Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1947

    1947/2005/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 tat- 23 ta’ Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2358/71 u (KEE) Nru 1674/72

    ĠU L 312, 29.11.2005, p. 3–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 360–364 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32007R1234

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1947/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    360


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1947/2005

    tat-23 ta’ Novembru 2005

    dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2358/71 u (KEE) Nru 1674/72

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 36 u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 37(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

    Billi:

    (1)

    L-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq komuni fi prodotti agrikoli għandhom ikunu akkumpanjati mill-istabbiliment ta' politika agrikola komuni sabiex tkun inkluża, b'mod partikolari, organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli li tista' tieħu diversi forom skond il-prodott ikkonċernat.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta' Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ (3) ġie emendat b'mod sostanzjali diversi drabi, b'mod partikolari bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ diretti taħt il-politika agrikola komuni u jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (4). Fl-interess taċ-ċarezza, ir-Regolament (KEE) Nru 2358/71/KE għandu jiġi mħassar u sostitwit b'Regolament ġdid.

    (3)

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1674/72 tat-2 ta' Awwissu 1972 li jistabbilixxu regoli ġenerali għall-għoti u l-iffinanzjar ta' l-għajnuna għaż-żrieragħ (5) kienu inkorporati fir-regoli implimentattivi fil-Kapitolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 rigward l-iskemi ta' appoġġ previsti fit-Titoli IV u IVa ta' dak ir-Regolament u l-użu ta' l-art li titħalla għall-produzzjoni ta' materja prima (6). Ir-Regolament (KEE) Nru 1674/72 għandu għalhekk jitħassar.

    (4)

    Sabiex ikun issorveljat il-volum ta' kummerċ fiż-żrieragħ ma' pajjiżi terzi, għandu jsir provvediment għal skema ta' liċenza ta' importazzjoni bid-depożitu ta' sigurtà biex ikun żgurat li jseħħu l-operazzjonijiet li għalihom intalbu tali liċenzi.

    (5)

    Is-sistema ta' dazji doganali tagħmilha possibbli li jiġu ddispensati l-miżuri protettivi l-oħra kollha fil-każ ta' prodotti importati minn pajjiżi terzi.

    (6)

    Is-suq intern u l-mekkaniżmu ta’ dazju jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jirriżultaw inadegwati. F’tali każijiet, sabiex is-suq Komunitarju ma jitħalliex mingħajr difiża kontra tfixkil li jista’ jkun hemm, il-Komunità għandha tkun tista’ tieħu l-miżuri meħtieġa kollha mingħajr dewmien. Dawk il-miżuri għandhom jikkonformaw ma' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.

    (7)

    Il-ħidma tajba tas-suq intern fiż-żrieragħ tkun preġudikata bl-għoti ta' għajnuna nazzjonali. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuna statali japplikaw għall-prodotti koperti minn din l-organizzazzjoni tas-suq intern. Madankollu, mill-adeżjoni, il-Finlandja tista', soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, tagħti għajnuna rispettivament għal ċerti kwantitajiet ta' żrieragħ u għal ċerti kwantitajiet ta' żerriegħa ta' ċereali li huma prodotti biss fil-Finalandja, minħabba l-kondizzjonijiet klimatiċi speċifiċi tagħha.

    (8)

    Peress li s-suq intern fiż-żrieragħ qed jevolvi kostantement, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin forniti b'informazzjoni rilevanti għal żviluppi f'dan il-qasam.

    (9)

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (7).

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU 1

    DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTIVI

    Artikolu 1

    Għandha tiġi stabblita organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ u għandha tkopri l-prodotti li ġejjin:

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    0712 90 11

    Ibridi tal-qamħ ħelu għaż-żriegħ

    0713 10 10

    Piżelli (Pisum sativum) għaż-żriegħ

    ex 0713 20 00

    Ċiċri għaż-żriegħ

    ex 0713 31 00

    Fażola ta' l-ispeċi Vigna mungo (L) Hepper jew Vigna radiata (L) Wilczek għaż-żriegħ

    ex 0713 32 00

    Fażola (Adzuki) żgħira ħamra (Phaseolus or Vigna angularis) għaż-żriegħ

    0713 33 10

    Fażola kidnija, inkluża fażola mill-bajda (Phaseolus vulgaris) għaż-żriegħ

    ex 0713 39 00

    Fażola oħra għaż-żriegħ

    ex 0713 40 00

    Għads għaż-żriegħ

    ex 0713 50 00

    Ful (Vicia faba var. major) u ful ta' varjetà raffa (Vicia faba var. equina and Vicia faba var. minor)

    ex 0713 90 00

    Ħaxix leguminuż imnixxef ieħor għaż-żriegħ

    1001 90 10

    Spelt għaż-żriegħ

    ex 1005 10

    Ibridu tal-qamħirrun (qamħ)

    1006 10 10

    Ross fil-qoxra (fil-ħliefa jew aħrax) għaż-żriegħ

    1007 00 10

    Ibridi tas-sorgu tal-qamħ għaż-żriegħ

    1201 00 10

    Fażola tas-sojja, imkissra jew le, għaż-żriegħ

    1202 10 10

    Karawett, mhux mixwi jew imsajjar b'xi mod ieħor, fil-qoxra, għaż-żriegħ

    1204 00 10

    Linseed, imkisser jew le, għaż-żriegħ

    1205 10 10

    Żrieragħ tar-rapa jew tal-kolza, imkissra jew le, għaż-żriegħ

    1206 00 10

    Żerriegħa tal-ġirasol, imkissra jew le, għaż-żriegħ

    ex 1207

    Żrieragħ taż-żejt oħra u frott żejtni, imkisser jew le, għaż-żriegħ

    1209

    Żrieragħ, frott u spori, ta’ għamla li tintuża għaż-żriegħ

    Artikolu 2

    Is-sena tas-suq għaż-żrieragħ għandha tibda fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena u tispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    KAPITOLU II

    KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI

    Artikolu 4

    1.   Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 jistgħu jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni. Il-prodotti li għalihom meħtieġa liċenzi ta' importazzjoni għandhom ikunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).

    2.   Għandhom jinħarġu liċenzi ta' importazzjoni mill-Istati Membri lil kwalunkwe persuna li titlobhom, irrispettivament mill-post ta' l-istabbiliment tagħha fil-Komunità.

    3.   Dawn il-liċenzi għandhom ikunu validi għal importazzjonijiet li jsiru fi kwalunkwe post fil-Komunità. Il-ħruġ tagħhom għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ assigurazzjoni li tiggarantixxi li l-prodotti huma importati matul il-perijodu ta’ validità tal-liċenzja. Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, l-assigurazzjoni għandha tintilef kollha jew parti minnha jekk l-operazzjoni ma titwettaqx, jew titwettaq biss parzjalment, fi ħdan dak il-perijodu.

    Artikolu 5

    Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, għandhom japplikaw ir-rati ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

    Artikolu 6

    1.   Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenkaltura Magħquda u r-reġoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1. In-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi inkluża fit-Tariffa Doganali Komuni.

    2.   Minbarra fejn previst mod ieħor f’dan ir-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet adottati sussegwentement għal dan, dan li ġej għandu jiġi pprojbit f’kummerċ ma’ pajjiżi terzi:

    (a)

    l-intaxxar ta’ kwalunkwe ħlas li għandu effett ekwivalenti għal dazju doganali;

    (b)

    l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni jew miżura kwantitattiva li għandha effett ekwivalenti.

    Artikolu 7

    1.   Jekk, minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq Komunitarju fi prodott wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 1 ikun affettwat, jew ikun mhedded b'disturbi serji li x'aktarx jippreġudikaw il-kisba ta' l-objettivi mniżżlin fl-Artikolu 33 tat-Trattat, jistgħu jkunu applikati miżuri xierqa f’negozju ma’ pajjiżi mhux membri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ sakemm tali disturb jew theddid ta' disturb ikun waqaf.

    2.   Jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 isseħħ, il-Kummissjoni għandha, fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjativa tagħha stess, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa. L-Istati Membri għandhom ikunu notifikati b'tali miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien tliet ijiem ta' ħidma minn meta tirċievi t-talba.

    3.   Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 2 jistgħu jintbagħtu lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien tlett ijiem ta' ħidma mill-jum li fih ġew innotifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ immedjatament. Huwa jista', filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar mill-jum li fih il-miżuri ġew mibgħuta lilu.

    4.   Arranġamenti adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jqisu l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

    KAPITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 8

    1.   Minbarra fejn mhux previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom jgħoddu għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ fil-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

    2.   Madankollu, il-Finlandja tista', soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, tagħti għajnuna rispettivament għal ċerti kwantitajiet ta' żrieragħ u għal ċerti kwantitajiet ta' żerriegħa ta' ċereali li huma prodotti biss fil-Finalandja, minħabba l-kondizzjonijiet klimatiċi speċifiċi tagħha.

    Qabel l-1 ta' Jannar 2006, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill, abbażi ta' l-informazzjoni fornita fi żmien debitu mill-Finlandja, rapport dwar ir-riżultati ta' l-għajnuna awtorizzata, akkumpanjat mill-proposti meħtieġa.

    Artikolu 9

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 10

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Tmexxija għaż-Żrieragħ (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

    2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deciżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.

    3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

    Artikolu 11

    Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari l-perjiodu ta' validità tal-liċenzi msemmijin fl-Artikolu 4 u l-arranġamenti biex tkun ikkomunikata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).

    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

    Artikolu 12

    1.   Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2358/71 u (KEE) Nru 1674/72 huma b'dan revokati.

    2.   Referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.

    Artikolu 13

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-jum li tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2006.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Novembru 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BECKETT


    (1)  Opinjoni mogħtija fi … Novembru 2005 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Opinjoni mogħtija fis-26 ta' Ottubru 2005 wara l-konsultazzjoni mhux obbligatorja (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (3)  ĠU L 246, 5.11.1971, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

    (4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

    (5)  ĠU L 177, 4.8.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3795/85 (ĠU L 367, 31.12.1985, p. 21).

    (6)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1044/2005 (ĠU L 172, 5.7.2005, p. 76).

    (7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


    ANNESS

    Tabella ta' korrelazzjoni

    Regolament (KEE) Nru 2358/71

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 3a

    Artikolu 4(1) u (2), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 4

    Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 11

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 5

    Artikolu 5(2), u Artikolu 6

    Artikolu 6

    Artikolu 7

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Artikolu 8

    Artikolu 9, l-ewwel sentenza

    Artikolu 9

    Artikolu 9, it-tieni sentenza

    Artikolu 11

    Artikolu 11

    Artikolu 10

    Artikolu 12

    Artikolu 13

    Artikolu 14

    Artikolu 15

    Artikolu 16

    Artikolu 12

    Artikolu 17

    Artikolu 13


    Top