontrolli veterinarji

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi għasafar domestiċi mċaqalqa fit-territorju tal-Komunitarju minn pajjiż terz huma suġġetti għall-kontrolli tad-dokumenti u ta' l-identità mill-awtoritajiet kompetenti fil-punt tad-dħul tal-vjaġġatur fit-territorju Komunitarju.

    2.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet msemmija f'paragrafu 1 responsabbli għal dawn il-kontrolli u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom minnufih.

    3.   Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jfassal lista tal-postijiet tad-dħul kif imsemmija fil-paragrafu 1 u jibgħatha lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

    4.   Meta dawn il-kontrolli juru li l-annimali ma jilħqux il-ħtiġiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għandu japplika t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-moviment lejn it-territorju Komunitarju ta' għasafar li jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom minn Andorra, il-Kroazja, il-Gżejjer Faeroe, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monako, in-Norveġja, San Marino, l-Iżvizzera u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.

    Artikolu 5

    Id-Deċiżjoni 2005/759/KE hija revokata.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2007.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1467/2006 (ĠU L 274, 5.10.2006, p. 3).

    (2)  ĠU L 285, 28.10.2005, p. 52; Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/522/KE (ĠU L 205, 27.7.2006, p. 28).

    (3)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) 463/2006 (ĠU L 183, 5.7.2006, p. 20).

    (4)  ĠU L 278, 31.10.2006, p. 26. Id-Deċiżjoni emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) 2002/279 (ĠU L 99, 16.4.2002, p. 17).


    ANNESS I

    PARTI A

    Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(a):

    PARTI B

    Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(b):

    l-Afrika,

    l-Ameriki,

    L-Ażja, il-Lvant Imbiegħed u l-Oċeanja

    l-Ewropa, u

    l-Lvant Nofsani


    ANNESS II

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS III

    Dikjarazzjoni tas-sid jew tar-rappreżentant tas-sid ta' l-għasafar domestiċi

    Jiena, is-sid (1) /ir-rappreżentant tas-sid (1) sottoskritt niddikjara li:

    1.

    L-għasafar se jkunu akkumpanjati waqt il-moviment tagħhom minn persuna li hija responsabbli għall-annimali.

    2.

    L-annimali mhumiex intenzjonati għal għanijiet kummerċjali.

    3.

    Waqt il-perjodu bejn l-ispezzjoni veterinarja ta' qabel il-moviment u t-tluq fattwali, l-għasafar se jibqgħu iżolati minn kull kuntatt possibbli ma' għasafar oħra.

    4.

    L-annimali għaddew mill-iżolament ta' 30 jum ta' qabel il-moviment mingħajr ma ġew f'kuntatt ma' għasafar oħra mhux koperti b'dan iċ-ċertifikat (1).

    5.

    Għamilt arranġamenti għall-kwarantina ta' 30 jum ta' wara l-introduzzjoni fil-post tal-kwarantina ta' ………… kif indikat f'punt I.12 taċ-ċertifikat (1).

    …………………………………………………………

    …………………………………………………………

    Data u post

    Firma


    (1)  ħassar kif meħtieġ.


    Top