EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1445

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/2006 tad- 29 ta' Settembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv fl-għalf Bacillus cereus var. toyoi , li jifforma parti mill-grupp ta' mikro-organiżmi. Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 271, 30.9.2006, p. 22–24 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 245–247 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1170

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1445/oj

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

245


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1445/2006

tad-29 ta' Settembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv fl-għalf “Bacillus cereus var. toyoi”, li jifforma parti mill-grupp ta' mikro-organiżmi.

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

Il-preparazzjoni Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), li tifforma parti mill-grupp ta’ mikro-organiżmi, kienet awtorizzata skond id-Direttiva 70/524/KEE (2) mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u għall-fniek għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (3). Dan l-addittiv sussegwentement iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-Addittivi ta’ l-Għalf bħala prodott eżistenti, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għal emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ din il-preparazzjoni biex tiġi permessa f’għalf li jkun fih il-coccidiostats li ġejjin: diclazuril (Clinacox 0.5 % u Clinacox 0,2 %), narasin-nicarbazina (Maxiban G160) u maduramicin ammonium (Cygro 1 %) għat-tiġieġ għat-tismin. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u mid-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Novembru 2005 kkonkludiet li l-kompatibilità ta’ l-addittiv Bacillus var. Toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bid-diclazuril (Clinacox 0,5 % u Clinacox 0,2 %), narasin-nicarbazina (Maxiban G160) u maduramicin ammonium (Cygro 1 %) ġiet stabbilita (4). L-opinjoni ta’ l-Awtorità tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf, f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew sodisfatti.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1200/2005 għandu għalhekk jiġi emendat.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1200/2005 qed ikun emendat fi qbil ma' l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif imħassra bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

(4)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Additivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar il-modifika tat-termini ta’ awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) (Toyocerin®) awtorizzat bħala addivit fl-għalf skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE. Adottata fit-30 ta' Novembru 2005. Il-Ġurnal EFSA (2005) 288, p. 1-7.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005 l-annotazzjoni għal E 1701, Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), hija mibdula b’li ġej:

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut massimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalfsħiħ

Mikro-organiżmi

“E 1701

Bacillus cereus var. toyoi

NCIMB 40112/CNCM I -1012

Preparazzjoni għall-Bacillus cereus var. toyoi li fiha minimu ta’: 1 × 1010 CFU/g addittiv

Fniek għat-tismin

0,1 × 109

5 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats permessi: robenidine, salinomycin sodium.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Tiġieġ għat-tismin

0,2 × 109

1 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats permessi: monensin sodium, lasalocid sodium, salinomycin sodium, decoquinate, robenidine, narasin, halofuginone, diclazuril, narasin/nicarbazin, maduramicin ammonium.

Mingħajr limitu ta’ żmien”


Top