This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1042
Commission Regulation (EC) No 1042/2005 of 29 June 2005 amending Regulation (EC) No 2869/95 on the fees payable to the Office for Harmonization in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1042/2005 tad- 29 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju ta’ l-armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trejdmarks u Disinni) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1042/2005 tad- 29 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju ta’ l-armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trejdmarks u Disinni) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 172, 5.7.2005, p. 22–23
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 30–31
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 22/03/2016; Impliċitament imħassar minn 32015R2424
18.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
30 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1042/2005
tad-29 ta' Ġunju 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju ta’ l-armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trejdmarks u Disinni)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trejdmark tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 40/94, kif implimentat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trejdmark tal-Komunità (2), id-drittijiet addizzjonali dwar rapporti ta’ riċerka, diviżjoni ta’ applikazzjoni jew reġistrazzjoni ta’ trejdmark u l-kontinwazzjoni ta’ proċeduri għandhom ikunu stabbiliti. L-ammonti ta’ dawn id-drittijiet il-ġodda għandhom ikunu fissi. |
(2) |
Is-sistema ta’ riċerka ssir mhux obbligatorja mill-10 ta’ Marzu 2008 kif previst fl-Artikolu 2 paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 422/2004. Minn dik id-data, id-dritt addizzjonali għar-rapporti ta’ riċerka nazzjonali għandhom japplikaw. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 (3) għandu għalhekk jiġi emendat b’dan il-mod. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Drittijiet, Regoli ta’ Implimentazzjoni u l-Proċedura tal-Bordijiet ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju ta’ l-armonizzazzjoni tas-Suq Intern (trejdmarks u disinni), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Regolament (KE) Nru 2869/95 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-tabella f’Artikolu 2 hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Fl-artikolu 13, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej: “3. Ir-rifużjoni għandha ssir kemm il-darba l-Komunikazzjoni lill-Bureau Internazzjonali skond ir-Regola 113(2) (b) u (c) jew Regola 115 (5) (b), (c) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 tkun ħarġet”. |
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
2. Punt(a) ta’ l-Artikolu1(1) għandu japplika mill-10 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar id-29 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 11, ta’ l-14.1.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 422/2004 (ĠU L 70, tad-9.3.2004, p. 1).
(2) ĠU L 303, tal-15.12.1995, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 782/2004 (ĠU L 123, tas-27.4.2004, p. 88).
(3) ĠU L 303, tal-15.12.1995, p. 33. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 781/2004 (ĠU L 123, tas-27.4.2004, p. 85).