Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex
Dokument 32006R1739
Council Regulation (EC) No 1739/2006 of 23 November 2006 terminating the partial interim review of anti-dumping measures applicable to imports of silicon originating in the Russian Federation
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1739/2006 tat- 23 ta’ Novembru 2006 li jtemm r-reviżjoni parzjali ad interim tal-miżuri kontra d- dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' silikon li joriġina mill-Federazzjoni Russa
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1739/2006 tat- 23 ta’ Novembru 2006 li jtemm r-reviżjoni parzjali ad interim tal-miżuri kontra d- dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' silikon li joriġina mill-Federazzjoni Russa
ĠU L 329, 25.11.2006, s. 3 – 4
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, s. 199 – 200
(MT)
Účinné
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
199 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1739/2006
tat-23 ta’ Novembru 2006
li jtemm r-reviżjoni parzjali ad interim tal-miżuri kontra d-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' silikon li joriġina mill-Federazzjoni Russa
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1.1 Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri eżistenti
(1) |
Bir-Regolament (KE) Nru 2229/2003 (2) kien ġie impost dazju definittiv kontra d-dumping fuq importazzjonijiet tas-silikon li joriġinaw mir-Russja. Ir-rata tad-dazju definittiv kontra d-dumping applikabbli għal importazzjonijiet mill-SKU LLC, Sual-Kremny-Ural, Kamensk, ir-Reġjun Ural, ir-Russja u l-kumpannija relatata tagħha ZAO KREMNY, Irkutsk, ir-Reġjun ta' Irkutsk, ir-Russja, hija ta' 22,7 %. Il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2004/445/KE (3), aċċettat l-impenn offrut minn dawk il-kumpanniji. |
1.2 Talba għal reviżjoni ad interim
(2) |
Fis-6 ta' Frar 2006, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni parzjali ad interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku rigward il-miżuri kontra d-dumping applikabbli għal importazzjonijiet tas-silikon li joriġina mill-Federazzjoni Russa. |
(3) |
It-talba saret minn SKU LLC, Sual-Kremny-Ural, Kamensk, ir-Reġjun Ural, ir-Russja u l-kumpannija relatata tagħha ZAO KREMNY, Irkutsk, ir-Reġjun ta' Irkutsk, ir-Russja (“l-applikant”) u kienet limitata fl-ambitu għad-determinazzjoni tad-dumping f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-applikant. |
(4) |
It-talba kienet tinkludi prova prima facie li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom il-miżuri eżistenti ġew stabbiliti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura permanenti. |
(5) |
Il-Kummissjoni, permezz ta' avviż (‘avviż ta' bidu’) pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (4), bdiet proċedura ta' analiżi parzjali ad interim tal-miżuri kontra d-dumping applikabbli għal importazzjonijiet tas-silikon, li attwalment huwa kklassifikat fi ħdan il-Kodiċi NM 2804 69 00 u li joriġina mill-Federazzjoni Russa. |
(6) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-applikant, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u lill-assoċjazzjoni tal-produtturi Komunitarji bil-bidu ta' l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet taghħom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta' bidu u ntbagħtu kwestjonarji lill-applikant. |
(7) |
Il-perjodu ta' l-investigazzjoni (“PI”) kien mill-1 ta' April 2005 sal-31 ta' Marzu 2006. |
2. L-IRTIRAR TAT-TALBA U T-TERMINAZZJONI TAR-REVIŻJONI AD INTERIM
(8) |
Fid-29 ta' Mejju 2006, jiġifieri qabel il-preżentazzjoni tat-tweġiba għall-kwestjonarju, l-applikant formalment irtira t-talba. |
(9) |
Ġie kkunsidrat jekk ikunx ġustifikat li titkompla l-investigazzjoni ex-officio minkejja l-irtirar imsemmi hawn fuq. Madankollu minħabba li t-talba ġiet irtirata fi stadju bikri ta' l-investigazzjoni, ma kienet disponibbli ebda prova relatata mal-PI kurrenti u ma ntlaħqet ebda konklużjoni preliminari f'dan l-istadju li kien jippermetti l-kontinwazzjoni ta' l-investigazzjoni. |
(10) |
L-informazzjoni mogħtija fit-talba ta' l-applikant ma ġabet fid-dawl ebda konsiderazzjoni li turi li t-terminazzjoni tar-reviżjoni ma tkunx fl-interess tal-Komunità. |
(11) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-ħsieb li jitwaqqaf il-proċediment preżenti. Parti interessata waħda argumentat li l-applikant kien għadu jesporta l-prodott konċernat bi prezzijiet dumped fil-KE u li għalhekk l-investigazzjoni għandha tkompli. Madankollu għandu jkun innotat li t-terminazzjoni ta' din l-investigazzjoni ma tirriżultax fl-eliminazzjoni tal-miżura kontra d-dumping li hija diġà fis-seħħ sabiex tkun stabbilita mill-ġdid prattika leali ta' kummerċ. Għalhekk, dan l-argument kellu jiġi rifjutat. |
(12) |
Iż-żewġ partijiet interessati l-oħra ukoll argumentaw favur il-kontinwazzjoni ta' l-investigazzjoni preżenti sabiex jitneħħew il-miżuri, minħabba l-allegata defiċjenza fil-fornitura fil-KE. Madankollu, dan l-argument huwa barra l-ambitu ta' din l-investigazzjoni li hija limitata għar-ri-valutazzjoni tal-marġini ta' iddampjar ta' esportatur wieħed. Għalhekk, il-kontinwazzjoni ta' din l-investigazzjoni xorta ma tbiddilx il-livell tal-miżuri li huma suġġetti għalihom esportaturi oħra. Għalhekk, ma tistax tindirizza l-kwistjoni ta' defiċjenza fil-fornitura b'mod mhux diskriminatorju. |
(13) |
Kien għalhekk konkluż li r-reviżjoni ad interim kurrenti ta' miżuri definittivi kontra d-dumping applikabbli għal importazzjonijiet fil-Komunità ta' silikon li joriġina mill-Federazzjoni Russa għandha tintemm. Il-miżuri kontra d-dumping fir-rigward ta' l-applikant li huma fis-seħħ bħalissa għandhom jinżammu mingħajr ma jiġi milqut il-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-reviżjoni parzjali ad interim, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, fir-rigward ta' miżuri kontra d-dumping applikabbli għal importazzjonijiet tas-silikon li joriġina mill-Federazzjoni Russa bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 2229/2003, hija b'dan mitmuma.
2. Il-miżuri kontra d-dumping bħalissa applikabbli fir-rigward ta' SKU LLC, Sual-Kremny-Ural, Kamensk, ir-Reġjun Ural, ir-Russja u ZAO KREMNY, Irkutsk, ir-Reġjun Irkutsk, huma miżmuma applikabbli.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 339, 24.12.2003, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 821/2004 (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 1).
(3) ĠU L 127, 29.4.2004, p. 114.