Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0661

    661/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 661/2006 tat- 28 ta' April 2006 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 312/2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mit-Tuneżija, f’dak li jirrigwarda l-limitazzjoni mensili għall-perjodu mill- 1 ta’ Mejju 2006 sal- 31 ta’ Ottubru 2006

    ĠU L 116, 29.4.2006, p. 36–36 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 303–303 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/661/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    303


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 661/2006

    tat-28 ta' April 2006

    li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 312/2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mit-Tuneżija, f’dak li jirrigwarda l-limitazzjoni mensili għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2006 sal-31 ta’ Ottubru 2006

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/822/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 fuq il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproċi u emendi għall-Protokolli tal-Agrikultura fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE/Tuneżija (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68 (2),

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2001 (3) jipprovdi limitu mensili għall-kwantità taż-żejt taż-żebbuġa għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni fil-kuntest tal-kwota pprovduta bil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi.

    (2)

    Is-sena tas-suq 2005/2006 fil-Komunità hija kkaratterizzata minn produzzjoni baxxa taż-żejt taż-żebbuġa, li tikkawża xi diffikultajiet ta’ provvista. Bil-għan li tkun faċilitata l-provvista taż-żejt taż-żebbuġa fis-suq Komunitarju, jeħtieġ li jkun awtorizzat, mill-1 ta’ Mejju 2006 u b’deroga mir-Regolament (KE) Nru 312/2001, il-ħruġ ta’ liċenzji mingħajr limitu mensili.

    (3)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B’deroga mill-Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu, ir-raba’ inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 312/2001, huwa awtorizzat il-ħruġ ta’ liċenzji mingħajr limitu mensili għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2006 sal-31 ta’ Ottubru 2006.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2006.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta' April 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 92.

    (2)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97. Il-verżjoni korreġuta fil-ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37.

    (3)  ĠU L 46, 16.2.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1721/2005 (ĠU L 276, 21.10.2005, p. 3).


    Top