This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0036
Commission Regulation (EC) No 36/2005 of 12 January 2005 amending Annexes III and X to Regulation (EC) No 999/2001 of the European Parliament and of the Council as regards epidemio-surveillance for transmissible spongiform encephalopathies in bovine, ovine and caprine animalsText with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2005 tat- 12 ta' Jannar 2005 li jemenda l-Annessi III u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar epidemjo-sorveljanza għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli fl-annimali bovini, ovini u fil-mogħoż Test b’relevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2005 tat- 12 ta' Jannar 2005 li jemenda l-Annessi III u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar epidemjo-sorveljanza għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli fl-annimali bovini, ovini u fil-mogħoż Test b’relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 10, 13.1.2005, pp. 9–17
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 275M, 6.10.2006, pp. 8–16
(MT)
In force
|
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 36/2005
tat-12 ta' Jannar 2005
li jemenda l-Annessi III u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar epidemjo-sorveljanza għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli fl-annimali bovini, ovini u fil-mogħoż
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u qerda ta’ xi enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għas-sorveljanza ta’ l- enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs) f’annimali bovini, ovini u fil-mogħoż. |
|
(2) |
Fl-opinjoni tagħha ta’ l-4 u l-5 ta’ April 2002 dwar strateġija biex tiġi investigata l-possibilità tal-preżenza ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) trasmissibbli fir-ruminanti ż-żġħar, il-Kumitat tal-Ġestjoni Xjentifika (SSC) irrakkmanda strateġija għal din l-investigazzjoni li tikkonċerna l-popolazzjoni Komunitarja tar-ruminanti ż-żġħar. |
|
(3) |
Ġie miġbur panel ta’ esperti dwar strain typing mil-Laboratorju ta’ Riferenza Komunitarju (CRL) għat-TSEs biex jiddefinixxi aktar l-istrateġija rakkmandata mis-SSC. L-istrateġija tinkludi l-ewwelnett l-implimentazzjoni ta’ screening għall-każijiet kollha konfermati ta’ TSE fir-ruminanti ż-żġħar fuq il-livell tal-laboratorji ta’ riferenza nazzjonali. It-tieni nett, prova ċirku (ring trial) b’għall-inqas tliet metodi differenti fil-laboratorji magħżula taħt l-intestatura tas-CRL għandha titwettaq fuq il-każijiet kollha li fihom l-ewwel test ta’ screening ma setax jeskludi l-BSE. Fl-aħħar, huwa meħtieġ strain typing tal-ġrieden jekk ir-riżultat tat-typing molekulari għandu bżonn li jiġi konfermat. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li jiġi konsenjat lil-laboratorji li qed iwettqu l-eżaminazzjonijiet tal-konferma, materjal tal-moħħ ta’ kwalità mill-aħjar u f’kwantità suffiċjenti minn każijiet pożittivi ta’ scrapie. |
|
(5) |
Meta t-typing molekulari ta’ każijiet ta’ scrapie konfermati jiżvela każ li jixbah il-BSE jew li mhux normali, huwa xieraq li l-awtorità kompetenti jkollha aċċess għall-materjal tal-moħħ minn annimali oħrajn infettati fl-intrapriża, sabiex tgħin aktar fl-investigazzjoni tal-każ. |
|
(6) |
Erba’ laboratorji rnexxew fil-parteċipazzjoni f’prova ċirku li saret mis-CRL bejn Lulju 2003 u Marzu 2004 biex tiġi eżaminata l-profiċjenza tagħhom fl-użu ta’ metodi ta’ typing molekulari. Is-CRL għandu jorganizza eżaminazzjoni tal-profiċjenza għal laboratorji oħrajn fl-użu ta’ waħda minn dawn il-metodi ta’ typing molekulari qabel April 2005. |
|
(7) |
Sadanittant, minħabba l-ħtieġa li tiġi estiża u aċċellerata s-sorveljanza tal-mogħoż wara każ suspettat misjub f’mogħża, u filwaqt li tiġi kunsidrata l-informazzjoni mibgħuta lill-panel ta’ esperti tas-CRL mil-laboratorji ta’ xi Stati Membri dwar il-kapaċitajiet tagħhom li jwettqu testjar molekulari, dawk il-laboratorji għandhom jiġu approvati provviżorjament għal dan it-testjar sakemm joħorġu r-riżultati tat-test tal-profiċjenza. |
|
(8) |
L-Istati Membri qed jissottomettu rapporti dwar it-TSE kull xahar fuq bażi volontarja minbarra r-rapport addizzjonali annwali meħtieġ mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. L-informazzjoni mibgħuta fir-rapporti annwali u ta’ kull xahar għandha tiġi armonizzata u għandha tingħata informazzjoni addizzjonali, b’mod partikolari dwar id-distribuzzjoni ta’ l-età ta’ annimali bovini ittestjati, sabiex tiġi evalwata l-prevalenza tal-BSE fi gruppi ta’ etajiet differenti. |
|
(9) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jiġi emendat f’dan is-sens. |
|
(10) |
Minħabba l-urġenza dejjem akbar biex il-BSE tiġi differenzjata minn scrapie, l-emendi li jagħmel dan ir-Regolament għandhom jidħlu fis-seħħ minnufih. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi III u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament ghandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul f’Brussell, nhar it-12 ta' Jannar 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2004 (ĠU L 344, 20.11.2004, p. 12.
ANNESS
L-Annessi III u X huma emendati kif ġej:
|
1) |
Fl-Anness III, il-Kapitolu A, Parti II u III u l-Kapitolu B, Parti I huma sostiwtiti b’dan li ġej: “II. SORVELJANZA FL-ANNIMALI OVINI U FIL-MOGĦOŻ 1. Ġenerali Is-sorveljanza fl-annimali ovini u fil-mogħoż għandha ssir skond il-metodi tal-laboratorju stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, punt 3.2(b). 2. Is-sorveljanza fl-annimali ovini maqtula għall-konsum mill-bniedem L-Istati Membri li fihom il-popolazzjoni ta’ nagħaġ u ħrief tan-nagħaġ mgħammra mal-muntun jeċċedi 750 000 annimal għandhom jittestjaw skond ir-regoli tat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-punt 4 kampjun minimu annwali ta’ 10 000 annimali ovini maqtula għall-konsum mill-bniedem (*1). 3. Is-sorveljanza fl-annimali ovini u fil-mogħoż mhux maqtula għall-konsum mill-bniedem L-Istati Membri għandhom jittestjaw skond ir-regoli tat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-punt 4 u d-daqsijiet tal-kampjuni indikati fit-Tabella A u t-Tabella B rispettivament, annimali ovini u mogħoż li mietu jew li nqatlu iżda li ma kinux:
Tabella A
Tabella B
4. Regoli dwar teħid ta’ kampjuni li jgħoddu għall-annimali msemmija fil-punti 2 u 3 L-annimali għandhom ikunu ta’ età aktar minn 18-il xahar jew ikollhom mhux aktar minn żewġ inċiżuri permanenti li ħarġu mill-ħanek. L-età ta’ l-annimali għandha tiġi stmata fuq bażi tas-snien, sinjali ovvji ta’ maturità, jew kwalunkwe informazzjoni oħra li wieħed jista’ joqgħod fuqha. L-għażla tal-kampjun għandha tkun disinjata bi skop li tiġi evitata r-rappreżentanza żejda ta’ kwalunkwe grupp rigward l-oriġini, l-età, ir-razza, it-tip tal-produzzjoni jew kwalunkwe karatteristika oħra. It-teħid ta’ aktar minn kampjun wieħed fl-istess flotta għandu jiġi evitat, kull fejn possibbli. l-Istati Membri għandhom iqiegħdu f’postha sistema li tivverifika, fuq bażi immirata jew bażi oħra, li l-annimali mhux qed jiġu evitati mit-teħid tal-kampjuni. It-teħid tal-kampjuni għandha tkun rappreżentanti għal kull reġjun u staġun. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludu mit-teħid tal-kampjuni żoni mbiegħda b’densità baxxa ta’ annimali, fejn ma huwa organizzat ebda ġbir ta' annimali mejtin. L-Istati Membri li jużaw din id-deroga għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan u għandhom jissottomettu lista ta’ dawk iż-żoni mbegħda fejn tgħodd id-deroga. Id-deroga m’għandhiex tkopri aktar minn 10 % tal-popolazzjoni ovina u tal-mogħoż fl-Istat Membru in kwistjoni. 5. Sorveljanza f’merħliet infettati Mill-1 ta’ Ottubru 2003, annimali ta’ età akbar minn 12-il xahar jew li għandhom inċiżur li ħareġ mill-ħanek, u li huma maqtula għall-qirda skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness VII, punt 2(b)(i) jew (ii) jew punt 2(c), għandhom jiġu ttestjati skond l-għażla ta’ kampjun sempliċi bl-addoċċ, skond id-daqs tal-kampjun indikat fit-tabella hawn taħt.
Fejn possibbli, il-qtil u t-teħid sussegwenti tal-kampjuni għandu jiġi mdewwem sakemm ikun magħruf ir-riżultat tat-testjar molekulari ewlieni mwettaq għal eżaminazzjoni ulterjuri ta’ każijiet pożittivi ta’ scrapie taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness X, Kapitolu C, punt 3.2(c)(i). 6. Sorveljanza f’annimali oħrajn Minbarra l-programmi ta’ sorveljanza stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu fuq bażi volontarja jwettqu s-sorveljanza f’annimali oħrajn, b’mod partikolari:
7. Miżuri wara l-ittestjar ta’ annimali ovini u fil-mogħoż
8. Ġenotipar
III. SORVELJANZA FI SPEĊI OĦRAJN TA’ ANNIMALI L-Istati Membri jistgħu fuq bażi volontarja jwettqu sorveljanza għat-TSEs fi speċi ta’ annimali minbarra f’annimali bovini, ovini u fil-mogħoż.” (*1) Id-daqs minimu tal-kampjun ġie kalkolat biex jiskopri prevalenza f’annimali maqtula ta’ 0,03 % b’kunfidenza ta’ 95 %." “KAPITOLU B: REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR U REKORDJAR I. REKWIŻITI GĦALL-ISTATI MEMBRI A: Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat mill-istati Membri fir-rapport tagħhom kif previst fl-artikolu 6(4)
B: Termini tar-rapputar Il-kumpilazzjoni tar-rapporti li fihom l-informazzjoni msemmija f’A u mibgħuta lill-Kummissjoni fuq bażi ta’ kull xahar jew, rigward l-informazzjoni msemmija fil-punt 8 fuq bażi ta’ kull tliet xhur, tista’ tikkostitwixxi r-rapport annwali kif meħtieġ bl-Artikolu 6(4), kemm-il darba l-informazzjoni hija aġġornata kull meta ssir disponibbli informazzjoni ulterjuri.” |
|
2) |
Fl-Anness X, il-Kapitolu C huwa sostitwit b’dan li ġej: “KAPITOLU C Teħid ta’ kampjuni u testjar fil-laboratorju 1. Teħid ta’ kampjuni Kwalunkwe kampjuni maħsuba li jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ TSE għandhom jinġabru bl-użu tal-metodi u l-protokolli stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal għat-testijiet djanjostiċi u l-vaċċini għall-Annimali Terrestri ta’ l-Uffiċju Internazzjonali għall-Epiżooti (IOE/OIE) (‘il-Manwal’). Fin-nuqqas ta’ metodi u protokolli ta’ l-OIE, u sabiex jiġi żgurat illi huwa disponibbli biżżejjed materjal, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura l-użu ta’ metodi u protokolli tat-teħid tal-kampjuni skond il-gwidi maħruġa mil-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità. B’mod partikolari, l-awtorità kompetenti għandha tipprova tiġbor parti miċ-ċerebru u z-zokk ċentrali tal-moħħ kollu f’ruminanti żgħar u għandha żżomm għall-inqas nofs iċ-ċelloli miġbura friski iżda mhux ffriżati sakemm ir-riżultat tat-test rapidu jew konfermatorju jkun negattiv. Il-kampjuni għandhom jiġu mmarkati b’mod korrett dwar l-identità ta’ l-annimal li ttieħed il-kampjun minnu. 2. Laboratorji Kwalunkwe eżaminazzjoni fil-laboratorju għal TSE għandha ssir f’laboratorji approvati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti. 3. Metodi u protokolli 3.1. Testjar fil-laboratorju għall-preżenza ta’ BSE f’annimali bovini a) Każijiet suspettati Il-kampjuni minn annimali bovini mibgħuta għat-testjar fil-laboratorju skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(2) għandhom ikunu soġġetti għal eżaminazzjoni istopatoloġika kif stabbilit fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal, ħlief fejn il-materjal huwa awtoliżżat. Fejn ir-riżultat ta’ l-eżaminazzjoni ħistopatoloġika huwa inkonklussiv jew negattiv jew fejn il-materjal huwa awtolizzat, iċ-ċelloli għandhom jiġu soġġettati għal eżaminazzjoni b’wieħed mill-metodi l-oħrajn djanjostiċi stabbiliti fil-Manwal (immunoċitokimika, immuno-blotting jew dimostrazzjoni ta’ fibrilli karatteristiċi bil-mikroskopija ta’ l-elettroni). Iżda t-testijiet rapidi ma jistgħux jintużaw għal dan l-iskop. Jekk ir-riżultat ta’ waħda minn dawk l-eżaminazzjonijiet huwa pożittiv, l-annimali għandhom jitqiesu bħala każijiet pożittivi ta’ BSE. b) Sorveljanza tal-BSE Il-kampjuni minn annimali bovini mibgħuta għat-testjar fil-laboratorju skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III, Kapitolu A, Taqsima I (Sorveljanza f’annimali bovini) għandhom jiġu eżaminati b’test rapidu. Fejn ir-riżultat tat-test rapidu huwa inkonklussiv jew pożittiv, il-kampjun għandu minnufih jiġi soġġettat għal eżaminazzjonijiet konfermatorji f’laboratorju uffiċjali. L-eżaminazzjoni konfermatorja għandha tibda b’eżaminazzjoni istopatoloġika taz-zokk ċentrali tal-moħħ kif stabbilit fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal, ħlief fejn il-materjal huwa awtolizzat jew mod ieħor mhux xieraq għall-eżaminazzjoni bl-istopatoloġija. Fejn ir-riżultat ta’ l-eżaminazzjoni istopatoloġika huwa inkonklussiv jew negattiv jew fejn il-materjal huwa awtolizzat, iċ-ċelloli għandhom jiġu soġġettati għal eżaminazzjoni b’wieħed mill-metodi l-oħrajn djanjostiċi msemmija f’(a). Annimal għandu jitqies bħala każ pożittiv ta’ BSE jekk ir-riżultat tat-test rapidu huwa pożittiv jew inkonklussiv u jew
3.2. Ittestjar fil-laboratorju għall-preżenza ta’ TSE f’annimali ovini u fil-mogħoż a) Każijiet suspettati Il-kampjuni minn annimali ovini u mogħoż mibgħuta għat-testjar fil-laboratorju skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(2) għandhom ikunu soġġetti għal eżaminazzjoni istopatoloġika kif stabbilit fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal, ħlief fejn il-materjal huwa awtolizzat. Fejn ir-riżultat ta’ l-eżaminazzjoni istopatoloġika huwa inkonklussiv jew negattiv jew fejn il-materjal huwa awtolizzat, iċ-ċelloli għandhom jiġu soġġettati għal eżaminazzjoni bl-immunoċitokimika, immuno-blotting jew dimostrazzjoni ta’ fibrilli karatteristiċi bil-mikroskopija ta’ l-elettroni kif stabbilit fil-Manwal. Iżda t-testijiet rapidi ma jistgħux jintużaw għal dan l-iskop. Jekk ir-riżultat ta’ waħda minn dawk l-eżaminazzjonijiet huwa pożittiv, l-annimali għandhom jitqiesu bħala każ pożittiv ta’ scrapie. b) Sorveljanza ta’ scrapie Il-kampjuni minn annimali ovini u mogħoż mibgħuta għat-testjar fil-laboratorju skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III, Kapitolu A, Taqsima II (Sorveljanza f’annimali ovini u fil-mogħoż) għandhom jiġu eżaminati b’test rapidu. Fejn ir-riżultat tat-test rapidu huwa inkonklussiv jew pożittiv, iz-zokk ċentrali tal-moħħ għandu minnufih jintbagħat f’laboratorju uffiċjali għal ezaminazzjonijiet konfermatorji bl-immunoċitokimika, immuno-blotting jew dimostrazzjoni ta’ fibrilli karatteristiċi bil-mikroskopija ta’ l-elettroni kif imsemmi f’(a). Jekk ir-riżultat ta’ l-eżaminazzjoni konfermatorja huwa negattiv jew inkonklussiv, għandu jsir testjar addizzjonali skond il-gwidi tal-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità. Jekk ir-riżultat ta’ waħda mill-eżaminazzjonijiet konfermatorji huwa pożittiv l-annimal għandu jitqies bħala każ pożittiv ta’ scrapie. c) Eżaminazzjoni ulterjuri ta’ scrapie
Ir-riżultati għandhom jiġu interpretati mil-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità mgħejun minn panel ta’ esperti li jinkludi rappreżentant tal-Laboratorju ta’ Riferenza Nazzjonali rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata minnufih dwar ir-riżultat ta’ dik l-interpretazzjoni. Kampjuni indikattivi għall-BSE bi tliet metodi differerenti u kampjuni inkonklussivi fil-prova ċirku għandhom jiġu analizzati aktar b’bioprova fuq il-ġrieden għall-konferma finali. It-testjar ulterjuri ta’ kampjuni meħuda minn merħliet infettati fuq l-istess intrapriża skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5, għandu jitwettaq skond ir-rakkmandazzjoni tal-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità, wara konsultazzjoni mal-Laboratorju ta’ Riferenza Nazzjonali rilevanti. d) Laboratorji approvati biex iwettqu eżaminazzjoni ulterjuri b’metodi ta’ typing molekulari Il-laboratorji approvati għal typing molekulari ulterjuri huma:
3.3. Ittestjar fil-laboratorji għall-preżenza ta’ TSEs f’speċje minbarra dawk imsemmija fil-punti 3.1 u 3.2 Fejn il-metodi u l-protokolli huma stabbiliti għal testijiet imwettqa għall-konferma tal-preżenza suspettata ta’ TSE f’speċje minbarra bovini, ovini u mogħoż, għandhom jinkludu għall-inqas eżaminazzjoni istopatoloġika taċ-ċelloli tal-moħħ. L-awtorità kompetenti tista’ wkoll teħtieġ testijiet tal-laboratorju bħall-immunoċitokimika, immuno-blotting jew dimostrazzjoni ta’ fibrilli karatteristiċi bil-mikroskopija ta’ l-elettroni jew metodi oħrajn diżinjati li jiżvelaw il-forma tal-proteina prion assoċjata mal-marda. F’kwalunkwe każ, għandha ssir għall-inqas eżaminazzjoni waħda oħra fil-laboratorju jekk l-eżaminazzjoni istopatoloġika hija negattiva jew inkonklussiva. Għandhom jitwettqu għall-inqas tliet eżaminazzjonijiet differenti fil-każ ta’ l-ewwel dehra tal-marda. B’mod partikolari, fejn il-BSE hija suspettata f’speċje minbarra annimali bovini, il-kampjuni għandhom jiġu sottomessi għal strain-typing, fejn possibbli. 4. Testijiet Rapidi Għall-iskopijiet li jsiru t-testijiet rapidi skond l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6(1), dawn il-miżuri għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi:
Il-produttur tat-testijiet rapidi għandu jkollu sistema ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità li jkun qabel magħha l-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità, li jiżgura li l-ħidma tat-test ma tinbidilx. Il-produttur għandhu jipprovdi l-protokoll tat-test lil-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità. Il-modifiki għat-testijiet rapidi jew għall-protokolli tat-test jistgħu jsiru biss wara notifika minn qabel lil-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità, u kemm-il darba l-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità jsib li l-modifika ma tnaqqasx is-sensitività, speċifiċità jew dipendibilità tat-test rapidu. Dik is-sejba għandha tiġi komunikata lill-Kummissjoni u lil-Laboratorji ta’ Riferenza Nazzjonali. 5. Testijiet alternattivi (Għandhom jiġu definiti)” |
(*1) Id-daqs minimu tal-kampjun ġie kalkolat biex jiskopri prevalenza f’annimali maqtula ta’ 0,03 % b’kunfidenza ta’ 95 %.”
(1) Daqsijiet tal-kampjuni huma stabbiliti biex iqisu d-daqs tal-popolazzjonijiet ovini fl-Istati Membri individwali u huma maħsuba li jipprovdu miri li jistgħu jintlaħqu. Id-daqsijiet tal-kampjuni ta’ 10 000, 1 500, 500 u 100 annimal jippermettu skoperta ta’ prevalenza ta’ 0,03 %, 0,2 %, 0,6 % u 3 % rispettivament b’kunfidenza ta’ 95 %.
(2) Id-daqsijiet tal-kampjuni huma stabbiliti biex iqisu d-daqs tal-popolazzjonijiet tal-mogħoż fl-Istati Membri individwali u huma maħsuba li jipprovdu miri li jistgħu jintlaħqu. Id-daqsijiet tal-kampjuni ta’ 5 000, 1 500, 500 u 50 annimal jippermettu l-iskoperta ta’ prevalenza ta’ 0,06 %, 0,2 %, 0,6 % u 6 % rispettivament b’kunfidenza ta’ 95 %. Fejn Stat Membru jesperjenza diffikoltà fil-ġbir ta’ numru suffiċjenti ta’ mogħoż mejta biex jilħaq id-daqs tal-kampjuni allokat lilu, jista’ jagħżel li jissumplimenta l-kampjun tiegħu billi jittestja annimali maqtula għall-konsum mill-bniedem ta’ età akbar minn 18-il xahar f’proporzjon ta’ tliet mogħoż maqtula għall-konsum għal kull mogħża mejta.