Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0180

180/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2005 tat- 2 ta' Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel

ĠU L 30, 3.2.2005, p. 7–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 156–156 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/180/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

156


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 180/2005

tat-2 ta' Frar 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-ewwel verżjoni tiegħu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/03 (2) kien jipprovdi li, fil-kuntratti konklużi bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-proċessaturi, għat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas, il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard minn xahrejn minn tmiem ix-xahar li fih tkun saret il-kunsinna ta' kull lott.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2004 (3), li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1535/2003, din id-dispożizzjoni estendiha għall-prodotti kollha pproċessati abbażi tal-frott u l-ħxejjex.

(3)

L-esperjenza miksuba turi li jeħtieġ li din l-esiġenza tkun limitata biss għall-kuntratti li jirrigwardaw it-tadam, il-ħawħ, il-lanġas jew it-tin imqadded.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-prodotti pproċessati abbażi tal-frott u l-ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1535/2003, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Il-kuntratt għandu jindika wkoll il-fażi tal-kunsinna li għaliha jirreferi l-prezz imsemmi fil-punt f), kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ħlas. Għat-tadam, il-ħawħ, il-lanġas u t-tin imqadded, il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard minn xahrejn minn tmiem ix-xahar li fih tkun saret il-kunsinna ta' kull lott.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta' Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

(2)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2169/2004 (ĠU L 371, 18.12.2004, p. 18).

(3)  ĠU L 72, 11.3.2004, p. 54


Top