Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0119

    Direttiva tal-Kummissjoni 2006/119/KE tas- 27 ta’ Novembru 2006 li temenda għall-għanijiet ta’ adattament għall-progress tekniku d-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistemi ta’ tisħin għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 330, 28.11.2006, p. 12–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 358–361 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/119/oj

    1.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    358


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/119/KE

    tas-27 ta’ Novembru 2006

    li temenda għall-għanijiet ta’ adattament għall-progress tekniku d-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistemi ta’ tisħin għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u tal-karrijiet tagħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2001/56/KE (2) hija waħda mid-Direttivi separati taħt il-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita permezz tad-Direttiva 70/156/KEE. Id-Direttiva 2001/56/KE tistipula r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi mgħammra b’combustion heaters u ta’ combustion heaters bħala komponenti.

    (2)

    Ir-Regolament Nru 122 ta’ l-ECE tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji M, N u O fir-rigward ta’ sistemi ta’ tisħin daħal fis-seħħ fit-18 ta’ Jannar 2006. Minħabba li dan ir-regolament huwa applikabbli għall-Komunità, jeħtieġ li jkun hemm ekwivalenza bejn ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/56/KE u dawk stipulati fir-Regolament Nru 122 ta’ l-ECE tan-Nazzjonijiet Uniti. Għalhekk, ir-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Anness 9 tar-Regolament Nru 122 ta’ l-ECE tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna sistemi ta’ tisħin ta’ vetturi li jġorru oġġetti perikolużi, għandhom jiġu introdotti fir-Direttiva 2001/56/KE.

    (3)

    Id-Direttiva 2001/56/KE għaldaqstant għandha tiġi emendata skond dan.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emenda għad-Direttiva 2001/56/KE

    Id-Direttiva 2001/56/KE hija emendata skond it-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    1.   B’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2007, rigward tip ta’ vettura mgħammra b’sistema ta’ tisħin LPG bil-karburant li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/56/KE kif emendata b’din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jistgħu jieħdu l-ebda waħda minn dawn il-miżuri, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma' sistemi ta' tisħin:

    (a)

    jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;

    (b)

    jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’vettura ta’ dak it-tip.

    2.   B’seħħ mill-1 ta' Ottubru 2007, rigward tip ta’ combustion heater LPG bil-karburant bħala komponent li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/56/KE kif emendata b’din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jistgħu jieħdu l-ebda waħda minn dawn il-miżuri:

    (a)

    jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;

    (b)

    jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ komponent ta’ dak it-tip.

    3.   B’seħħ mill-1 ta’ April 2008, rigward tip ta’ vettura mgħammra b’sistema ta’ tisħin LPG bil-karburant, jew tip ta’ combustion heater LPG bil-karburant bħala komponent, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/56/KE kif emendata b’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali.

    Artikolu 3

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2007. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Id-dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    Id-Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Gunther VERHEUGEN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/28/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 27).

    (2)  ĠU L 292, 9.11.2001, p. 21. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/78/EC (ĠU L 231, 30.6.2004, p. 69).


    ANNESS

    Id-Direttiva 2001/56/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Il-linja li ġejja hija miżjuda fl-aħħar tal-“lista ta’ l-Annessi”:

    “Anness IX

    Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti vetturi kif definiti fid-Direttiva 94/55/KE”

    (2)

    L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

    (a)

    It-titolu tat-taqsima 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

    “1.   

    SISTEMI TA’ TISĦIN LPG GĦALL-UŻU FIT-TOROQ FIL-VETTURI MMOTORIZZATI”

    (b)

    Il-Punt 1.1.6.2 jinbidel b’dan li ġej:

    “1.1.6.2.

    ma jista’ jkun hemm l-ebda ħruġ mhux ikkontrollat kawża ta’ diskonnessjoni aċċidentali. Se jiġi pprovdut mezz li jwaqqaf il-ħruġ ta’ l-LPG permezz ta’ l-installazzjoni ta’ apparat direttament warajh, jew f’ċilindru jew regulatur b' kontenitur, jew, jekk ir-regolatur jitpoġġa l-bogħod miċ-ċilindru jew mill-kontenitur, għandu jiġi installat apparat direttament quddiem it-tubu jew il-pajp miċ-ċilindru jew mill-kontenitur u għandu jiġi installat apparat addizzjonali ġewwa jew wara r-regolatur.”

    (c)

    It-titolu tat-Taqsima 2 jinbidel b’dan li ġej:

    “2.   

    SISTEMI TAT-TISĦIN LPG GĦALL-UŻU STAZZJONARJU BISS F’VETTURI BIL-MUTUR U L-KARRIJIET TAGĦHOM”

    (3)

    Jiżdied l-Annex IX li ġej:

    “ANNESS IX

    DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GĦAL ĊERTI VETTURI KIF DEFINITI FID-DIRETTIVA 94/55/KE (*)

    1.   AMBITU

    Dan l-anness japplika għal vetturi li għalihom japplikaw rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw combustion heaters u l-istallazzjoni tagħhom stipulata fid-Direttiva 94/55/KE.

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-għan ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet ta' l-assenjazzjoni tal-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL u OX stipulati fil-Kapitolu 9.1 ta’ l-Anness B għad-Direttiva 94/55/KE.

    3.   DISPOŻIZZJONIJIET TEKNIĊI

    3.1.   Ġenerali (Vetturi EX/II, EX/III, AT, FL u OX)

    3.1.1.   Il-combustion heaters u r-rotta tagħhom tal-gass ta’ l-egżost għandhom jiġu ddisenjati, imqiegħda, imħarsa jew mgħottija b’tali mod li jipprevjeni kwalunkwe riskju inaċċettabbli ta’ tisħin tat-tagħbija jew riskju li din taqbad. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala wieħed li ntlaħaq jekk it-tank tal-karburant u s-sistema ta’ l-egżost tat-tagħmir jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 3.1.1.1 u 3.1.1.2. Konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandha tiġi vverifikata fuq il-vettura kompluta.

    3.1.1.1.   Kwalunkwe tank tal-karburant għal provvista tat-tagħmir għandu jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    fl-eventwalità ta’ kwalunkwe nixxija, il-karburant għandu jintrema fl-art mingħajr ma jagħmel kuntatt ma’ partijiet jaħarqu tal-vettura jew tat-tagħbija;

    (b)

    it-tankijiet tal-karburant li fihom il-petrol għandu jkollhom tagħmir effettiv li jitfi l-fjamma fil-ħalq ta’ min fejn jintlew jew b'għeluq li jippermetti li l-fetħa tkun issiġillata b'mod li tinżamm impermeabbli għall-arja.

    3.1.1.2.   Is-sistema ta’ l-egżost kif ukoll il-pajpijiet ta’ l-egżost se jkunu diretti jew protetti b’tali mod li jevitaw kwalunkwe periklu għat-tagħbija permezz ta’ tisħin jew li tieħu n-nar. Partijiet mis-sistema ta’ l-egżost li jinsabu direttament taħt it-tank tal-karburant (dijżil) għandu jkollhom distanza ta’ mill-anqas 100 mm jew ikunu mħarsa minn protezzjoni termika.

    3.1.2.   Il-combustion heater għandha tinxtegħel manwalment. Tagħmir ta’ pprogrammar għandu jkun ipprojbit.

    3.2.   Vetturi EX/II u EX/III

    Combustion heaters li jużaw karburanti tal-gass mhumiex permessi.

    3.3.   Vettiri FL

    3.3.1   Il-combustion heaters għandhom jintfew mill-anqas permezz tal-metodi li ġejjin:

    (a)

    kapaċità li jintfew manwalment b’mod intenzjonali mill-kabina tax-xufier;

    (b)

    malli titwaqqaf il-magna tal-vettura; f’dan il-każ it-tagħmir ta’ tisħin jista’ jerġa’ jinxtegħel manwalment mix-xufier;

    (c)

    malli tinxtegħel pompa ta’ l-alimentazzjoni fil-vettura motorizzata għall-oġġetti perikolużi li qegħdin jinġarru.

    3.3.2.   Tħaddim awtomatiku huwa permess wara li l-combustion heaters ikunu ntfew. Għall-metodi stipulati fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3.3.1 il-provvista ta’ l-arja ta’ kombustjoni se tiġi interrotta permezz ta’ miżuri adattati wara ċiklu ta’ tħaddim awtomatiku ta’ mhux aktar minn 40 sekonda. Għandhom jintużaw biss heaters li għalihom ingħatat prova li t-tagħmir tagħhom ta’ heat exchanger huwa reżistenti għaċ-ċiklu mnaqqas ta’ tħaddim awtomatiku ta’ 40 sekonda għall-ħin ta’ l-użu normali tagħhom.

    (*)  ĠU L 319, 21.12.1994, p. 7.”"



    Top