EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0698

698/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2006 tal- 5 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 rigward l-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ l-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż tax-xogħol u l-qligħ Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 121, 6.5.2006, p. 30–35 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 385–390 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/698/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

385


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 698/2006

tal-5 ta’ Mejju 2006

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 rigward l-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ l-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż tax-xogħol u l-qligħ

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta' Marzu 1999 rigward statistiki strutturali dwar il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol (1), u partikolarment punt (iv) ta’ l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament (KE) Nru 530/1999 ġie implimentat mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 452/2000 (2) u (KE) Nru 72/2002 (3), li jidefinixxu l-kontenut u l-kriterji ta’ evalwazzjoni tar-rapport ta’ kwalità li għandu jiġi mgħoddi lill-Kummissjoni (Eurostat) wara kull perjodu ta’ referenza.

(2)

L-informazzjoni fornuta fir-rapport ta’ kwalità jenħtieġ li tirreferi għal ċerti fatturi. Dawk il-fatturi huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999 (4), u t-tieni huwa r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 (5).

(3)

Il-bidliet fil-miżuri ta’ evalwazzjoni tal-kwalità ta’ l-istatistiki strutturali fuq il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol huma meħtieġa bħala riżultat ta' l-emendi li ddaħħlu fir-Regolamenti (KE) Nru 1726/1999 u (KE) Nru 1916/2000 mir-Regolamenti (KE) Nru 1737/2005 u (KE) Nru 1738/2005 rispettivament. Għall-finijiet taċ-ċarezza u sabiex jitnaqqas il-piż għall-uffiċċji nazzjonali ta’ l-istatistika huwa wkoll meħtieġ li tkun armonizzata l-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ l-istatistika dwar l-ispejjeż tax-xogħol u l-qligħ.

(4)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 452/2000 u (KE) Nru 72/2002 għandhom għalhekk jiġu sostitwiti b’dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programmi Statistiċi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kriterji ta' l-evalwazzjoni u l-kontenut tar-rapport dwar il-kwalità msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 530/1999, huma mniżżla fl-Anness mar-Regolament preżenti.

Il-fatturi speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament huma mfissra l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1726/99 u l-Anness I u II għar-Regolament (KE) Nru 1916/2000.

2.   L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiġi fornuta, soġġetta għad-derogi li hemm fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rigward l-istatistiki strutturali fuq il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol, l-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol, l-istatistiċi strutturali dwar in-negozju u l-kontabbiltà nazzjonali.

Artikolu 2

Ir-rapport ta’ kwalità għandu jintbagħat lill-Eurostat mhux aktar tard minn 24 xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza li għalih tinġabar id-data, sakemm mhux ikkonstatat mod ieħor fl-Anness.

Artikolu 3

Ir-regolamenti (KE) Nru 452/2000 u r-Regolament (KE) Nru 72/2002 huma mħassra.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-5 ta’ Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 63, 12.3.1999, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 53.

(3)  ĠU L 15, 17.1.2002, p. 7.

(4)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 28. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1737/2005 (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 11).

(5)  ĠU L 229, 9.9.2000, p. 3. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1738/2005 (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 32).


ANNESS

Kontenut u kriterji ta’ evalwazzjoni tar-rapport dwar il-kwalità -ta’ l-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeŻ tax-xogol u l-qlig

Ir-rapporti tal-kwalità għandhom jinkludu informazzjoni dwar is-sitt dimensjonijiet kollha tas-Sistema Ewropea ta’ l-Istatistika (ESS) tad-definizzjoni tal-kwalità, jiġifieri rilevanza, eżatezza, tempestività u puntwalità, accessibilità u ċarezza, komparabilità, u koerenza.

1.   Rilevanza

“Rilevanza” tindika sa liema punt l-istatistiki jilħqu l-bżonnijiet ta’ l-utenti kurrenti u potenzjali. Tirreferi għal jekk l-istatistiki kollha meħtieġa humiex prodotti u sa liema punt il-kunċetti użati (definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet eċċ.) jirriflettu l-bżonnijiet ta' l-utent.

Ir-rapporti ta’ kwalità dwar l-istatistiki strutturali fuq l-ispejjeż u l-qligħ tax-xogħol għandhom ikopru rispettivament

Sommarju ta’ l-utenti ewlenin nazzjonali;

Deskrizzjoni tal-bżonnijiet prinċipali tagħhom inkluż stima tal-livell ta' sodisfazzjoni tagħhom bid-data offruta;

Deskrizzjoni ta’ kull nuqqas (fil-kompletezza) jew parti li mhux ikkunsidrata aktar rilevanti mill-utenti (superfluwa). Dwar il-kompletezza, fatturi nieqsa u analiżi nieqsa tal-fatturi għandhom jiġu deskritti b’mod ċar.

Il-kopertura tal-punti li jirreferi għall-utenti ewlenin nazzjonali u l-bżonnijiet ewlenin tagħhom inkluż il-provvista a' informazzjoni dwar is-sodisfazzjoni ta’ l-utent m’hijiex obbligatorja.

B’deroga mill-Artikolu 2, l-informazzjoni mhux obbligatorja fuq il-livell ta’ sodisfazzjon bid-data offruta, jekk provduta, għandha tiġi trasmessa lill-Eurostat mhux aktar tard minn 36 xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza.

2.   Eżattezza

L-“eżattezza” fis-sens ġenerali statistiku tindika kemm il-komjutazzjonijiet jew l-estimi huma qrib tal-valuri eżatti jew awtentiċi tal-fatturi taħt konsiderazzjoni

2.1.   Żbalji fit-teħid tal-kampjuni

Bħala indikazzjoni ta’ l-eżattezza, il-koeffiċjent tal-varjazzjoni (1) għandu jiġi kkalkulat u trasmess għal fatturi ewlenin taż-żewġ stħarriġ.

(1)

Fil-każ ta’ l-istatistiki ta’ l-ispejjeż tax-xogħol il-koeffiċjent tal-varjazzjoni għandu jiġi kkalkulat u trasmess għall-fatturi

 

“Spejjeż annwali tax-xogħol” (2)

kif ukoll

 

“Spejjeż tax-xogħol fis-siegħa” (3)

Minbarra l-koeffiċjenti tal-varjazzjoni għall-popolazzjoni b’mod sħiħ, koeffiċjenti separati tal-varjazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għaż-żewġ fatturigħall-iskop ta’ analiżi individwali għal dawn li ġejjin.:

diviżjoni NACE;

livell 1 tan-NUTS (jekk xieraq);

il-faxxa tad-daqs (1-9 (jekk xieraq), 10-49, 50-249, 250-499, 500-999, 1 000+).

(2)

Fil-każ ta’ l-istatistiki strutturali dwar il-qligħ il-koeffiċjent tal-varjazzjoni għandu jiġi kkalkulat u trasmess għall-fatturi

 

“Qligħ gross fix-xahar ta' referenza” (4)

kif ukoll

 

“Qligħ gross medju fis-siegħa fix-xahar ta’ referenza” (5)

Minbarra l-koeffiċjenti tal-varjazzjoni għall-popolazzjoni b’mod sħiħ, koeffiċjenti separati tal-varjazzjonijiet għandhom ikunu wkoll disponibbli għaż-żewġ fatturi għal skop ta’ analiżi individwali għal dawn li ġejjin::

impjegati full-time (separatatament għall-irġiel u għan-nisa) u part-time;

diviżjoni NACE;

impieg (ISCO-88 f’livell 1-diġitali);

il-faxxa ta’ l-età (taħt l-20, 20-29, 30-39, 40-49, 50-59, 60 u akbar);

livell 1 tan-NUTS (jekk xieraq);

livell ta’ edukazzjoni (ISCED 0 sa 6);

il-faxxa tad-daqsta’ l-intrapriża (1-9 (jekk xieraq), 10-49, 50-249, 250-499, 500-999, 1 000+).

L-analiżi tal-livell ta’ edukazzjoni m’huwiex obbligatorju.

B’żieda ma’ dan, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lista ta’ dawk iċ-ċelloli tat-tabelli multidimensjonali tal-programm ta' pubblikazzjoni fuq livell Ewropew kif maqbul ma' l-Istati Membri, li m’humiex meqjusa suffiċjenti biex wieħed joqgħod fuqhom.

Jekk jittieħdu kampjuni mingħajr probabbiltà, għandha minflok tiġi provduta, jekk disponibbli, deskrizzjoni tas-sorsi possibbli ta' nuqqas ta' preċiżjoni minħabba t-teknika ta' teħid ta' kampjuni użata u l-effetti tagħhom fuq l-estimi.

2.2.   Żbalji mhux marbuta mat-teħid tal-kampjuni

2.2.1.   Żbalji fil-kopertura

Ir-rapporti ta’ kwalità dwar l-istatistiki strutturali fuq l-ispejjeż u l-qligħ tax-xogħol rispettivament għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kopertura:

Deskrizzjoni ta’ kull differenza bejn il-popolazzjoni tar-referenza u l-popolazzjoni ta’ l-istudju.

Rati ta’ l-estimi ta’ kopertura nieqsa u kopertura żejda (6) għall-popolazzjoni ta’ referenza.

2.2.2.   Żbalji fil-kejl u l-ipproċessar

Ir-rapporti tal-kwalità dwar l-istatistiki strutturali fuq l-ispejjeż u l-qligħ tax-xogħol rispettivament għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja dwar żbalji fil-kejl u fl-ipproċessar (7):

Informazzjoni dwar fatturi bi żbalji l mhux negliġibbli fil-kejl u fl-ipproċessar.

Informazzjoni dwar sorsi ewlenin ta’ żbalji ta’ kejl u żbalji ta’ proċessar (mhux negliġibbli), l-impatt tagħhom fuq l-eżattezza ta’ l-estimi u, jekk disponibbli, dwar metodi applikati għall-korrezzjoni.

2.2.3.   Żbalji marbuta ma’ nuqqas ta' tweġib

Ir-rapporti tal-kwalità dwar l-istatistiki strutturali fuq l-ispejjeż u l-qligħ tax-xogħol rispettivament għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja dwar nuqqas ta’ tweġib:

Rata tar-rispons skond l-unità (8).

Rata ta’ l-imputazzjoni skond il-punt (9) u l-effett ta’ l-imputazzjoni fuq l-eżattezza ta' l-estimi għall-fatturi “spejjeż annwali tax-xogħol” u “qligħ gross fix-xahar ta' referenza” rispettivament kif definit fil-punt 2.1.

Rata ta’ l-imputazzjoni ġenerali (10). Jekk l-informazzjoni m’hijiex disponibbli għall-fatturi kollha mandatorji, il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq dawk il-fatturi mandatorji li għalihom l-informazzjoni meħtieġa hi disponibbli.

2.2.4.   Żbalji fl-għazla tal-mudell

Jekk jintużaw il-mudelli, ir-rapporti tal-kwalità fuq l-istatistiki strutturali fuq il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-mudelli użati kif ukoll indikazzjoni ta’ l-effetti tagħhom fuq l-estimi (eż. sehem stmat mit-total tal-fattur), għall-anqas għall-fatturi “Spejjeż tax-xogħol annwali” u “Qligħ gross fix-xahar ta’ referenza” rispettivament kif definiti fil-punt 2.1.

Enfażi partikolari għandha tingħata lill-mudelli għall-korrezzjoni ta’ żbalji mhux marbuta mat-teħid ta’ kampjuni' bħal kopertura ta’ l-unitajiet kollha mitluba tal-klassijiet skond id-daqs jew tad-diviżjonijiett NACE, imputazzjoni jew ingrossaġġa biex tpatti għan-nuqqas ta’ tweġib ta’ l-unitajiet.

3.   Il-puntwalità u t-tempestività

“Puntwalità” tirreferi għall-intervall ta’ żmien bejn id-data tar-rilaxx tad-data u d-data ta’ meta kellha titwassal, per eżempju b’referenza għad-data mħabbra fil-kalendarji uffiċjali tal-pubblikazzjoni, stabbiliti bir-Regolament jew li qabel kien hemm qbil dwarhom bejn l-imsieħba.

“Tempestività” ta’ l-informazzjoni tirrifletti t-tul ta' żmien bejn id-disponibilità u l-avveniment jew il-fenomenu deskritt.

3.1.   Puntwalità

Sabiex wieħed jifhem u jelimina problemi relatati mal-puntwalità, l-informazzjoni għandha titwassal fuq il-proċess ta' l-implimentazzjoni ta’ l-istħarriġ fuq livell nazzjonali b'enfasi speċjali fuq il-qbil bejn id-dati attwali u dawk skedati:

Skadenżi għal dawk li mitluba jwieġbu biex iwieġbu, li jkopru wkoll sejħiet mill-ġdid u segwiti;

Perjodu tax-xogħol fil-qasam;

Perjodu ta’ l-ipproċessar tad-data;

Dati tal-pubblikazzjoni ta’ l-ewwel riżultati.

3.2.   It-tempestività

Ir-rapporti talkwalità dwar l-istatistiki strutturali dwar il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol rispettivament għandhom jinkludu informazzjoni fuq il-perjodu ta’ żmien bejn il-pubblikazzjoni tad-data u l-perjodu ta’ referenza tad-data fuq livell nazzjonali.

4.   Aċċessibilità u ċarezza

“Aċċessibilità” tirreferi għall-kundizzjonijiet fiżiċi li fihom l-utenti jistgħu jiksbu d-data: fejn tmur, kif tikseb aċċess, żmien tal-kunsinna, kondizzjonijiet tal-marketing konvenjenti (drittijiet ta’ l-awtur eċċ.), disponibilità tad-data micro jew macro, formati varji u mezzi kif tinġarr id-data (karta, fajls, CD-ROM/DVD, Internet…), eċċ.

“Ċarezza” tirreferi għall-livell ta’ kemm tinftiehem l-informazzjoni provduta, inkluż informazzjoni dwar il-kuntest tagħha, i.e. jekk id-data kinitx akkumpanjata b'metadata xierqa, illustrazzjonijiet bħal graffs u mapep, jekk l-informazzjoni dwar il-kwalità tagħhom hijiex disponibbli (inkluż il-limitazzjoni għall-użu) u safejn tingħata għajnuna addizzjonali.

B’deroga mill-Artikolu 2, l-informazzjoni dwar l-aċċessibilità u ċ-ċarezza għandha tiġi trasmessa lill-Eurostat mhux aktar tard minn 36 xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza.

4.1.   Aċċessibilità

Ir-rapporti tal-kwalità dwar l-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż u l-qligħ tax-xogħol rispettivament għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja dwar il-metodi tat-tixrid tar-riżultati:

Referenzi għall-pubblikazzjoni tar-riżultati ewlenin, inkluż dawk b’kummentarju fil-forma ta’ test, graffs, mapep, eċċ.

Informazzjoni dwar liema riżultati, jekk hemm, jintbagħtu lill-unitajiet ta’ rapportar inklużi fil-kampjun.

4.2.   Ċarezza

Ir-rapporti ta’ kwalità dwar l-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż u l-qligħ tax-xogħol rispettivament għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja dwar kemm jinftehmu r-riżultati u d-disponibilità tal-metadata:

Deskrizzjoni u referenzi tal-metadata provduta.

Referenzi għad-dokumenti metodoloġiċi ewlenin li għandhom x'jaqsmu ma' l-istatistiki provduti.

Deskrizzjoni ta’ l-azzjonijiet ewlenin li twettqu mis-servizzi nazzjonali ta’ l-istatistika biex jinfurmaw lill-utenti dwar rabtiet mad-data.

5.   Komparabilità

“Il-Komparabilità” għandha l-għan li tkejjel l-impatt tad-differenzi fil-kunċetti statistiċi applikati u għodod/proċeduri tal-kejl applikati meta l-istatistiki jitqabblu bejn iż-żoni ġeografiċi, setturi mhuxġeografiċi, jew matul iż-żmien.

5.1.   Komparabilità ġeografika

Ir-rapporti tal-kwalità dwar l-istatistiki strutturali dwar il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol rispettivament għandhom jinkludu informazzjoni dwar id-differenżi bejn il-kunċetti nazzjonali u Ewropej speċjalment dwar id-definizzjoni ta’ unitajiet statistiċi, popolazzjonijiet, perjodi ta’ referenza, klassifikazzjoni u definizzjonijiet tal-fatturi, u l-effetti tagħhom fuq l-estimi.

5.2.   Komparabilità matul iż-żmien

Ir-rapporti tal-kwalità dwar l-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż u l-qligħ tax-xogħol rispettivament għandhom jinkludu informazzjoni dwar bidliet fid-definizzjonijiet, kopertura u metodi mqabbla ma’ stħarriġ preċedenti, u l-effetti tagħhom fuq l-estimi. L-informazzjoni dwar bidliet fid-definizzjonijiet, kopertura u metodi, madankollu, m’humiex mitluba meta dawn il-bidliet huma kkawżati b’emendi tal-leġislazzjoni Komunitarja..

6.   Koerenza

“Il-Koerenza” ta’ l-istatistiki hi l-punt safejn dawn jistgħu jingħaqdu b’modi differenti u għal finijiet varji b’mod affidabbli. Madankollu, ġeneralment huwa aktar faċli li turi każijiet ta’ inkoerenza milli tagħti prova ta’ koerenza.

Sorsi b’fatturi simili jew anke identiċi għall-istatistiki dwar il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol huma l-iStħarriġ dwar in Nies li Jaħdmu (LFS), l-Istatistiki dwar l-Istruttura tan-Negozju (SBS), l-Indiċi dwar l-Ispejjeż tax-Xogħol (LCI) u l-Kontijiet Nazzjonali (NA). Ir-rapporti tal-kwalità rigward l-istatistiki strutturali dwar il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol rispettivament għandhom jinkludu paraguni tad-data fuq il-fatturi li ġejjin minn dawn is-sorsi, bħala total u analizzati skond id-diviżjonijiet tan-NACE, u jagħtu indikazzjonijiet tar-raġunijiet jekk ikun hemm differenza konsiderevoli fil-valuri.

(1)

Fil-każ ta’ l-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż tax-xogħol, għandhom isiru paraguni bejn

in-numru ta' sigħat proprja ta' xogħol fis-sena ta' referenza, espress għal kull impjegat (11), u l-medja tas-sigħat proprji ta’ xogħol fix-xogħol prinċipali għal kull sena ta' l-LFS, u espress għal darba oħra għal kull impjegat;

il-fattur “pagi u salarji” espressi għal kull impjegat (12), u l-istess fattur, għal kull impjegat ta’ l-SBS;

ir-rati ta’ tkabbir annwali medji tal-fattur “spejjeż tax-xogħol fis-siegħa” (13) u r-rata ta’ tkabbir annwali medja ta’ l-LCI mhux aġġustat. Ir-rati ta’ tkabbir għandhom jirreferu għas-sena ta’ referenza ta’ l-istħarriġ u dak ta’ l-istharriġ preċedenti;

Il-fattur “kumpens għall-impjegati” espress għal kull impjegat (14), u l-istess fattur ta’ l-NA;

(2)

Fil-każ ta’ l-istatistiki strutturali dwar il-qligħ, għandhom isiru paraguni bejn

Il-fattur “qligħ annwali gross fis-sena ta’ referenza” espress għal kull impjegat (15), u l-fattur “pagi u salarji”, għal kull impjegat, ta’ l-NA;


(1)  Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni huwa l-proporzjon ta’ l-għerq kwadrat tal-varjazzjoni ta' l-istimatur mal-valur mistenni. Jiġi stmat skond il-proporzjon ta’ l-għerq kwadrat ta' l-istima tal-varjazzjoni għat-teħid tal-kampjuni għall-valur stmat. Kemm in-numeratur kif ukoll id-denominatur tal-proporzjoni li jiddefenixxi l-koeffiċjenti tal-varjazzjoni għandu jiġi provdut, flimkien mar-riżultat tal-koeffiċjent tal-varjazzjoni. L-istima tal-varjazzjoni fit-teħid tal-kampjuni trid tqis it-tifsila tat-teħid tal-kampjuni.

(2)  Il-Kodiċi D (spejjeż totali tax-xogħol) it-total tal-valuri tal-kodiċijiet D1, D2, D3 u D4 mingħajr D5 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1726/1999.

(3)  Il-Kodiċi D (spejjeż totali tax-xogħol) it-total tal-valuri tal-kodiċijiet D1, D2, D3 u D4 mingħajr D5, diviżi bil-valur tal-kodiċi B1, fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1726/1999.

(4)  Kodiċi 4.2 (qligħ gross totali fix-xahar ta’ referenza) fl- Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000.

(5)  Kodiċi 4.3 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000.

(6)  “Kopertura nieqsa” tirreferi għall-unitajiet li bi żball ma ġewx inklużi fil kwadru. “Kopertura żejda” tirreferi jew għall-unitajiet li fil-fatt ikunu barra l-kamp ta’ l-istħarriġ jew għal unitajiet li ma jeżistux fil-prattika.

(7)  Żbalji tal-kejl huma żbalji li jseħħu fil-ħin tal-ġbir tad-data. Hemm numru ta’ sorsi ta’ żbalji fil-kejl, inkluż l-istrument ta’ l-istħarriġ, min iwieġeb, is-sistema ta’ informazzjoni, il-mod ta’ kif tinġabar id-data u min jagħmel il-mistoqsijiet. Żbalji fl-ipproċessar huma żbalji li jinqalgħu fil-proċessi ta' wara l-ġbir tad-data bħalma huma d-dħul tad-data, il-kodifikazzjoni, il-keying, l-editjar, it-tweżin u t-tabulazzjoni.

(8)  Ir-rata tar-rispons skond l-unità huwa l-proporzjon, espress f’perċentwali, tan-numru ta’ tweġibiet għan-numru totali ta’ dawk li kienu fil-mira li jwieġbu.

(9)  Il-rata ta’ l-imputazzjoni skond il--punt tipprovdi l-valuri mdaħħla għal fattur speċifiku bħala persentaġġ tan-numru totali tal-valuri għal dan il-fattur.

(10)  Il-rata ta’ l-imputazzjoni ġenerali tipprovdi l-valuri mdaħħla għal fatturi kollha bħala persentaġġ tan-numru totali tal-valuri għal dawn il-fatturi.

(11)  Kodiċi B1, diviż bil-valur tal-kodiċi A1, fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1726/1999.

(12)  Kodiċi D11, diviż bil-valur tal-kodiċi A1, fl-Anness I tar-Regolament (KE)i Nru 1726/1999.

(13)  Kif definit l f’ punt 2.1.

(14)  Kodiċi D1, diviż bil-valur tal-kodiċi A1, fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1726/1999.

(15)  Kodiċi 4.1, diviż bin-numru ta’ impjegati, fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000.


Top