Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0310

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta' April 2005 li tipprevedi għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċertu żerriegħa ta' l-ispeċi Glycine max li ma tissodisfax il-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 1137) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 99, 19.4.2005, pp. 13–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005, pp. 270–271 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/310/oj

18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

270


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' April 2005

li tipprevedi għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċertu żerriegħa ta' l-ispeċi Glycine max li ma tissodisfax il-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 1137)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/310/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 (1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-Awstrija, il-kwantità disponibbli taż-żerriegħa tas-sojja (Glycine max) adattata għall-kundizzjonijiet tal-klima nazzjonali u li tissodisfa il-ħtiġijiet dwar il-kapaċità ta' ġerminazzjoni tad-Direttiva 2002/57/KE mhijiex biżżejjed u għalhekk ma tistax tilħaq il-bżonnijiet ta' l-Istat Membru.

(2)

Mhux possibbli li tintlaħaq id-domanda għaż-żerriegħa ta' dik l-ispeċi b'mod sodisfaċenti b'żerriegħa minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi, li tissodisfa il-ħtiġijiet kollha stabbiliti fid-Direttiva 2002/57/KE.

(3)

Għalhekk, l-Awstrija għandha tiġi awtorizzata li tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa ta' dik l-ispeċi soġġetta għall-ħtiġijiet inqas stretti għall-perjodu li jiskadi fil-15 ta' Ġunju 2005.

(4)

Barra minn hekk, Stati Membri oħra irrespettivament ta' jekk iż-żerriegħa kinetx maħsuda fi Stat Membru jew f'pajjiż terz kopert mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza ta' l-ispezzjonijiet tar-raba' li saru fil-pajjiżi terzi dwar l-uċuh tar-raba' li jkattru iż-żrieragħ u l-ekwivalenza taż-żerriegħa magħmula fil-pajjiżi terzi (2) li huma fil-pożizzjoni li jfornu lill-Awstrija biż-żerriegħa ta' dik l-ispeċi, għandhom ikunu awtorizzati, biex jħallu li ssir il-kummerċjalizzazzjoni ta' din iż-żerriegħa.

(5)

Huwa xieraq li l-Awstrija taġixxi bħala koordinatur sabiex tiżgura li l-ammont totali ta' żerriegħa awtorizzat skond din id-Deċiżjoni ma jaqbiżx il-kwantità massima koperta b'din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikultura u l-Foresterija.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-kummerċjalizzazzjoni fil-Komunità taż-żerriegħa tas-sojja (Glycine max) li ma tissodisfax il-ħtiġijiet tal-kapaċità ta' ġerminazzjoni minimi stabbiliti fid-Direttiva 2002/57/KE għal perjodu li jiskadi fil-15 ta' Ġunju 2005, skond it-termini stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni u soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

il-kapaċità ta' ġerminazzjoni għandha tkun ta' lanqas dik stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni,

b)

it-tikketta uffiċjali għandha tiddikjara li l-ġerminazzjoni ġiet iċċertifikata fl-eżaminazzjoni uffiċjali li saret skond l-Artikolu 2(1)(f) u (g) tad-Direttiva 2002/57/KE,

c)

iż-żerriegħa trid tkun l-ewwel ġiet imqiegħda fis-suq skond l-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Kull fornitur taż-żerriegħa li jixtieq iqiegħed fis-suq iż-żerriegħa msemmija f'Artikolu 1 għandu japplika għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru li huwa stabbilit fih jew li jimporta fih.

L-Istat Membru ikkonċernat għandu jawtoriżża lill-fornitur biex iqiegħed dik iż-żerriegħa fis-suq, sakemm:

a)

ma jkunx hemm biżżejjed evidenza biex ikun hemm dubju dwar jekk fornitur huwiex kapaċi li jqiegħed fis-suq l-ammont ta' żerriegħa li jkun applika għall-awtorizzazzjoni tiegħu; jew

b)

il-kwantità totali awtorizzata biex titqiegħed fis-suq skond id-deroga ikkonċernata ma taqbiżx il-kwantità massima speċifikata fl-Anness.

Artikolu 3

L-Istati Membri se jgħinu 'l xulxin amministrattivament fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

L-Awstrija se taġixxi bħala Stat Membru koordinatur fir-rigward ta' l-Artikolu 1 sabiex tiżgura li l-ammont totali awtorizzat ma jaqbiżx il-kwantità massima speċifikata fl-Anness.

Kull Stat Membru li jirċievi applikazzjoni skond l-Artikolu 2 għandu jinnotifika minnufih lill-Istat Membru li qed jikkoordina bl-ammont kopert bl-applikazzjoni. L-Istat Membru koordinatur għandu jinforma lill-Istat Membru li qed jinnotifika dwar jekk l-awtorizzazzjoni tistax twassal biex tinqabeż il-kwantità massima.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra minnufih bil-kwantitajiet li għalihom taw l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq in segwitu għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fil-15 ta' April 2005.

Għall-Kummissjoni

Is-Sur Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 193, tat-20.7.2002, p. 74. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, tat-18.1.2005, p. 18).

(2)   ĠU L 8, ta' l-14.1.2003, p. 10. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 885/2004 (ĠU L 168, ta' l-1.5.2004, p. 1).


ANNESS

Speċi

It-tip tal-varjetà

Kwantità Massima

(tunnellati metriċi)

Ġerminazzjoni minima

(% ta' żerriegħa pura)

Glycine max

(klassi ta' maturità: kmieni ħafna) Dolores Gallec, Merlin, OAC Erin

1 185

70

(klassi ta' maturità: kmieni) Amphor, Essor, Idefix, Kent, London

1 275


Top