Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0009

2005/9/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/9/KE tat- 28 ta' Jannar 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna prodotti kożmetiċi, bl-iskop li tadatta l-Anness VII tagħha għall-progress tekniku Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 27, 29.1.2005, p. 46–47 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 278M, 21.10.2008, p. 1–2 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/9/oj

21.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/9/KE

tat-28 ta' Jannar 2005

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna prodotti kożmetiċi, bl-iskop li tadatta l-Anness VII tagħha għall-progress tekniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li ttrattat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti mhux ta' l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,

Billi:

(1)

L-ewwel Parti ta' l-Anness VII tad-Direttiva 76/768/KEE tistabbilixxi lista ta' filtri tal-UV li jista' jkun fihom il-prodotti kożmetiċi.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti mhux ta' l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi hu ta' l-opinjoni li l-użu tal-, 2-[4-(diethylamino)-2-hydroxybenzoyl]-, hexylester sa 10 % fi prodotti ta' protezzjoni għall-kontra x-xemx, waħdu jew flimkien ma' assorbaturi tal-UV, hu mingħajr periklu. Għalhekk l-aċidu benzoic, 2-[4-(diethylamino)-2-hydroxybenzoyl]-, hexylester għandu jkun inkluż fl-Anness VII, l-ewwel Parti tad-Direttiva 76/768/KEE bħala numru ta' referenza 28.

(3)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness VII tad-Direttiva 76/768/KEE hu emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta' Lulju 2005. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/93/KE (ĠU L 300, 25.9.2004, p. 13).


ANNESS

Fl-ewwel Parti ta' l-Anness VII tad-Direttiva 76/768/KEE, jiżdied in-numru ta' referenza 28 li ġej:

Referenza Nru

Sustanzi

Konċentrazzjoni massima awtorizzata

Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħra

Kondizzjonijiet ta' l-użu u twissijiet li għandhom ikunu stampati fuq it-tikketta

a

b

c

d

e

“28

Benzoic acid, 2-[-4-(diethylamino)-2-hydroxybenzoyl]-, hexylester (Isem INCI: Diethylamino Hydroxybenzoyl Hexyl Benzoate; CAS Nru 302776-68-7)

10 % fi prodotti ta' protezzjoni għal kontra x-xemx”

 

 


Top