Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0347

2005/347/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipalità ta' Monako li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' ħlasijiet ta' interessi

ĠU L 110, 30.4.2005, p. 40–41 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 131–132 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/347/oj

Related international agreement

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

131


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Diċembru 2004

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipalità ta' Monako li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' ħlasijiet ta' interessi

(2005/347/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 flimkien ma’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 300 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Ottubru 2001, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja mal-Prinċipalità ta' Monako ftehim biex tiġi assigurata l-adozzjoni minn dak l-Istat ta' miżuri ekwivalenti għal dawk li għandhom jiġu applikati fil-Komunità biex tkun żgurata tassazzjoni effettiva fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' ħlasijiet ta' interessi.

(2)

It-test tal-Ftehim li huwa r-riżultat ta' dawn in-negozjati jirrifletti kif suppost id-direttivi ta' negozjati maħruġa mill-Kunsill. Huwa akkumpanjat minn Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipalità ta' Monako. Iż-żewġ testi huma mehmuża mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/35/KE (2).

(3)

L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (3) tiddependi mill-applikazzjoni, mill-Prinċipalità ta' Monako, ta' miżuri ekwivalenti għal dawk li jinsabu f'dik id-Direttiva, skond ftehim konkluż minn dak l-Istat mal-Komunità Ewropea.

(4)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/35/KE, u soġġett għall-adozzjoni f'data aktar tard ta' Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim, il-Ftehim kien iffirmat f'isem il-Komunità Ewropea fis-7 ta’ Diċembru 2004.

(5)

Il-Ftehim kif ukoll il-Memorandum ta' Ftehim li jakkumpanjah għandhom ikunu approvati f'isem il-Komunità.

(6)

Jeħtieġ li tkun prevista proċedura sempliċi u rapida għal adattamenti possibbli ta' l-Annessi I u II għall-Ftehim,

IDDECIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipalità ta' Monako li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' ħlasijiet ta' interessi kif ukoll il-Memorandum ta' Ftehim li jakkumpanjaha huma b'dan approvati f'isem il-Komunità Ewropea.

It-test tal-Ftehim kif ukoll il-Memorandum ta' Ftehim li jakkumpanjah huma mehumuża ma' din id-Deċiżjoni (4).

Artikolu 2

Il-Kummissjoni hija b'dan awtorizzata tapprova, f'isem il-Komunità, l-emendi għall-Annessi għall-Ftehim li huma meħtieġa biex ikun żgurat li jikkorrispondu ma' l-informazzjoni relatata ma' l-awtoritajiet kompetenti notifikati skond l-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 2003/48/KE u ma' l-informazzjoni fl-Anness għaliha.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim f'isem il-Komunità (5).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

C. VEERMAN


(1)  Opinjoni mogħtija fit-2 ta’ Diċembru 2004 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 53.

(3)  ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

(4)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 55.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top