This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0068
2005/68/CFSP: Council Decision of 24 January 2005 amending Decision 2004/197/CFSP establishing a mechanism to administer the financing of the common costs of the European Union operations having military or defence implications (Athena)
Deċiżjoni ta’ l-Kunsill ta’ l- 24 ta' Jannar 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/197/PESK li tistabbilixxi mekkaniżmu li jamministra l-finanzjament ta’ l-ispejjeż komuni ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena)
Deċiżjoni ta’ l-Kunsill ta’ l- 24 ta' Jannar 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/197/PESK li tistabbilixxi mekkaniżmu li jamministra l-finanzjament ta’ l-ispejjeż komuni ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena)
ĠU L 27, 29.1.2005, p. 59–60
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 73–74
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 13/05/2007
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
73 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-24 ta' Jannar 2005
li temenda d-Deċiżjoni 2004/197/PESK li tistabbilixxi mekkaniżmu li jamministra l-finanzjament ta’ l-ispejjeż komuni ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena)
(2005/68/PESK)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 28(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta’ Frar 2004 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2004/197/PESK (1) li tipprovdi li l-ewwel reviżjoni tagħha għandha sseħħ qabel it-tmiem ta’ l-2004. |
(2) |
Il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 ikkonferma l-ħtieġa għal kapaċità ta’ reazzjoni rapida, b’mod partikolari għal kompiti umanitarji u ta’ salvataġġ. |
(3) |
Il-Kumitat Militari ta’ l-UE fisser fid-dettall il-kunċett ta’ Risposta Rapida Militari ta’ l-UE fir-Rapport tiegħu tat-3 ta’ Marzu 2004. Fisser ulterjorment il-kunċett ta’ Gruppi ta’ Battalja ta’ l-UE fl-14 ta’ Ġunju 2004. |
(4) |
Il-Kunsill Ewropew fis-17 ta’ Ġunju 2004 endorsja Rapport dwar il-PESD li saħaq li l-ħidma dwar il-kapaċitajiet ta’ Risposta Rapida ta’ l-UE għandha titmexxa ’l quddiem bil-ħsieb ta’ kapaċità operattiva inizjali sa kmieni fl-2005. |
(5) |
In vista ta' dawn l-iżviluppi, il-finanzjament bikri ta’ operazzjonijiet militari ta’ l-UE għandhom jiġu mtejjba, b’mod partikolari in vista ta' l-operazzjonijiet ta’ Risposta Rapida. L-iskema l-ġdida għall-finanzjament bikri hija għaldaqstant intiża l-ewwelnett għal operazzjonijiet ta’ Risposta Rapida; taħt ċirkostanzi speċifiċi, kontribut imħallas minn qabel jista’ madankollu jiġi wżat għall-finanzjament bikri ta’ operazzjoni regolari, b’mod partikolari waħda b' dewmien qasir bejn l-adozzjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta biex tittieħed azzjoni u d-deċiżjoni li tiġi mniegħda l-operazzjoni. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2004/197/PESK għandha għalhekk tiġi emendata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu1
Id-Deċiżjoni 2004/197/PESK qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:
1) |
L-Artikolu 25 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 25 Finanzjament Bikri 1. Fil-każ ta’ operazzjoni ta’ Risposta Rapida Militari ta’ l-UE, il-kontributi għandhom ikunu dovuti minn Stati Membri kontribwenti fil-livell ta’ l-ammont ta’ referenza. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24 (4), il-ħlasijiet għandhom isiru kif imfisser hawn taħt. 2. Għall-fini ta’ finanzjament bikri ta’ operazzjonijiet ta’ Risposta Rapida Militari ta’ l-UE, l-Istati Membri parteċipanti għandhom:
3. Għall-fini msemmi hawn fuq, il-Kumitat Speċjali, magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru li għażel li jħallas kontributi minn qabel (minn issa ’l quddiem ‘Stati Membri antiċipanti’), għandu jistabbilixxi approprjazzjonijiet proviżorji taħt titolu speċifiku fil-budget. Dawn l-approprjazzjonijiet provviżorji għandhom jiġu koperti minn kontributi li jistgħu jitħallsu mill-Istati Membri antiċipanti fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa għal dawn il-kontributi. Madankollu, il-kontributi minn qabel dovuti għas-sena 2005 għandhom jitħallsu f’żewġ rati, li jistgħu jitħallsu sat-30 ta’ April u t-30 ta’ Novembru 2005 rispettivament. 4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24 (4), il-kontributi dovuti minn Stat Membru antiċipanti għal operazzjoni, sal-livell tal-kontribut li ħallas lill-approprjazzjonijiet provviżorji msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu jistgħu jitħallsu fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa. Ammont simili jista’ jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kmandant ta’ l-operazzjoni mill-kontributi mħallsa minn qabel. 5. Minkejja l-Artikolu 20, għandu jsir riforniment ta’ kwalunkwe approprjazzjoni provviżorja msemmija taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li hija wżata għal operazzjoni fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa. 6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru antiċipanti jista, ’ f’ċirkostanzi speċifiċi, jawtorizza lill-amministratur biex juża l-kontribut tiegħu mħallas minn qabel biex ikopri l-kontribut tiegħu għal operazzjoni li jipparteċipa fiha, ħlief għal operazzjoni ta’ Risposta Rapida. Għandu jsir riforniment tal-kontribut imħallas minn qabel mill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa. 7. Minkejja l-Artikolu 31 (3), il-kmandant ta’ l-operazzjoni jista’ jimpenja u jħallas l-ammonti li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu. 8. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jreġġa’ lura l-għażla tiegħu billi jagħti notifika lill-amministratur mill-inqas tliet xhur bil-quddiem.” . |
2) |
L-Artikolu 24 (6) għandu jiġi emendat biex jaqra kif ġej: “6. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra f’din id-Deċiżjoni, il-kontributi għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa rilevanti għall-kontributi.” . |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fl-1 ta' Frar 2005.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, nhar il-24 ta' Jannar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BODEN
(1) ĠU L 63, 28.2.2004, p. 68.