EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2269

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2269/2004 ta' l- 20 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru. 2340/2002 u 2347/2002 f'dak li għandu x' jaqsam ma' l-opportunitajiet ta' sajd għal speċi tal-baħar fond għall-Istat Membri li aderew fl-2004

ĠU L 396, 31.12.2004, p. 1–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 480–482 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/01/2017; Impliċitament imħassar minn 32016R2336

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2269/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

480


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2269/2004

ta' l-20 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru. 2340/2002 u 2347/2002 f'dak li għandu x' jaqsam ma' l-opportunitajiet ta' sajd għal speċi tal-baħar fond għall-Istat Membri li aderew fl-2004

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (“Att ta' Adeżjoni 2003”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 ma sar l-ebda adattament għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2340/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jiffissa għall-2003 u l-2004 l-opportunitajiet tas-sajd għall-ħażniet tal-ħut tal-baħar fond (2) biex jiġu allokati opportunitajiet ta' sajd għal speċi tal-baħar fond lill-Istati Membri l-ġodda. Huwa għalhekk meħtieġ li tali opportunitajiet ta' sajd jiġu allokati lill-Istati Membri li aderew fl-2004 b' kont meħud ta' xejriet tas-sajd simili għal dawk użati fl-2002 sabiex is-sajjieda ta' dawn l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu bl-attivitajiet tagħhom.

(2)

L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd m' għandhiex twassal għar-riżultat li qabdiet legalment effetwati qabel l-1 ta' Mejju jkunu suxxettibbli għal tnaqqis fil-kwoti taħt l-Artikolu 23 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (3), l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li tintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għat-tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (4) jew l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (5).

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond (6) jistabbilixxi limiti massimi ta' qawwa u kapaċità għall-flotta tas-sajd li tista' tiżbarka kwantitajiet sinifikanti ta' speċi tal-baħar fond, u jiddetermina perijodu ta' referenza għall-istabbiliment ta' dawk il-limiti massimi, jiġifieri t-tliet snin qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Huwa meħtieġ li l-perijodu ta' referenza għall-istabbiliment ta' dawk il-limiti massimi jieħu kont tas-snin reċenti sabiex is-sajjieda ta' l-Istati Membri l-ġodda jkunu jistgħu jkomplu bl-attivitajiet tagħhom.

(4)

Bil-ħsieb li r-Regolamenti (KE) Nri. 2340/2002 u 2347/2002 jkunu jistgħu japplikaw għall-Istati Membri li aderew fl-2004 sa mid-data ta' l-Adeżjoni, huwa imperattiv li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004.

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nri. 2340/2002 u 2347/2002 għandhom għaldaqstant jiġu hekk emendati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru. 2340/2002 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:

1)

Għandu jiġi mdaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3a

1.   Il-qabdiet bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Mejju 2004 maqbuda minn bastimenti mill-Istati Membri li aderew fl-2004 għandhom jiġu addebitati kontra l-kwoti stabbiliti fl-Anness I.

2.   Mhux aktar tard minn 15 il-jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ammont tal-qabdiet tagħhom bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Mejju 2004.”;

2)

Għandu jiġi mdaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

“Artikolu 4a

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KEE) Nru. 2847/93, l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru. 847/96 u l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (*) m' għandhomx japplikaw għal qabdiet maqbuda qabel l-1 ta' Mejju 2004 li jeċċedu l-kwota determinata fl-Anness I ta' dan ir-Regolament minn bastimenti mill-Istati Membri li aderew fl-2004.”

(*)  ĠU l L 358 , 31/12/2002 P. 59."

3)

L-Anness I għandu jiġi emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru. 2347/2002, il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

‘3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri li saru membri fl-2004 għandhom jikkalkolaw il-qawwa aggregata u l-volum aggregat tal-bastimenti tagħhom li, fi kwalunkwe waħda mis-snin 2000, 2001, jew 2002, sbarkaw iżjed minn 10 tunnellati metriċi ta' kwalunkwe taħlita ta' speċi tal-baħar fond. Dawn il-valuri totali għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar l-20 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

P. VAN GEEL


(1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 356, 31.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru.1954/2003 (ĠU L 289, 7.11.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(5)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(6)  ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nu 2340/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Fjamma Sewda fiż-żona V, VI, VII, XII għandha tiġi mibdula b'li ġej

“5. Speċi:

Fjamma sewda

Aphanopus carbo

Żona:

V, VI, VII, XII (ibħra Komunitarji u ibħra mhux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi)

il-Ġermanja

37

l-Estonja

32

Spanja

185

Franza

2 600

l-Irlanda

93

il-Latvja

207

il-Litwanja

2

il-Polonja

2

ir-Renju Unit

185

Oħrajn (1)

10

KE

3 353 ”

2)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Roundnose Grenadier fiż-żona Vb, VI, VII għandha tiġi mibdula b'li ġej:

“23. Speċi:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona:

Vb, VI, VII (ibħra Komunitarji u ibħra mhux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi)

il-Ġermanja

10

l-Estonja

78

Spanja

86

Franza

4 396

l-Irlanda

346

il-Latvja

0

il-Litwanja

101

il-Polonja

51

ir-Renju Unit

258

Oħrajn (1)

10

KE

5 336 ”

(3)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Molva Kaħla fiż-żona VI, VII għandha tiġi mibdula b'li ġej:

“31. Speċi:

Molva Kaħla

Molva dypterygia

Żona:

Vb, VI, VII (ibħra Komunitarji u ibħra mhux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi)

il-Ġermanja

39

l-Estonja

6

Spanja

122

Franza

2 788

l-Irlanda

10

il-Litwanja

2

il-Polonja

1

ir-Renju Unit

709

Oħrajn (1)

10

KE

3 687


(1)  Esklussivament għal qabdiet aċċessorji. L-ebda sajda selettiva m'hi permessa għal din il-kwota.

(1)  Esklussivament għal qabdiet aċċessorji. L-ebda sajda selettiva m'hi permessa għal din il-kwota.

(1)  Esklussivament għal qabdiet aċċessorji. L-ebda sajda selettiva m'hi permessa għal din il-kwota.”


Top